Twelid

Ir-Reġistrazzjoni tat-Twelid u l-Prova tat-Twelid huma amministrati mir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta u mir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex. Dawn is-servizzi huma pprovduti biex jinżamm rekord tat-twelid kollu f’Malta u ta’ ċittadini Maltin imwielda barra minn pajjiżhom.

Aġġornata l-aħħar: 25/10/2022

Reġistrazzjoni ta’ twelid

X’inhi l-proċedura li wieħed irid jimxi magħha?

Tfal li twieldu f’Malta

Il-ġenitur/i ta’ wild imwieled f’Malta huwa/huma obbligat/i li jinnotifika/w it-twelid fi żmien ħmistax-il (15) ġurnata. Irid isir ħlas ta’ €2.60 għal kull twelid irreġistrat.

Notifika tat-twelid tista’ ssir online billi żżur is-sit tal-Aġenzija Identità Malta  https://www.identitymalta.com/  u tilloggja fuq Notifiki tat-Twelid u tal-Mewt. Uża l-kredenzjali tal-eID tiegħek. Imla l-Formola elettronika tad-“Dikjarazzjoni tan-Notifika tat-Twelid” u tella’ n-Notifika tat-Twelid tat-tarbija maħruġa mill-isptar fejn ikun seħħ it-twelid, kif ukoll id-dokument/i ta’ identifikazzjoni tal-ġenitur/i.

Hemm każijiet eċċezzjonali fejn il-proċess tan-notifika tat-twelid ma jistax jiġi ppreżentat online. F’dan il-każ, in-notifika ta’ twelid li seħħ f’Malta tista’ ssir mill-ġenitur/i billi wieħed iżur l-uffiċċju tal-Aġenzija Identità Malta fl-Isptar Mater Dei, l-Imsida, jew l-uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku f’Onda Building, Triq Aldo Moro, il-Marsa, MRS 9065.

Fil-każ ta’ twelid f’Għawdex, il-ġenituri għandhom iżuru r-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, Triq ta’ Wara s-Sur, Victoria. L-uffiċjali tan-notifika tat-twelid tagħna se jiggwidaw lill-ġenitur/i matul il-proċess. Ladarba l-Att jiġi abbozzat, il-ġenitur/i huwa/huma meħtieġ(a) jiffirma/jiffirmaw b’mod elettroniku l-Att dwar it-Twelid tat-tifel/tifla biex jikkonferma/jikkonfermaw li jaqblu mal-informazzjoni.

Il-ġenitur/i huwa/huma wkoll mitlub(a) jiffirma/jiffirmaw id-“Dikjarazzjoni ta’ Notifika tat-Twelid” li tinkludi informazzjoni dwar it-tifel/tifla u l-ġenitur/i.

In-Notifika tat-Twelid tista’ ssir ukoll bil-posta fejn id-‘Dikjarazzjoni tan-Notifika tat-Twelid’ titniżżel mis-sit elettroniku tal-Aġenzija tal-Identità Malta https://www.identitymalta.com/wp-content/uploads/2019/10/6.-Declaration-Notification-Birth.pdf Din il-formola tista’ tinkiseb ukoll mir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta billi tibgħat imejl fuq [email protected] u mir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex billi tibgħat imejl fuq [email protected] . Tinkiseb ukoll  stampata mill-uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta fil-Marsa, l-Uffiċċju ta’ Identità Malta fl-Isptar Mater Dei fl-Imsida, u mir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, Victoria.

Dokumentazzjoni oħra meħtieġa sabiex timtela notifika tat-twelid tinkludi ċ-ċertifikat oriġinali “Notifika tat-Twelid ta’ Tarbija” maħruġ mill-isptar fejn ikun seħħ it-twelid kif ukoll id-dokumenti ta’ identifikazzjoni tal-ġenitur/i. Dokumentazzjoni oħra, skont l-istat ċivili tal-ġenitur/i, tista` tkun mitluba.

L-Att, flimkien mal-irċevuta tal-ħlas, jintbagħat/jintbagħtu lill-ġenitur/i permezz tas-servizzi postali lill-ġenitur/i għall-konferma u l-firma tiegħu/tagħha/tagħhom.

