Ir-Reġistru Pubbliku

Ir-Reġistru Pubbliku

L-għanijiet ewlenin tar-Reġistru Pubbliku huma stabbiliti fl-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku (Kap. 56), l-Att dwar iż-Żwieġ (Kap. 255), l-Att dwar l-Unjonijiet Ċivili (Kap. 530), u l-Kodiċi Ċivili (Kap. 16), Sezzjoni 1 sa 306.

Ir-Reġistru Pubbliku twaqqaf nhar it-3 ta’ Awwissu tal-1889, għalkemm id-dokumenti miżmuma jmorru lura sal-1863. Id-dokumenti arkivjati fir-Reġistru Pubbliku jinkludu l-atti tat-twelid, adozzjoni, żwieġ, unjoni ċivili u mwiet.

Annotazzjonijiet fuq dawn l-atti jsiru wara li r-Reġistru Pubbliku jkun mgħarraf bis-sentenzi u d-digrieti tal-qorti.  Isiru fost oħrajn annotazzjonijiet fir-rigward ta’ separazzjonijiet, rikonċiljazzjonijiet, tibdil tal-ġeneru, leġittimazzjoni u rikonoxximenti.

Taqsima tal-Istat Ċivili u Assistenza lill-Pubbliku

Din it-taqsima hija responsabbli mill-ħruġ
ta’ kopji ta’ atti tat-twelid, żwieġ, unjoni
ċivili, mewt u adozzjoni rreġistrati f’Malta.

Toħroġ ukoll ċertifikati ta’ stat ħieles. Iċ-ċertifikati jistgħu jiġu ordnati mill-websajt www.certifikati.gov.mt Dan is-sit jipprovdi l-informazzjoni kollha biex jinkisbu ċertifikati eżistenti tal-istat ċivili, inklużi twelid, żwieġ, unjoni ċivili, mewt u ċertifikati ta’ stat ħieles.

Ċertifikati ordnati minn www.certifikati.gov.mt  jintbagħtu bil-posta jew jistgħu jinġabru mir-Reġistru Pubbliku, Onda Building, Aldo Moro Road, Marsa, MRS 9065.  Ir-Reġistru Pubbliku jipproċessa l-ordni fi żmien sitt (6) ijiem ta’ xogħol mid-data tas-sottomissjoni.

Iċ-Ċertifikati jistgħu wkoll jinkisbu direttament mit-taqsima tal-Istat Ċivili u Assistenza lill-Pubbliku, Onda Building, Aldo Moro Road, Marsa, MRS 9065. It-taqsima tal-Istat Ċivili u Assistenza lill-Pubbliku tipprovdi wkoll maċ-ċertifikati tat-twelid, żwieġ, unjoni ċivili, stat ċivili u mewt, formoli  multilingwali lil ċittadini tal-Unjoni Ewropea biex jiġu ppreżentati lill-awtorità pubblika fi ħdan l-Unjoni.

Dawn jistgħu wkoll jiġu ordnati mill-websajt www.certifikati.gov.mt jew mir-Reġistru Pubbliku, Onda Building, Aldo Moro Road, Marsa, MRS 9065. Għall-fini ta’ traduzzjoni, tista’ timtela formola apposta b’lingwi differenti, minn din is-sezzjoni, għal kwalunkwe ċertifikat imsemmi hawn fuq, li tista’ tkun ippreżentata lil kwalunkwe awtorità fi kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Dawn ukoll jistgħu jitniżżlu direttament minn www.certifikati.gov.mt jew mit-Taqsima tal-Istat Ċivili u Assistenza lill-Pubbliku.

It-Taqsima tar-Reġistru taż-Żwieġ

Iż-żwieġ u l-unjoni ċivili li jsir f’Malta hu rregolat bid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar iż-Żwieġ, Kap. 255 tal-1975, li daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Awwissu 1975 u l-Att dwar l-Unjonijiet Ċivili Kap. 530 li daħal fis-seħħ fl-14 ta’ April 2014

Iż-żewġ atti ġew emendati bl-Att XXIII tal-2017, b’effett mill-1 ta’ Settembru 2017. It-taqsima tar-Reġistru taż-Żwieġ twaqqfet fit-12 ta’ Awwissu 1975, fl-istess sena li fiha ġie ppromulgat l-Att dwar iż-Żwieġ. L-Atti msemmija hawn fuq jirregolaw iż-żwiġijiet u l-unjonijiet ċivili kollha li jsiru f’Malta.

