Riċerki Testamentarji
Kull min ikun interessat isir jaf jekk persuna jkollhiex testmenti pubbliċi reġistrati f’isimha, jista’ jordna riċerka testamentarja. Ta’ min wieħed jinnota li ċ-ċertifikat tat-testmenti ikun jinkludi biss il-kopja tan- nota reġistrata min-nutar li jkun sar it-tesment għandu. Wieħed ma jkunx jista’ jara l-kontenut tat- testment, bin-nota tinkludi biss id-data ta’ meta jkun sar it-tesment u isem in-nutar involut. Il-kontenut tat-testment jista’ jiġi żvelat biss wara l-mewt tat-testatur u wara li jiġi ppreżentat iċ-ċertifikat tal-mewt. Biex jakkwista kopja tat-testment, il-klijent ikun jinħtieġ jirrikorri jew għand in-nutar ikkonċernat jew l- Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u jieħu miegħu ċ-ċertifikat tal-mewt u r-Riċerka Testamentarja.
Dawn ir-riċerki jistgħu jiġu ordnati kemm permezz tal-website https://pronline.identitymalta.com:444, kif ukoll mill-Front Office.
Ir-riċerki testamentarji jitlestew f’sebat (7) ijiem tax-xogħol, bil-prezz tagħhom jammonta jew għal €12.85 jekk il-perijodu indikat jibda qabel l-1972 jew €9.00 jekk il-perijodu jibda wara l-1972.