L-Aġenzija Identità Malta hija infurmata li detenturi tal-kontijiet tal-eID qed jirċievu telefonati mingħand xi individwi li jidentifikaw irwieħhom bħala uffiċjali tal-aġenzija. Min iċempel qiegħed jitlob id-dettalji ta’ login tal-eID u dettalji personali oħra filwaqt li jallega li ġie aċċessat il-kont tad-detentur, meta fil-fatt dan ma jkunx il-każ.

L-Aġenzija Identità Malta tinforma lill-pubbliku in ġenerali li l-aġenti tagħha ma jċemplux lid-detenturi ta’ kontijiet tal-eID u ma jitolbux informazzjoni personali tagħhom jew informazzjoni oħra ta’ login.

Nagħtu parir lill-klijenti tagħna sabiex jinjoraw kwalunkwe telefonata jew emails bħal dawn, għaliex dawn jistgħu jkunu qarrieqa.