It-taqsima tar-Reġistru taż-Żwieġ tirċievi talbiet għall-pubblikazzjoni ta’ tnidijiet għal żwiġijiet u unjonijiet ċivili f’Malta.

L-applikazzjonijiet għall-pubblikazzjoni tat-tnidijiet taż-żwieġ jew unjoni ċivili jintlaqgħu bejn tliet (3) xhur u sitt (6) ġimgħat qabel id-data taż-żwieġ jew unjoni ċivili. It-taqsima tar-Reġistru taż-Żwieġ toffri wkoll is-servizz ta’ kamra għaż-żwieġ, fejn jistgħu jsiru ċ-ċerimonji taż-żwiġijiet ċivili u unjonijiet ċivili.

It-taqsima toffri wkoll informazzjoni lil ċittadini Maltin li se jiżżewġu persuna barranija.

Żwiġijiet

Il-proċess tal-formalitajiet tat-tħejjija għaż-żwieġ huma:

i. Żwiġijiet Reliġjużi

Il-koppji huma mitluba jċemplu għal appuntament fuq (+356) 2590 4240  jew jibagħtu imejl fuq [email protected] mill-inqas tliet (3) xhur qabel id-data taż-żwieġ sabiex jagħmlu appuntament. L-imejl għandha tinkludi numru tat-telefon fejn tista’ tiġi kkuntattjata  l-koppja.

Ir-Reġistratur taż-Żwiġijiet għandu jingħata l-informazzjoni li ġejja:

  1. Il-knisja jew il-post fejn ikun se jsir iż-żwieġ;
  2. Id-data taż-żwieġ;
  3. Isem u kunjom is-saċerdot li se jamministra ċ-ċerimonja taż-żwieġ;
  4. Il-kunjom li l-konjuġi jkunu beħsiebhom jużaw wara ż-żwieġ inkluż l-isem tal-familja.

Il-koppja għandha wkoll tipprovdi dan li ġej:

  1. Ċertifikati tat-twelid (f’każ li l-applikanti ma jkollhomx it-twelid tagħhom irreġistrat fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta). Dan għandu jkun appostillat jew legalizzat (jekk mhux ġej mill-Unjoni Ewropea);
  2. Dokumenti tal-identità u fotokopji tagħhom;
  3. Fotokopja tad-dokumenti tal-identità tax-xhieda;
  4. Dokumenti oħra skont il-każ.

Għaxart (10) ijiem qabel id-data taż-żwieġ, il-koppja għandha tiġbor żewġ (2) kopji tal-Att taż-Żwieg u kopja (1) taċ-Ċertifikat tat-Tnidijiet. Dawn id-dokumenti għandhom jiġu ppreżentati lill-kappillan tal-post fejn tkun se ssir iċ-ċerimonja taż-żwieġ.

Wara l-quddiesa taż-żwieġ, il-koppja għandha tiffirma ċ-Ċertifikat taż-Żwieġ flimkien max-xhieda u mas-saċerdot li jkun amministra s-Sagrament taż-Żwieġ.  Dan iċ-ċertifikat għandu jiġi rritornat lura mill-aktar fis, mill-istess saċerdot, lir-Reġistru Pubbliku għar-reġistrazzjoni.

Ċittadini Maltin li beħsiebhom jiżżewġu persuni barranin jew persuni li għexu barra mill-pajjiż għal perijodu ta’ żmien, jintalbu jippreżentaw dokumentazzjonijiet oħra sabiex jawtentikaw l-applikazzjoni tagħhom.

Il-koppji li jkunu se jiżżewġu f’Għawdex għandhom japplikaw għat-tnidijiet taż-żwieġ tagħhom fir-Reġistru taż-Żwieġ, Victoria, Għawdex.

ii. Żwiġijiet Ċivili

It-taqsima tar-Reġistru taż-Żwieġ tipprovdi wkoll servizzi għal żwiġijiet ċivili. Il-koppji li jagħżlu żwieġ ċivili għandhom jagħmlu kuntatt mill-inqas tliet (3) xhur qabel id-data taż-żwieġ.

Il-koppji huma mitluba jċemplu għal appuntament fuq (+356) 2590 4240 jew jibagħtu imejl fuq [email protected] mill-inqas tliet (3) xhur qabel id-data taż-żwieġ, sabiex jagħmlu appuntament.  L-imejl għandha tinkludi numru tat-telefon fejn tista’ tiġi kkuntattjata l-koppja.

