Passaport ta’ Emerġenza

L-Uffiċċju tal-Passaporti joffri servizz ta’ emerġenza fejn applikazzjoni għall-passaport tiġi pproċessata fl-istess jum bi ħlas addizzjonali.

L-applikanti għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju tal-Passaporti minn qabel billi jċemplu (+356) 2590 4100, u jimlew il-Form A. Jekk l-informazzjoni rilevanti kollha tkun korretta, l-applikazzjoni tiġi pproċessata f’erba’ (4) sigħat ta’ xogħol.

Jekk applikant iċempel qabel l-10:00AM nhar ta’ Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamis u l-Ġimgħa, jkun jista’ jiġbor il-passaport il-ġdid tiegħu fl-istess ġurnata. Nhar ta’ Erbgħa, l-applikant jista’ jċempel sas-02:00PM. Talbiet għal passaport urġenti ppreżentati wara l-ħin indikat jew nhar ta’ Sibt se jiġu pproċessati u lesti għall-ġbir fil-jum tax-xogħol li jmiss.

Il-miżati huma:

  • Passport tal-adulti u ta’ stranġier, kif ukoll dokument tal-ivjaġġar: €140
  • Passaport ta’ minuri taħt id-disa’ snin: €60
  • Passport ta’ minuri bejn 10 u 15-il sena: €80

L-Uffiċċju tal-Passaporti joffri wkoll servizz ta’ emerġenza barra l-ħinijiet tal-uffiċċju. F’dawn il-każijiet, l-applikanti huma meħtieġa li jikkuntattjaw lill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta billi jċemplu fuq (+356) 2122 4001. L-awtoritajiet tal-MIA jgħinu lill-applikant sabiex jagħmel kuntatt mal-Uffiċjal mill-Uffiċċju tal-passaporti li jkun on duty. Dan is-servizz huwa pprovdut bi ħlas
addizzjonali u jista’ jiġi pprovdut biss jekk l-applikant jagħti avviż ta’ mill-inqas erba’ (4) sigħat qabel it-tluq tiegħu/tagħha. Jekk il-passaport tal-applikant jintilef, jinsteraq jew jinqered, u l-applikant ma jippreżentax karta tal-identità valida, allura t-talba tiegħu/tagħha ma tistax tintlaqa’ barra l-ħinijiet tal-uffiċċju.