Konverżjoni ta’ Unjoni Ċivili fi Żwieġ

Is-Sezzjoni tar-Reġistru taż-Żwieġ tipprovdi wkoll għajnuna lil dawk il-koppji li jixtiequ jikkonvertu l-Unjoni Ċivili tagħhom, ikkuntrattata f’Malta jew barra minn Malta, fi Żwieġ. Sabiex jiġi kkonvertit fi żwieġ, l-Unjoni Ċivili trid ikun saret qabel id-dħul fis-seħħ tal-Att li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ u Liġijiet oħrajn (Emenda) 2017 u fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tal-Att imsemmi. It talbiet għall-konverżjoni jistgħu jiġu aċċettati sal-1 ta’ Diċembru, 2022.

Il-koppji li jixtiequ jikkonvertu l-Unjoni Ċivili tagħhom fi Żwieġ għandhom iżuru r-Reġistru Pubbliku u jissottomettu dawn id-dokumenti:

Dikjarazzjoni ġuramentata, li titlob il-konverżjoni ffirmata miż-żewġ partijiet quddiem ir-Reġistratur, permezz ta’ din il-ħolqa;
Dokumenti tal-identifikazzjoni validi;
Kopja legali tal-att tal-Unjoni Ċivili li għandu jinbidel;
Il-ħlas ta’ miżata ta’ EUR25.65 għall-konverżjoni.

Ladarba r-rekwiżiti kollha jkunu ġew sodisfatti, tiddaħħal annotazzjoni fuq l-att tal-Unjoni Ċivili li din tkun inbidlet fi Żwieġ. Ir-Reġistratur għandu mbagħad joħroġ Att taż-Żwieġ, datat bid-data li fiha jkun ġiet ikkuntrattata l-Unjoni Ċivili, u ssir annotazzjoni fuq l-Att taż-Żwieġ li tali att huwa riżultat ta’ konverżjoni.

Klijenti li jirrisjedu barra mill-pajjiż jistgħu jfittxu assistenza għal dan ta’ hawn fuq permezz ta’ Missjoni Maltija