Iż-żwieġ ċivili jista’ jsir fir-Reġistru taż-Żwieġ kif ukoll f’post pubbliku ieħor diġà approvat mir-Reġistratur taż-Żwiġijiet.

Ir-Reġistratur taż-Żwiġijiet għandu jingħata l-informazzjoni li ġejja:

  1. Il-post fejn ikun se jsir iż-żwieġ;
  2. Id-data taż-żwieġ;
  3. Il-kunjom li l-konjuġi jkunu beħsiebhom jużaw wara ż-żwieġ inkluż l-isem tal-familja.

Il-koppja għandha tipprovdi:

  1. Ċertifikati tat-twelid (f’każ li l-applikanti ma jkollhomx it-twelid tagħhom irreġistrat fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta). Dan għandu jkun apostillat jew legalizzat (jekk mhux ġej mill-Unjoni Ewropea);
  2. Dokumenti tal-identità u fotokopji tagħhom;
  3. Fotokopja tad-dokumenti tal-identità tax-xhieda;
  4. Dokumenti oħra skont il-każ.

Il-formoli li hemm bżonn biex taċċessa s-servizzi ta’ din it-taqsima huma;

  • Talba għall-finijiet tal-Artikolu 7(4) tal-Att dwar iż-Żwieġ
  • Dikjarazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 7(5) tal-Att dwar iż-Żwieġ

Iż-żwiġijiet jistgħu jsiru fuq bastimenti tal-passiġġiera rreġistrati f’Malta. Koppji li jixtiequ jiċċelebraw iż-żwieġ tagħhom b’dan il-mod għandhom ikellmu t-taqsima tar-Reġistru taż-Żwiġijiet.

Fil-każijiet kollha, huwa importanti li tagħfas fuq dan il-link …… għal gwida dettaljata qabel ma tissottometti kwalunkwe dokument biex tapplika għall-publikazzjoni tat-tnidijiet.

Unjoni Ċivili

Tliet (3) xhur qabel id-data tal-unjoni ċivili, l-koppja għandha tippreżenta talba għall-pubblikazzjoni tat-tnidijiet tal-unjoni ċivili lir-Reġistru Pubbliku. Il-koppji huma mitluba jċemplu għal appuntament fuq (+356) 2590 4240 jew jibagħtu imejl fuq [email protected] mill-inqas tliet (3) xhur qabel id-data taż-żwieġ, sabiex jagħmlu appuntament. L-imejl għandha tinkludi numru tat-telefon fejn tista’ tiġi kkuntattjata l-koppja.

L-unjoni ċivili tista’ ssir fir-Reġistru taż-Żwieġ kif ukoll f’post pubbliku ieħor diġà approvat mir-Reġistratur taż-Żwiġijiet.

Ir-Reġistratur taż-Żwiġijiet għandu jingħata l-informazzjoni li ġejja:

  1. Il-post fejn ikun ser issir l-unjoni ċivili;
  2. Id-data tal-unjoni ċivili;
  3. Il-kunjom li l-imsieħba jkunu beħsiebhom jużaw wara l-unjoni ċivili inkluż l-isem tal-familja.

Is-sħab fl-unjoni ċivili għandhom jipprovdu:

  1. Ċertifikati tat-twelid (f’każ li l-applikanti ma jkollhomx it-twelid tagħhom irreġistrat fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta). Dan għandu jkun appostillat jew legalizzat (jekk mhux ġej mill-Unjoni Ewropea);
  2. Dokumenti tal-identità u fotokopji tagħhom;
  3. Fotokopja tad-dokumenti tal-identità tax-xhieda;
  4. Dokumenti oħra skont il-każ.

Ħamest (5) ijiem qabel id-data tal-Unjoni Ċivili, il-koppja għandha tikkuntattja lit-taqsima tar-Reġistru taż-Żwieġ.

Il-koppji li jkunu se jidħlu f’Unjoni Ċivili, f’Għawdex, għandhom japplikaw għat tnidijiet tagħhom fir-Reġistru taż-Żwieġ, Victoria, Għawdex.