L-Att iffirmat imbagħad jintbagħat lura lir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta jew lir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex għar-reġistrazzjoni sussegwenti u jinżamm fl-Arkivji.

Ladarba l-Att tat-Twelid ikun irreġistrat, il-ġenitur/i jiġi/u infurmat/i b’SMS jew b’imejl li ċ-Ċertifikat tat-Twelid jista’ jiġi ordnat. Dan imbagħad ikun jista’ jiġi ordnat mis-sit tar-Reġistru Pubbliku www.certifikati.gov.mt skont il-proċedura fit-Taqsima “Ordni ta’ Ċertifikat tat-Twelid” kif spjegat iktar ’il quddiem.

Għaċ-ċittadini Maltin li twieldu barra minn Malta, ir-reġistrazzjoni tat-twelid tista’ ssir permezz ta’ waħda mir-Rappreżentanti Diplomatiċi Maltin.

L-applikant għandu jipprovdi lir-Rappreżentanza Diplomatika Maltija ċertifikat oriġinali tat-twelid, jew b’kopja vera maħruġa minn awtorità kompetenti. Iċ-ċertifikat tat-twelid oriġinali nnifsu għandu jkun jew apostillat jew legalizzat. L-applikant għandu jissottometti ċ-ċertifikat tat-twelid oriġinali jew il-kopja awtentika maħruġa minn awtorità kompetenti lir-Rappreżentanza Diplomatika Maltija. Iċ-ċertifikat tat-twelid oriġinali għandu jkun apostillat jew legalizzat. Jekk iċ-ċertifikat jinħareġ minn Stat Membru tal-UE, ma tkun meħtieġa l-ebda apostilla. Jekk il-pajjiż li minnu nħareġ iċ-ċertifikat ma jkunx firmatarju għall-Konvenzjoni ta’ The Hague rigward l-apostilla, iċ-Ċertifikat tat-Twelid barrani jrid jiġi legalizzat.

Jekk iċ-ċertifikat tat-twelid ma jkunx bil-Malti jew bl-Ingliż, trid tiġi pprovduta wkoll traduzzjoni uffiċjali taċ-ċertifikat tat-twelid.

Sakemm dawn ma jsirux f’pajjiż tal-UE, it-traduzzjonijiet għandhom dejjem ikunu apostillati jew legalizzati biex jikkonfermaw il-firma tat-traduttur. It-traduttur irid jiġi rikonoxxut u ċċertifikat permezz tal-Portal tal-Ġustizzja tal-UE skont ir-Regolament tal-UE 2016/1191. F’dawn il-każijiet, apostilla mhix meħtieġa għat-traduzzjoni.  Ma jkunx hemm ħtieġa li ssir traduzzjoni jekk maċ-ċertifikat tat-twelid ikun hemm mehmuża l-formola standard multilingwali bħala għajnuna għat-traduzzjoni.

Ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni ta’ twelid li jseħħ barrra minn Malta huma;

  1. Il-Formola “Talba għar-Reġistrazzjoni tat-Twelid” iffirmata mill-applikant;
  2. Dokument ta’ identifikazzjoni tal-applikant; u
  3. Konferma taċ-ċittadinanza Maltija.

L-applikanti jistgħu wkoll iżuru l-uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, il-Marsa, Malta jew ir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, Victoria, Għawdex biex jippreżentaw personalment dawn id-dokumenti għar-reġistrazzjoni.

Iċ-ċertifikati tat-twelid jiġu ppreżentati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta jew fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, flimkien mal-Formola “Talba għar-Reġistrazzjoni tat-Twelid”, li tiġi ffirmata min-notifikatur jew mill-applikant. Wara li jiġi abbozzat Att tat-Twelid, tkun tista’ ssir ir-reġistrazzjoni. Id-dokumentazzjoni oriġinali kollha tinżamm mir-Reġistru Pubbliku.

X’għandi bżonn nipprovdi?

Għal twelid li jseħħ f’Malta:

  • Id-dokumenti ta’ identifikazzjoni tal-ġenituri;
  • Iċ-Ċertifikat ta’ “Notifika tat-Twelid ta’ Tarbija” maħruġ mill-Isptar u ffirmat mill-qabla;
  • Dokumentazzjoni oħra, skont l-istat ċivili tal-ġenitur/i kif meħtieġ; u
  • Ħlas ta’ EUR2.60.

