It-Taqsima taċ-Ċittadinanza mxiet fi ħdan aġenzija ġdida
Skont l-Avviż Legali 435 tal-2020 – Regolamenti tal-2020 dwar il-Liċenzji tal-Aġenti li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kapitlu 188 tal-Liġijiet ta’ Malta), il-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-Amministrazzjoni Pubblika fi kwistjonijiet relatati maċ-ċittadinanza Maltija issa jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija Komunità Malta.
L-aġenzija li għadha kif ġiet stabbilita hija responsabbli mill-amministrazzjoni u l-ipproċessar ta’ dak kollu li huwa relatat maċ-ċittadinanza Maltija. Dan jinkludi l-aċċettazzjoni u l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-akkwist ta’ ċittadinanza Maltija permezz ta’ dixxendenza, ċittadinanza permezz tal-mertu, ċittadinanza permezz ta’ naturalizzazzjoni permezz ta’ residenza fit-tul u permezz ta’ servizz eċċezzjonali permezz ta’ mertu u servizz eċċezzjonali permezz ta’ investiment f’Malta.
Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok żur https://komunita.gov.mt/en/home/