Key Employee Initiative

Il-Key Employee Initiative tipprovdi servizz fast-track lil ċittadini li ġejjin minn pajjiżi terzi u li huma speċjalizzati u impjegati f’Malta. Din l-iskema tiffaċilita l-ħruġ ta’ permess ta’ residenza jew tax-xogħol lil impjegati prospettivi, li taħt ċirkostanzi normali jsir fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol, minn meta l-applikant ikun issottometta l-applikazzjoni.

Min hu eliġibbli biex japplika?

Din l-iskema hija applikabbli għal postijiet maniġerjali jew tekniċi ħafna li jeħtieġu kwalifiki rilevanti jew esperjenza adegwata relatata mal-impjieg li qed jiġi offrut. L-applikanti jridu jipprovdu informazzjoni lis-sezzjoni tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta biex tikkonferma l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li ġejjin:

  1. Salarju gross annwali ta’ mill-inqas €30,000 fis-sena;
  2. Kopji attestati tal-kwalifiki rilevanti, warrants jew esperjenza tax-xogħol meħtieġa;
  3. Dikjarazzjoni minn min iħaddem li tiddikjara li l-applikant għandu l-kredenzjali meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet assenjati lilu.

L-inizjattiva KEI hija estiża wkoll għal innovaturi involuti fi proġetti ta’ start-up li huma speċifikament approvati mill-Malta Enterprise.

If the permit holder applies at a very late stage, the residence card would be collected at time of application and the applicant would be issued with an interim authorisation to reside and work in Malta. This document will allow the applicant to keep on working but is not a travel document. Applicants are advised not to make any travel arrangements before their residency permit is issued.

X’inhi l-proċedura ta’ applikazzjoni li applikant għandu jsegwi?

Applikazzjonijiet għal single permit taħt il-KEI jistgħu jiġu sottomessi waqt li l-applikant ikun fiżikament f’Malta jew ikun għadu barra l-pajjiż. Il-lista ta’ kontroll għall-applikazzjonijiet għal single permit sottomessa taħt il-KEI tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku.
L-applikanti approvati jinħarġilhom permess ta’ residenza li jkun validu għal sena, fl-ewwel sena tiegħu. Sussegwentement, dan jista’ jiġġedded għal perijodu itwal (sa tliet snin) kemm-il darba l-applikant jippreżenta (i) kuntratt validu definit jew indefinit, flimkien ma’ (ii) il-formola tad-dikjarazzjoni tat-taxxa annwali oriġinali ttimbrata mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.

Lista ta’ verifika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li japplikaw għal single permit taħt l-inizjattiva Key Employee Initiative

L-applikanti jrid ikollhom awtorizzazzjoni valida biex jgħixu f’Malta. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tkun jew permess ta’ residenza jew viża. Iċ-ċittadini eżentati mill-viża għandhom iressqu l-applikazzjoni tagħhom fi żmien tliet xhur mill-wasla tagħhom f’Malta.

L-applikant irid jippreżenta din id-dokumentazzjoni li ġejja fil-format oriġinali:

  1. CEA Form C – Applikazzjoni għal Permess ta’ Residenza (applikant li ġej minn pajjiż barra mill-UE) abbażi tal-impjieg. Il-formola trid tkun approvata minn min iħaddem b’timbru uffiċjali u firma tal-uffiċjal responsabbli;
  2. Il-Formola ID1A – Electronic Identity Registration for Non Maltese Nationals u l-ħlas għall-miżata ta’ €280.50;
  3. Kopja tal-passaport tal-applikant, inklużi paġni vojta;
  4. Dikjarazzjoni minn min se jħaddem li fejn issir dikjarazzjoni li l-applikant għandu l-kredenzjali meħtieġa sabiex iwettaq id-dmirijiet assenjati;
  5. Kuntratt tax-xogħol iffirmat kemm mill-applikant kif ukoll minn min se jħaddem, li juri li s-salarju gross huwa ta’ €30,000;
  6. Curriculum Vitae tal-applikant;
  7. Kopji attestati ta’ kwalifiki, warrants jew ittri ta’ referenza rilevanti għax-xogħol, flimkien mar-rikonoxximent tal-Malta Qualifications Recognition & Information Centre (MQRIC). Jekk ir-rikonoxximent ma jkunx għandu nġieb mill-applikant, trid titwaħħal l-irċevuta li tkun intbagħtet mill-MQRIC wara li tkun sottomessa l-applikazzjoni għar-rikonoxximent;
  8. Polza tal-assigurazzjoni ta’ rifużjoni sħiħa li tindika l-aspetti kollha li huma koperti fl-eventwalità li l-applikant ikun jinħtieġ assistenza medika jew jinħtieġ li jkun rikoverat fl-isptar matul il-perijodu li jkun se jgħix f’Malta;
  9. Il-ftehim dwar il-kiri jew xiri ta’ propjetà li jirreferi b’mod ċar għall-applikant. Meta jikri proprjetà l-applikant jinħtieġ li jippreżenta l-formola msemmija Rental Declaration Form iffirmata minn sid il-kera. Id-data ta’ tmiem il-kuntratt trid tkun speċifikata f’dan il-ftehim;
  10. Min iħaddem għandu jibgħat imejl fuq [email protected] u jsegwi l-istruzzjonijiet li jingħatawlu fl-imejl awtomatika li tasallu mis-sezzjoni għal permess ta’ xogħol fi ħdan id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni</i tal-Mard (IDCU). L-IDCU jibgħat ittra ta’ approvazzjoni lil min iħaddem li trid tiġi ppreżentata lill-Aġenzija Identità Malta mas-sottomissjoni tal-applikazzjoni. 
  11. Min iħaddem għandu jibgħat imejl fuq [email protected] u jsegwi l-istruzzjonijiet li jingħatawlu fl-imejl awtomatika li tasallu mis-sezzjoni għal permess ta’ xogħol fi ħdan >id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard (IDCU).L-IDCU jibgħat ittra ta’ approvazzjoni lil min iħaddem li trid tiġi ppreżentata lill-Aġenzija Identità Malta mas-sottomissjoni tal-applikazzjoni. 

L-Aġenzija Identity Malta żżomm kopji ċċertifikati ta’ dokumenti fejn id-dokumentazzjoni oriġinali ma tkunx tista’ tinżamm.

Dawk l-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom tiġi sottomessa waqt li jkunu għadhom barra l-pajjiż, iridu jippreżentaw id-dokumentazzjoni oriġinali ladarba l-applikazzjoni tagħhom tiġi  approvata fil-prinċipju.

L-Aġenzija Identity Malta tista’ titlob kjarifiki addizzjonali dwar l-applikazzjonijiet. Fejn jinstab li jkun impossibbli li l-proċess tal-applikazzjoni jkun konkluż fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol, l-applikant u min iħaddem se jiġu infurmati bir-raġunijiet tad-dewmien li jaffettwa l-proċess tal-applikazzjoni.

L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li teskludi kemm applikanti u min iħaddem mill-inizjattiva KEI jekk jiġi kkonfermat li l-applikazzjoni sottomessa taħt l-iskema kien fiha xi informazzjoni falza jew qarrieqa.