 

Għal twelid ta’ ċittadin Malti mwieled barra mill-pajjiż:

  • Konferma taċ-Ċittadinanza Maltija;
  • L-Att Oriġinali tat-Twelid jew kopja vera maħruġa mill-istess awtorità kompetenti lir-Reġistru Pubbliku. Iċ-ċertifikat tat-twelid oriġinali nnifsu jeħtieġ li jkun jew apostillat jew legalizzat. M’hemmx bżonn ta’ apostilla jekk iċ-ċertifikat jinħareġ minn Stat Membru tal-UE. Jekk il-pajjiż minn fejn ikun inħareġ iċ-ċertifikat ma jiffurmax parti mill- Konvenzjoni ta’ The Hague rigward l-apostilla, iċ-ċertifikat tat-twelid barrani jrid jiġi legalizzat;
  • Jekk iċ-ċertifikat tat-twelid mhuwiex bil-Malti jew bl-Ingliż, għandha tiġi ppreżentata wkoll traduzzjoni uffiċjali taċ-ċertifikat tat-twelid;
  • Jekk issir traduzzjoni f’pajjiż tal-UE, it-traduttur jiġi rikonoxxut u kkonfermat permezz tal-portal tal-Ġustizzja tal-UE skont ir-Regolament tal-UE 2016/1191. F’dawn il-każijiet, mhux meħtieġa apostilla fuq it-traduzzjoni. Ma jkunx hemm ħtieġa li ssir traduzzjoni jekk maċ-ċertifikat tat-twelid ikun hemm mehmuża l-formola standard multilingwali bħala għajnuna għat-traduzzjoni; u
  • Dokument ta’ identifikazzjoni/s.

F’liema lingwi ssir din il-proċedura?

Il-proċedura titwettaq bil-Malti u bl-Ingliż.

Id-dokumentazzjoni kollha, inklużi l-Att tat-Twelid u ċ-Ċertifikat tat-Twelid, huma bil-Malti u bl-Ingliż.

Kif napprova l-identità tiegħi?

Il-mezzi ta’ notifika aċċettati huma s-sottomissjoni ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni u l-firma tal-ġenitur/i li jinnotifika/w fuq l-Att tat-Twelid.

Il-firem jinġabru elettronikament meta l-ġenitur/i jinnotifika/w it-twelid personalment fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, il-Marsa, l-uffiċċju tal-Aġenzija Identità Malta fl-Isptar Mater Dei, l-Imsida jew fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, Victoria, Għawdex jew permezz ta’ firma bil-pinna meta n-notifika timtela online jew bil-posta.

Dokumenti oħra, skont l-istat ċivili tal-ġenitur/i jistgħu jintalbu sabiex tkun tista`  titlesta n-Notifika tat-Twelid.

F’każ ta’ twelid ta’ ċittadin Malti barra mill-pajjiż, ir-reġistrazzjoni tista’ ssir ukoll permezz ta’ waħda mir-Rappreżentanti Diplomatiċi Maltin jew direttament mal-Uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta f’Onda Building, Triq Aldo Moro, il-Marsa, MRS 9065, jew mir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, Triq ta’ Wara s-Sur, Victoria, Għawdex.

Kemm idum il-proċess biex jitlesta u x’inhuma l-iskadenzi applikabbli?

Meta t-twelid isir f’Malta, il-ġenitur/i hu/ma obbligati li jinnotifikaw lir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta jekk it-twelid iseħħ f’Malta, u lir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex jekk it-twelid iseħħ f’Għawdex, fi żmien 15-il ġurnata mit-twelid.

Mill-jum tan-notifika, ir-Reġistru Pubbliku jeħtieġ medja ta’ ġimgħatejn biex jirreġistra t-twelid u biex iċ-ċertifikat tat-twelid ikun disponibbli online jew sabiex jinġabar personalment mir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta il-Marsa, jew mir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, Victoria.

Hemm xi tariffi għal din il-proċedura?

Ħlas ta’ €2.60 huwa dovut għal kull twelid innotifikat.

