Karta tal-Identità Mitlufa jew Misruqa
F’każ ta’ karta tal-Identità mitlufa jew misruqa, wieħed għandu jagħmel rapport lill-pulizija u japplika mill-ġdid mal-Unit tal-Karti tal-Identità.
Applikant li jiddikjara li l-karta tal-identità tiegħu/tagħha intilfet jew insterqet, għandu/ha:
- j/timla l-Formola ID 10 – Applikazzjoni għal Karta tal-Identità Maltija; u
- j/tissottometti rapport tal-pulizija li jrid jinkludi fih in-numru tal-karta tal-identità.
Biex tinħareġ karta tal-identità ġdida flok dik mitlufa jew misruqa iridu jitħallsu penali ta’ €22.
F’każ li l-karta tal-identità mitlufa/misruqa ma kinitx kard elettronika, (i) l-applikant irid jimla sezzjoni D tal-Formola ID10, li trid tinkludi dikjarazzjoni ta’ persuna awtorizzata, li tivverifika li hi/hu j/taf lill-applikant, u jissottometti (ii) ritratt tal-applikant (daqs tat-tip tal-passaport) li jkun iffirmat mill-istess
xhud biex jiċċertifika l-identità tal-persuna. F’każ li l-Karta tal-Identità mitlufa jew misruqa kienet diġà e-ID (kellha ċ-ċippa) m’hemmx bżonn timtela sezzjoni D.
L-applikant jinħtieġ japplika wkoll għal:
- kont virtwali tal-e-ID; u
- kard tal-persuni anzjani (fil-każ ta’ persuni li għandhom 60 sena jew aktar).