Kont Virtwali tal-e-ID

Meta persuna tapplika għal karta tal-identità, din tista’ tapplika wkoll għall-kont Single Sign On (SSO) e-ID li huwa bżonnjuż biex wieħed jaċċessa servizzi onlajn tal-Gvern. Wara li l-Unit tal-Karti tal-Identità jirċievi l-applikazzjoni, l-identità tal-applikant tiġi vverifikata u jipproċedi billi tintbagħat link lill-applikant sabiex ikun jista’ jattiva l-kont. Dan il-link jintbagħat fl-indirizz elettroniku pprovdut mill-applikant innifsu.

F’każ li l-applikant diġà għandu Karta tal-Identità/Permess tar-Residenza valida imma għadu qatt ma attiva l-kont tal-e-ID tiegħu, kulma jrid jagħmel huwa li jibgħat imejl fuq [email protected] jinformana li jixtieq jattiva l-kont virtwali tiegħu. L-applilant jirċievi imejl b’link kif ukoll lista bl-istruzzjonijiet dwar kif għandu jagħmel biex jattiva dan il-kont. Dawn jintbagħtu fl-indirizz elettroniku li jkun ġie pprovdut oriġinarjament mal-applikazzjoni. Għal aktar informazzjoni u għajnuna dwar il-kont virtwali tal-e-ID wieħed jista’ jagħmel kuntatt mas-Sezzjoni tal-e-ID fuq (+356) 25904300.