Jistgħu japplikaw tariffi addizzjonali jekk tali proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ twelid ta’ ċittadini Maltin imwielda barra minn Malta jiġu sottomessi f’Rappreżentanza Diplomatika Maltija.

X’għandi nagħmel jekk ma nisma’ xejn mingħand ir-Reġistru Pubbliku?

Ir-Reġistru Pubbliku jipprovdi informazzjoni dwar l-istatus tan-notifika u tar-reġistrazzjoni skont l-Att u dwar id-disponibbiltà taċ-ċertifikat tat-twelid tal-minuri meta din l-informazzjoni tintalab mill-ġenitur/i.

Tagħrif u mistoqsijiet jistgħu jinkisbu permess tal-informazzjoni pprovduta hawn taħt.

Ir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, Onda Building, Triq Aldo Moro, il-Marsa, MRS 9065.

imejl [email protected]

Tel: + 356 2590 4200.

Ir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, Triq ta’ Wara s-Sur, Victoria, Għawdex VCT1335.

imejl [email protected]

Tel: + 356 2215 6388.

Ċertifikat tat-twelid jista’ jiġi ordnat online minn fuq is-sit www.certifikati.gov.mt Jekk iċ-ċertifikat tat-twelid ikun għadu mhux disponibbli, ir-Reġistru Pubbliku jibgħat imejl lill-ġenitur/i li jkun ordnah.

Fil-każ li d-Direttur jirrifjuta li jirreġistra Att għal kwalunkwe raġuni, l-applikant jista’ jinvoka l-Artikolu 253 tal-Kodiċi Ċivili u jitlob lill-qorti kompetenti sabiex tagħmel dan.

X’nista’ nagħmel f’każ li jkun hemm nuqqas ta’ ftehim?

Fejn għal xi raġuni, id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku jirrifjuta li jirreġistra kwalunkwe Att, jew meta persuna tiddikjara li hemm indikazzjoni żbaljata ta’ xi ħaġa partikolari fl-Att tat-Twelid wara li tkun saret ir-reġistrazzjoni, tkun trid tiġi ppreżentata applikazzjoni quddiem il-qorti kompetenti skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili (Kapitolu 16 tal-Liġijiet ta’ Malta), fejn tintalab lil dik il-qorti sabiex tordna r-reġistrazzjoni tal-Att jew tordna l-korrezzjoni tal-parti partikolari inkwistjoni.

Kif tordna Ċertifikat tat-Twelid

Il-proċess sabiex tordna ċertifikat tat-twelid tista’ ssir b’wieħed miż-żewġ modi kif elenkat hawn taħt.

  1. Ċertifikat tat-twelid jista’ jiġi ordnat online:
  • Mur fuq il-websajt certifikati.gov.mt ;
  • Illoggja billi tuża l-kredenzjali tal-eID tiegħek (jekk trid) biex timla l-informazzjoni tiegħek f’xi oqsma;
  • Ikklikkja fuq l-istampa tat-tarbija bil-kliem ‘Applikazzjoni għal Ċertifikat Twelid’ jew billi tagħfas n-naħa tax-xellug fuq il-kelma Twelid;
  • Imla l-formola Applika Għal Ċertifikat tat-Twelid;
  • Isir il-ħlas tat-tariffi meħtieġa; u
  • agħżel jekk tixtieqx li tiġbru jew li jintbagtlek bil-posta.
  1. Iċ-ċertifikat tat-twelid jista’ jinkiseb personalment billi wieħed iżur ir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta jew l-Uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex. Uffiċjal tar-Reġistru Pubbliku jgħinek biex tordna ċertifikat tat-twelid u jaċċetta l-ħlas għall-konsenja.

X’għandi bżonn inġib miegħi?

Trid tipprovdi d-dettalji tal-persuna li ċ-ċertifikat tat-twelid tagħha huwa meħtieġ u jsir il-ħlas dovut skont iċ-ċertifikat li jintalab.

Id-data tat-twelid, l-isem, il-kunjom u l-isem u l-kunjom tal-ġenituri huma meħtieġa.

Il-proċess jista’ jitwettaq b’liema lingwi?

Il-proċedura tista’ ssir bil-Malti u bl-Ingliż. It-taqsimiet kollha tal-formoli, inkluż iċ-‘Ċertifikat tat-Twelid’ huma bil-Malti u bl-Ingliż.

