Riċerki fuq Individwi u Kumpaniji
Skont il-liġi, meta wieħed jiġi biex jixtri dar għandu jordna riċerka permezz ta’ Nutar Pubbliku fuq dik il-propjetà. L-istess proċedura għandha titwettaq qabel dak li jkun jissieħeb f’kumpanija jew ikun se jsir is-sid ewlieni tagħha. Ir-riċerki kemm fuq is-sidien attwali tad-dar kif ukoll dawk ta’ qabel, jipprovdu ħarsa ġenerali fuq l-istorja tal-pussess tal-propjeta flimkien ma’ informazzjoni fuq restrizzjonijiet legali li jista’ jkun hemm bħal ipoteki, ċnus kif ukoll ċerti drittijiet ta’ pussess u użu tal- propjeta kkonċernata.
Kull min ikun jixtieq jordna riċerka fuq individwu jew propjeta jista’ jagħmel dan billi jikkuntattja lin- nutar tiegħu jew billi jiġi l-Front Office tagħna. Hawnhekk jiġi ggwidat minn wieħed mill-uffiċjali inkarigati li tispjegalu l-proċess, teħodlu d-dettalji neċessarji u tissottometti r-riċerka f’ismu. L-istess riċerka tista’ wkoll tiġi ordnata onlajn https://pronline.identitymalta.com.
L-informazzjoni meħtieġa għal riċerka fuq Individwi/Kumpaniji tinkludi:
- Isem u Kunjom l-individwu, jew l-isem legali sħiħ tal-kumpanija;
- Isem u Kunjom il-ġenituri (kunjom tal-omm xebba);
- Isem u Kunjom ir-raġel (fejn jidħlu l-ordnijiet fuq nisa miżżewġin);
- Il-post tat-twelid;
- Il-perjodu taż-żmien.
Ir-riċerki jistgħu jiġu ordnati bħala normali, priorità jew updates, skont il-parametri u l-urġenza tar-riċerka.
Riċerki normali jieħdu sa 10 t’ijiem tax-xogħol biex jinħarġu u jiswew €15.85 u €3.20/€0.95 kull nota.
Il-klijenti jiġu rrakkomandati jordnaw priorità meta dawn ikollhom bżonnhom urġenti. Riċerki ta’ priorità jinħarġu fi tlett (3) ijiem minn meta tiġi ordnata r-riċerka. Dawn jiswew €31.70 u €6.20/€1.90 kull nota.
L-updates jikkonsistu f’riċerki li jkopru perjodu li ma jaqbiżx id-90 jum sad-data ta’ meta r-riċerka tiġi ordnata u jitlestew fi tlett’ijiem tax-xogħol ukoll. Dawn jiswew €4.15 u €3.20/€0.95 kull nota..