Proċedura tal-Appelli

Meta viża tiġi rifjutata, annullata jew revokata mill-awtoritajiet Maltin, l-applikant jirċievi ittra li tinnotifikah/a bir-raġunijiet li waslu għal din id-deċiżjoni. 

Applikanti li jiġu rifjutati milli jingħataw viża jew ikollhom il-viża tagħhom annullata jew revokata, għandhom id-dritt li jappellaw kontra tali deċiżjoni mal-Immigration Appeals Board fi żmien ħmistax-il ġurnata ta’ xogħol, minn meta tinħareġ in-notifika. Kwalunkwe komunikazzjoni għandha ssir bl-Ingliż u tkun indirizzata lil bord f’dan l-indirizz:

The Secretary

Immigration Appeals Board

15, 1st Floor

City Gate Building 

Triq L-Ordinanza

Valletta 

Applikanti jridu jipprovdu kopja tal-ittra mibgħuta lilhom kif ukoll kwalunkwe dokumenti oħra li jistgħu jiġġustifikaw il-bażi li fuqhom tali deċiżjoni trid tiġi riveduta. Tali dokumenti jridu jkunu ċċertifikati bħala kopji vera tal-oriġinali minn avukat jew nutar. 

L-appell irid ikun impustat b’posta irreġistrata u b’imejl fuq l-indirizz elettroniku [email protected]; [email protected]

 

Sussegwentement, l-IAB javża kemm lill-applikant u kif ukoll lis-CVU bid-deċiżjoni li tittieħed.