Il-formoli li hemm bżonn biex taċċessa s-servizzi ta’ din it-taqsima huma;

  • Applikazzjoni għall-finijiet ta’ Sez. 4.2 (a) tal-Att dwar l-Unjonijiet Ċivili, 2014
  • Dikjarazzjoni għall-finijiet ta’ Sez. 4.2 (a) tal-Att dwar l-Unjoni Ċivili, 2014

Formoli

Ikklikkja fuq u agħżel mil-lista fuq il-lemin

Taqsima tan-Notifiki Lokali u Barranin

It-Taqsima tan-Notifiki Lokali u Barranin taċċetta n-notifiki għar-reġistrazzjoni tat-twelid u l-imwiet kollha f’Malta, u n-notifiki tal-istat ċivili taċ-ċittadini Maltin li jseħħu barra.

 

Notifiki Lokali

In-notifika lokali ta’ twelid u mewt li sseħħ f’Malta tista’ ssir fl-uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku fl-Isptar Mater Dei, l-Imsida jew fl-uffiċċju tad-dipartiment f’Binja Onda, Triq Aldo Moro, il-Marsa. Twelid u mwiet li jseħħu f’Għawdex jistgħu jiġu nnotifikati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, Triq ta’ Wara s-Sur, Victoria, Għawdex.

Notifiki lokali jistgħu jsiru wkoll online billi tagħfas fuq https://pubregnotifications.gov.mt/.

Notifiki lokali tat-twelid u l-mewt jistgħu jsiru wkoll permezz tal-posta. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mir-Reġistru Pubbliku fuq +356 2590 4200 jew tintbagħat imejl fuq [email protected].

 

Notifiki Barranin

In-notifika ta’ Atti barranin tal-istat ċivili ta’ ċittadin Malti tista’ ssir fl-uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku Binja Onda, Triq Aldo Moro, il-Marsa, fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, Triq ta’ Wara s-Sur, Victoria, Għawdex jew f’waħda  mill-missjonijiet barranin Maltin.

 

Ta’ min jinnota li:

  • Dokumenti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea m’għandhomx għalfejn jiġu apostillati jew legalizzati bis-saħħa tar-Regolament tal-UE 2016/1191 applikabbli mis-16 ta’ Frar 2019.
  • Dokumenti pubbliċi minn pajjiżi li mhumiex fl-UE għandhom jiġu apostillati jew legalizzati skont il-każ.

Id-dokumenti kollha jinżammu u jiġu ppreservati b’mod indefinit fl-Arkivji tar-Reġistru Pubbliku.

Fil-każijiet kollha, huwa importanti li tagħfas fuq dan il-link …… għal gwida dettaljata qabel ma tissottometti kwalunkwe dokument għar-reġistrazzjoni.

It-Taqsima tar-Reġistrazzjoni

Din it-taqsima tirreġistra l-atti kollha ta’ stat ċivili
(jiġifieri l-atti tat-twelid, taż-żwieġ, tal-unjoni ċivili
u tal-mewt) kemm lokali kif ukoll dawk barranin.

Kull att jiġi vverifikat, ipproċessat u rreġistrat. L-atti kollha jiġu rreġistrati fi ftit jiem. Ir-reġistrazzjoni tal-atti tal-istat ċivili barranin tikkonċerna biss lil ċittadini Maltin li twieldu, iżżewġu jew mietu barra minn Malta. Fejn meħtieġ, ikun hemm bżonn ta’ diversi dokumenti tal-qrati, dokumenti oħra relatati ma’ separazzjonijiet u dokumentazzjoni oħra marbuta mal-ġenituri tat-tfal jew tal-persuna mejta. Dawn jiġu vverifikati, u d-dettalji kkonfermati u proċessati qabel ma sseħħ ir-reġistrazzjoni finali tal-Att.

Kull persuna, li jista’ jkollha interess, tista’ tressaq azzjoni quddiem il-qrati kompetenti f’Malta għal:

(a) korrezzjoni ta’ kwalunkwe Att ta’ Stat Ċivili rreġistrat,;

(b) leġitimazzjoni ta’ persuna mwielda barra miż-żwieġ u;

(C) ir-rikonoxximent tal-paternità ta’ persuna mwielda barra miż-żwieġ.

Korrezzjonijiet permezz tal-formoli ta’ applikazzjoni preskritti, indikati fil-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal-Liġijiet ta’ Malta), jistgħu jsiru wkoll permezz ta’ rikors ippreżentat lir-Reġistru Pubbliku. L-aġġustamenti jistgħu jintalbu permezz tal-Formoli V, TT, UU, WW, XX u Y.

