ĊAĦDA

L-Aġenzija Identity Malta (“l-Aġenzija”) iżżomm dan is-sit elettroniku sabiex, b’mod ġenerali, ittejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-inizjattivi u l-policies tagħha. L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u preċiża. Jekk jinġiebu għall-attenzjoni xi żbalji, aħna nippruvaw nikkoreġuhom. Madankollu l-aġenzija ma taċċetta l-ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni li qiegħda fuq dan is-sit.

Din l-informazzjoni:

  • Hija ta’ natura ġenerali biss, u mhix maħsuba biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ xi individwu jew entità partikolari;
  • mhux neċessarjament hija komprensiva, kompleta, preċiża jew aġġornata;
  • xi drabi tkun marbuta ma’ siti elettroniċi esterni, li fuqhom is-servizzi tal-aġenzija ma jkollhom l-ebda kontroll u li għalihom l-aġenzija ma tassumi l-ebda responsabbiltà;
  • mhijiex parir professjonali jew legali (jekk tinħtieġ parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta ma’ professjonist ikkwalifikat kif suppost).

Jekk jogħġbok innota li ma jistax jiġi ggarantit li dokument disponibbli onlajn jirriproduċi eżattament il-forom u l-policies l-aktar ġodda. L-aġenzija biħsiebha tirrilaxxa formoli u tippubblika policies ġodda fuq is-sit elettroniku hekk kif dawn jidħlu fis-seħħ.

Huwa l-għan tagħna li nimminimizzaw xi tfixkil li jista’ jinqala’ kawża ta’ żbalji tekniċi. Madankollu, xi data jew informazzjoni fuq is-sit tagħna seta’ nħoloq jew ġie strutturat f’fajls jew f’formati li ma jkunux mingħajr żbalji, u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jiġix interrott, jew b’xi mod ieħor affettwat minn dawn il-problemi. L-Aġenzija ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ dawn il-problemi li jirriżultaw mill-użu ta’ dan is-sit jew ta’ kwalunkwe siti esterni oħra llinkjati magħhom.

Din iċ-ċaħda ta’ responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Aġenzija, bi ksur ta’ kwalunkwe rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet nazzjonali applikabbli, u lanqas li teskludi r-responsabbiltà tagħha fi kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu esklużi skont dik il-liġi.