Apostilla u legalizzazzjoni ta’ ċertifikati u traduzzjonijiet barranin

Meta tissottometti att barrani ta’ stat ċivili ta’ ċittadin Malti, li twieled, iżżewweġ jew miet barra mill-pajjiż, għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru Pubbliku f’Malta, id-dokument oriġinali u t-traduzzjoni relatata jistgħu jeħtieġu apostilla jew legalizzazzjoni tal-oriġinal, tat-traduzzjoni jew tat-tnejn li huma. Sabiex tivverifika jekk id-dokumenti li biħsiebek tissottometti għandhomx jiġu apostillati/legalizzati jew le, tista’ tara l-link ……

Klijenti li jeħtieġu aktar informazzjoni jistgħu jew jikkuntattjaw ir-Reġistru Pubbliku f’Malta jew l-eqreb Missjoni Maltija barra minn Malta.