Għandu jiġi enfasizzat li kwalunkwe bidla li ssir permezz ta’ dawn il-formoli hija irrevokabbli. Huwa rrakkomandat ukoll li għal aktar informazzjoni, tiġi kkuntattjata it-Taqsima tal-Annotazzjonijiet u l-Aġġustamenti fi ħdan r-Reġistru Pubbliku, billi tintbagħat imejl fuq [email protected] jew billi wieħed iċempel (+ 356) 2590 4200 matul il-ħinijiet tal-uffiċċju għal aktar gwida dwar dawn il-formoli.

Jista’ jkun li tixtieq tara aktar informazzjoni dwar kull formola permezz tal-link.

Taħt il-kompetenza tat-Taqsima tal-Annotazzjonijiet u l-Aġġustamenti taqa’ wkoll il-leġittimazzjoni ‘per subsequens matrimonium’.

Id-divorzji u l-annullamenti ta’ żwiġijiet miksuba kemm minn qrati Maltin kif ukoll minn qrati barra minn Malta, jistgħu jiġu rreġistrati fir-Reġistru Pubbliku wara li jiġi vverifikat li dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti relatati mal-Liġi Maltija.Il-bidliet kollha maħruġa għall-każijiet imsemmija huma mniżżla fil-kolonna tal-Annotazzjonijiet tal-Att relatat mal-Istat Ċivili.

It-Taqsima tal-Annotazzjonijiet u l-Aġġustamenti tagħmel annotazzjonijiet u korrezzjonijiet tar-Reġistru Pubbliku skont id-deċiżjoni tas-sentenza tal-qorti. L-annotazzjoni jew il-korrezzjoni tista’ tiġi inkluża fiċ-ċertifikati tat-twelid, taż-żwieġ jew tal-mewt li ssir referenza għalihom bħala l-Atti tal-Istat Ċivili. Din l-annotazzjoni tista’ twassal għal korrezzjonijiet fiċ-ċertifikat oriġinali.

F’każijiet ta’ koppji li jkunu temmew proċeduri ta’ Separazzjoni Legali, din it-taqsima tagħmel annotazzjonijiet fejn tidħol il-bidla lura għall-kunjom fit-twelid.

In the case of couples who have completed their legal separation procedures, this section annotates the change to their birth surname.

Il-proċess tal-annotazzjonijiet jitlesta fi żmien tlett (3) ijiem minn meta jaslu d-dokumenti relevanti. Iċ-ċertifikat jista’ jiġi ordnat onlajn minn www.certifikati.gov.mt u jintbagħat bil-posta. Ir-Reġistru Pubbliku jipproċessa l-ordni fi żmien sitt (6) ijiem ta’ xogħol mid-data tas-sottomissjoni. 

Wieħed jista’ wkoll jiġbor iċ-ċertifikat mir-Reġistru Pubbliku, Onda Building, Aldo Moro Road, Marsa, MRS 9065 jew mir-Reġistru Pubbliku, Victoria Għawdex.

It-Taqsima tal-Annotazzjonijiet u l-Aġġustamenti hija wkoll responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ koabitazzjoni taħt il-proviżjonijiet tal-Att ta’ Koabitazzjoni (Kap. 571 tal-liġijiet ta’ Malta). L-Att jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ koabitanti li ma jixtiqux li jkunu marbuta bi żwieġ jew unjoni ċivili. Dan jipproteġi lill-koabitanti li jikkoabitaw billi jirrikonoxxi legalment id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom.

Fil-każijiet kollha, huwa importanti li tagħfas fuq dan il-link …… għal gwida dettaljata qabel ma tissottometti deċiżjoni ta’ Qorti barranija għar-reġistrazzjoni.

L-Atti kollha tat-twelid, taż-żwieġ u tal-mewt jinżammu fl-arkivji tal-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku. L-arkivji fihom l-Atti oriġinali ta’ Twelid, Mewt u Żwieġ mill-1863 sal-lum.

L-erba’ reġistri fihom l-Atti kollha tat-twelid, taż-żwieġ, unjonijiet ċivili u tal-mewt li seħħew f’Malta, kif ukoll kull Att ta’ twelid, żwieġ, unjoni ċivili jew mewt ta’ ċittadini Maltin maħruġ jew irreġistrat f’pajjiż barrani minn awtorità kompetenti, sakemm tkun saret talba minn persuna interessata u bil-kundizzjoni li d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku jkun sodisfatt bl-awtentiċità tal-att ikkonċernat.

