Iffirmar ta’ Dokument Diġitali bl-użu ta’ Adobe Reader DC
Din il-gwida hija miktuba għall-verżjoni tal-2019 ta’ Adobe Reader DC. Jekk jogħġbok kun żgur li għandek il-programm Adobe aġġornat għall-aħħar verżjoni sabiex tkun tista’ ssegwi l-istruzzjonijiet f’din il-gwida.
1. Ara li l-karta tal-identità qiegħda fl-apparat u li l-apparat huwa mqabbad mal-kompjuter.
2. Iftaħ il-fajl PDF li tixtieq tiffirma bl-użu tal-apparat. Jeħtieġ li tuża Adobe Reader DC biex tiftaħ dan il-fajl.
3. Aċċessa Editja > Għodda biex Timmaniġġja. Tista’ tagħfas ALT + E sabiex tidħol f’Editja u mbagħad M biex tidħol Għodda biex Timmaniġġja.
4. Agħfas fuq Ċertifikati mill-menu.
5. Għandu jinfetaħ menu ta’ madwar tlett (3) ċentimetri mill-parti ta’ fuq tal-iskrin. Agħfas fuq Iffirma Diġitalment.
6. Pinġi rettangolu fuq id-dokument PDF li eventwalment se jimtela bil-firma diġitali.
7. Agħżel iċ-ċertifikat fejn hemm ismek u kunjomok, segwit minn FIRMA fil-parentesi.
8. Agħfas fuq il-buttuna Kompli biex tikkonferma li tixtieq tiffirma d-dokument.
9. Agħfas fuq il-buttuna Iffirma.
10. Meta tiffirma dokument jinħoloq fajl ġdid. Agħti isem lil dan il-dokument.
11. Se tkun mitluba li ddaħħal il-PIN. Agħfas il-buttuna OK wara li tkun daħħalt il-PIN.
Id-dokument iffirmat tiegħek inħoloq.
Meta tagħlaq u terġa’ tiftaħ id-dokument, tista’ tiċċekkja l-firma diġitali li int jew xi ħadd ieħor użajtu biex id-dokument jiġi ffirmat. Mod eħfef biex tagħżel il-firma huwa billi tuża l-buttuna TAB. Meta tagħfas darbtejn jew tuża l-buttuna Enter fuq il-firma maħluqa turi li d-dokument hu ffirmat.
Dokumenti ffirmati b’ċertifikati validi maħruġa minn Identità Malta juru li l-firma hija valida, u li s-Sors ta’ Fiduċja huwa miksub mit-Trust List tal-Unjoni Ewropea. Tista’ tara din l-informazzjoni billi tagħfas fuq il-buttuna Propjetajiet tal-Firma.
Ċaħda: L-Aġenzija Identità Malta ma tappoġġjax l-Adobe Reader u ma tistax tibdel il-funzjonalità u l-imġieba tas-software. Identità Malta hija responsabbli biss biex tipprovdi l-għodda biex tintegra ma’ Adobe Reader għall-ħolqien tal-firma diġitali li tippermettilek tagħżel iċ-ċertifikati diġitali fuq l-eID tiegħek jew il-karta ta’ residenza elettronika, u ddaħħal il-PIN.