Kif nista’ nipprova l-identità tiegħi?

Prova tal-identità mhijiex meħtieġa biex jiġi tordnat ċertifikat tat-twelid.

Kemm idum il-proċess biex jitlesta u x’inhuma l-iskadenzi applikabbli?

Il-proċedura titlesta u ċ-ċertifikat ikun lest fi żmien sitt ijiem. Jekk tkun meħtieġa apostilla fuq iċ-ċertifikat, allura hemm bżonn ta’ tlett ijiem addizzjonali għall-preparazzjoni taċ-ċertifikat.

Jekk tordna ċertifikat tat-twelid online, tiġi nfurmat permezz ta’ SMS jew imejl dwar il-proċess tal-ordni tiegħek.

X’inuma t-tariffi għaċ-ċertifikati tat-twelid?

Għal ċertifikati tat-twelid ordnati onlajn:

  • Estratt (informazzjoni bażika) it-tariffa hija ta’ €2.50;
  • Ċertifikat sħiħ (informazzjoni sħiħa) it-tariffa hija ta’ €9.95;
  • Iż-żieda fb’ Appostille/Il-Legalizzazzjoni tinħtieġ tariffa żejda ta’ €12;
  • Ċertifikat multilingwali ordnat biss fuq ċertifikati sħaħ, it-tariffa hija ta’ €10.

Għal ċertifikati ta’ twelid ordnati personalment fl-uffiċċju

  • Estratt (informazzjoni bażika) it-tariffa hija ta’ €2.60;
  • Ċertifikat sħiħ (informazzjoni sħiħa) it-tariffa hija ta’ €10.25;
  • Ordni ta’ ċertifikat multilingwali it-tariffa hija ta’ €10.

X’għandi nagħmel jekk ma nisma’ xejn mingħand ir-Reġistru Pubbliku?

Ir-Reġistru Pubbliku jipprovdi informazzjoni dwar id-disponibbiltà taċ-‘Ċertifikat tat-Twelid’ tal-minuri meta dan tintalab mill-ġenitur/i. Talbiet jistgħu jsiru billi wieħed juża l-informazzjoni ta’ kuntatt ta’ hawn taħt.

X’nista’ nagħmel f’każ li jkun hemm nuqqas ta’ ftehim?

Fejn għal xi raġuni, id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku jirrifjuta li jirreġistra kwalunkwe Att, jew meta persuna tiddikjara li hemm indikazzjoni żbaljata ta’ xi ħaġa partikolari fl-Att tat-Twelid wara li tkun saret ir-reġistrazzjoni, tkun trid tiġi ppreżentata applikazzjoni quddiem il-qorti kompetenti skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili (Kapitolu 16 tal-Liġijiet ta’ Malta), fejn tintalab lil dik il-qorti sabiex tordna r-reġistrazzjoni tal-Att jew tordna l-korrezzjoni tal-parti partikolari inkwistjoni.

Informazzjoni ta‘ Kuntatt

L-Awtorità kompetenti responsabbli għall-proċedura hija:

Reġistru Pubbliku ta’ Malta, Onda Building, Triq Aldo Moro Road, il-Marsa, MRS 9065.

Ibgħat imejl fuq [email protected]

Tel: + 356 2590 4200.

 

Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, Triq ta’ Wara s-Sur, Victoria, Għawdex VCT1335.

Ibgħat imejl fuq [email protected]

Tel: + 356 2215 6388.

Liġijiet u regolamenti rilevanti

Kodiċi Ċivili, Kapitolu 16 tal-Liġijiet ta’ Malta

IR-REGOLAMENT (UE) 1191/2016 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini billi jissimplifika r-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta’ ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012

Kummenti u Feedback

Din il-paġna għenitek? Għidilna jekk din l-informazzjoni hijiex ta’ għajnuna jew jekk hemmx modi li nistgħu ntejbuha. Segwi l-link hawn taħt:

Nixtieq inħalli feedback dwar din il-paġna

Irrapporta l-ostakli li nqalgħu waqt l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħek tas-suq intern

Sib għajnuna f’dan il-qasam

Your Europe Logo