These also include any Act of Birth, Marriage, Civil Union or Death of a citizen of Malta drawn up or registered in a foreign country by a competent authority, provided that there is a request from any person interested and the authenticity of such Act.

Għal aktar informazzjoni dwar Annotazzjonijiet u Aġġustamenti dwar bidla tal-ġeneru u r-rikonoxximent tal-ġeneru ġdid, jekk jogħġbok agħfas hawn.

Identity Malta Agency

Ħinijiet tal-Ftuħ

Reġistru Pubbliku – Mata

It-Tnejn: Mis-07:30 sas-14:00
It-Tlieta: Mis-07:30 sas-14:00
L-Erbgħa: Mis-07:30 sas-14:00

Mit15:00 sas-18:00

Il-Ħamis: Mis-07:30 sas-14:00
Il-Ġimgħa: Mis-07:30 sas-14:00
Is-Sibt: Mis-07:30 sal-11:00

Reġistru Pubbliku – Għawdex | Bejn is-16 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru

It-Tnejn: Mis-07:30 sas-12:00
It-Tlieta: Mis-07:30 sas-12:00
L-Erbgħa: Mis-07:30 sas-12:00
Il-Ħamis: Mis-07:30 sas-12:00
Il-Ġimgħa: Mis-07:30 sas-12:00

Reġistru Pubbliku – Għawdex | Bejn l-1 ta’ Ottubru u l-15 ta’ Ġunju

It-Tnejn: Mit-08:00 sas-13:00
It-Tlieta: Mit-08:00 sas-13:00
L-Erbgħa: Mit-08:00 sas-13:00
Il-Ħamis: Mit-08:00 sas-13:00
Il-Ġimgħa: Mit-08:00 sas-13:00

N.B. L-uffiċċji ta’ Għawdex jibqgħu miftuħin sas-2:00pm għal kwalunke informazzjoni mitluba iżda mhux għat-tranżazzjonijiet ta’ flus.

Taqsima tar-Riċerki tar-Reġistru Pubbliku

Taqsima tar-Riċerki
tar-Reġistru Pubbliku

Il-funzjoni prinċipali tat-Taqsima tar-Riċerki hija li tipprovdi riċerki uffiċjali fuq individwi u entitajiet b’konnessjoni mar-reġistrazzjoni ta’ noti dwar it-trasferimenti inter vivos kif ukoll causa mortis, ta’ propjetà immobbli u r-reġistrazzjonijiet ta’ noti ta’ ipoteki u ta’ privileġġi li permezz tagħhom jiġu stabbiliti obbligi bħal self u ħlas ta’ ċnus.

Ir-riċerki relatati mat-trasferimenti tal-propjetà u mal-obbligi, huma magħrufa bħala Trasferimenti u Obbligazzjonijiet.  Dawn normalment jintalbu meta jkunu qegħdin jitfasslu atti dwar it-trasferimenti ta’ propjetà taħt kwalunkwe titolu u atti fir-rigward ta’ obbligi.

Atti relatati ma’ Testmenti Pubbliċi, magħrufa bħala Ċertifikati ta’ Testmenti, jistabbilixxu jekk testmenti li jkunu saru minn individwu jkunux insinwati fir-Reġistri Pubbliċi ta’ Malta u Għawdex.

IT-TAQSIMA TAL-PREŻENTATA:

Servizzi offruti mit-Taqsima tal-Preżentata jinkludu:

  • Insinwar ta’ noti min-nutara;
  • Reġistrazzjoni ta’ sentenzi jew digrieti mogħtija mill-Qrati tal-Ġustizzja;
  • Kontrafirmar ta’ riċerki uffiċjali;
  • Attendenza f’seduti tal-qorti.

FRONT OFFICE

Servizzi offrut mill-Front Office jinkludu:

  • Jintlaqgħu ordnijiet ta’ riċerki u testmenti;
  • Kunsinna ta’ riċerki mħejjija mill-back office tal-istess taqsima għall-klijenti u l-ġbir tal-ħlasijiet relatati;
  • Ġbir tal-ħlas fir-rigward ta’ noti riċevuti mis-Sezzjoni Preżentata;
  • Servizz lill-konsumatur, b’mod partikolari lill-pubbliku.

BACK OFFICE

Din it-taqsima tipproċessa ordnijiet għal riċerki li jkun irċieva l-front office, li jissottometti l-pubbliku ġenerali onlajn, jew inkella jkunu sottomessi minn dawk il-klijenti rreġistrati fis-sistema tar-Riċerki. Hija responsabbli wkoll mill-indiċjar (skont l-isem, kunjom u dettalji tal-ġenituri) ta’ kull insinwa li tirċievi t-Taqsima tal-Preżentata.

Tista’ tiġi ordnata tfittxija fuq kwalunkwe kumpanija. Hemm żewġ tipi ta’ tfittxijiet: (a) Trasferimenti u (b) Obbligazzjonijiet.

L-iskop tal-ordni tat-tfittxijiet ta’ “trasferimenti” huwa li ssib xi propjetà immobbli jkollha kumpanija. It-tfittxija tagħti riżultati biss jekk il-propjetà tinkiseb b’att pubbliku u tkun irreġistrata min-Nutar fir-Reġistru Pubbliku. Per eżempju, persuna tista’ tordna tiftix ta’ ‘trasferiment’ fuq ditta għal perijodu bejn l-1990 u l-2012. Għalhekk il-propjetà kollha akkwistata b’kuntratt matul dawk it-22 sena tidher f’dawn ir-riżultati tat-tfittxija.

Min-naħa l-oħra, it-tfittxijiet fuq l-obbligazzjonijiet jiżvelaw jekk id-ditta għandhiex xi privileġġi jew ipoteki li jassiguraw xi obbligi – bħal self u ħlas ta’ ċnus fuq l-art.

Tista’ tiġi ordnata tfittxija fuq kwalunkwe persuna. Hemm żewġ tipi ta’ tfittxijiet (a) Trasferimenti u (b) Obbligazzjonijiet.

L-iskop tal-ordni tat-tfittxija ta’ “trasferimenti” huwa li ssib liema propjetà immobbli li tippossjedi persuna. It-tfittxija tagħti riżultati biss jekk il-propjetà tinkiseb b’att pubbliku u tkun irreġistrata min-Nutar fir-Reġistru Pubbliku. Per eżempju, persuna tista’ tordna tiftix ta’ “trasferiment” fuq persuna għal perijodu bejn l-1990 u l-2012. Għalhekk il-propjetà akkwistata b’kuntratt matul dawk it-22 sena tidher f’dawn ir-riżultati tat-tfittxija.

Min-naħa l-oħra, it-tfittxijiet fuq l-obbligazzjonijiet jiżvelaw jekk persuna għandhiex xi privileġġi jew ipoteki li jassiguraw xi obbligi – bħal self u ħlas ta’ ċnus fuq l-art.

Tfittxija testamentarja tista’ tiġi ordnata fuq kull persuna (ħajja jew mejta) biex issir taf jekk dik il-persuna rreġistratx testment pubbliku. It-tfittxija ma tiżvelax il-kontenut tat-testment innifsu imma sempliċiment sommarju li jiddikjara d-data u l-ħin tat-testment u n-Nutar li ppubblika l-istess testment. Il-kontenut tat-testment tista’ tarah biss il-persuna li tkun għamlet it-testment jew l-eredi tiegħu/tagħha. Ir-riżultati tat-tfittxija ma jinkludux testmenti sigrieti, billi dawn tal-aħħar għandhom jiġu ordnati mit-Taqsima tal-Ġurisdizzjoni Volontarja tal-Qorti Ċivili. Qabel jiġu ordnati tfittxijiet testamentarji huwa importanti li jitħallew jgħaddu 21 ġurnata mid-data tal-mewt tal-persuna.

Testmenti Pubbliċi

Tfittxija testamentarja tista’ tiġi ordnata fuq kull persuna (ħajja jew mejta) biex issir taf jekk dik il-persuna rreġistratx testment pubbliku. Ovvjament it-tfittxija ma tiżvelax il-kontenut tat-testment innifsu imma sempliċiment sommarju li jiddikjara d-data tat-testment u n-Nutar li ppubblika l-istess testment. Il-kontenut tat-testment tista’ tarah biss il-persuna li tkun għamlet it-testment jew l-eredi tiegħu/tagħha.

Testmenti Sigrieti

Din l-applikazzjoni tista’ tintuża wkoll biex tfittex testmenti sigrieti ta’ persuna mejta. Dawn it-testmenti huma depożitati fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja). L-applikant jiġi mgħarraf bir-riżultat tat-tfittxija u jekk ir-riżultat ikun pożittiv, tista’ timtela applikazzjoni apposta u din tiġi ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti minn avukat jew nutar.

L-Uffiċċju għall-Valutazzjoni u d–Dekontroll tal-Art

Il-klijenti, jew ir-rappreżentant legali tagħhom, għandhom jimlew formola preskritta kif stipulat fl-Artikolu 3 tal-Ordinanza tal-1959 li tneħħi l-kontroll tad-djar. Il-formola għandha tiġi ppreżentata mal-kuntratt tax-xiri tal-propjetà flimkien ma’ dokumenti oħra relatati (jekk applikabbli). Wara li ssir il-verifika meħtieġa, tinħareġ ordni ta’ Dekontroll, iffirmata mid-Direttur jew minn rappreżentant tiegħu. Tista’ ssir ukoll talba biex jinħareġ ċertifikat tad-dekontroll.

Fl-Uffiċċju tal-Valutazzjoni tal-Artijiet hemm maħżuna eluf ta’ fajls (avviżi) u dokumenti li jservu ta’ prova ta’ sjieda ta’ propjetà residenzjali, kif ukoll dettalji relevanti oħra (bħal pereżempju valuri ta’ kiri/sentenzi tal-Bord għar-Regolazzjoni tal-Kera/Dettalji rigward atti ta’ trasferiment relatati mal-propjetà inkwistjoni u korrispondenza oħra). Ir-reġistrazzjoni tal-propjetà twettqet bejn l-1939 u l-1948, u kienet meħtieġa b’mod uffiċjali wara t-twaqqif tal-Fond għat-Tiġrif mill-Gwerra (War Damage Fund).

Din it-Taqsima tintuża primarjament min-nutara għal xogħol ta’ riċerka qabel it-tħejjija tal-kuntratti.

Identity Malta Agency

Ħinijiet tal-Ftuħ (Malta u Għawdex)

Taqsima tar-Riċerki tar-Reġistru Pubbliku – Malta

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, minbarra fil-festi pubbliċi.

Fis-sajf (mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru) – mis-07:30am sa nofsinhar

Fix-xitwa* (mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju) – mit-08:00am sas-01:00 pm.

*L-uffiċini  jkunu magħluqa nhar l-Erbgħa u l-Ħamis tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Taqsima tar-Riċerki tar-Reġistru Pubbliku – Għawdex

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, minbarra fil-festi pubbliċi.

Fis-sajf (mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru) – mis-07:30am sa nofsinhar

Fix-xitwa (mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju) – mit-08:00am sas-01:00 pm.

Unit tal-Espatrijati

Unit tal-Espatrijati

Il-Unit tal-Espatrijati jieħu ħsieb l-aktar il-proċess legali tal-immigrazzjoni, billi jipproċessa u joħroġ dokumentazzjoni b’rabta mar-residenza. Dan jinvolvi l-implimentazzjoni tal-proviżjonijiet legali fir-rigward tal-libertà tal-moviment taċ-ċittadini tal-UE u regolamenti oħra li jikkonċernaw ċittadini minn pajjiżi terzi.

Iċ-ċittadini tal-UE li jeżerċitaw id-drittijiet li joħorġu mit-Trattat, jinħarġilhom dokument ta’ residenza li jirrifletti l-pożizzjoni ta’ tagħhom f’Malta. Filwaqt li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jinħarġilhom permess ta’ residenza li jippermettihom li jirrisjedu legalment f’Malta u jagħtihom

il-fakultà li jivvjaġġaw liberament mingħajr viża fiż-żona Schengen u jaqsmu l-fruntieri esterni tiegħu. Skont l-Att dwar il-Karta tal-Identità (Kap. 258), kemm id-dokument ta’ residenza kif ukoll il-permess ta’ residenza huma dokumenti ta’ identifikazzjoni.

Dritt għal Trattament Ugwali

Iċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi, li jkun qed jirrisjedu u jaħdmu legalment fi Stat Membru, għandhom igawdu sett ta’ drittijiet komuni abbażi ta’ trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti.

Iċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi, li jkun qed jirrisjedu u jaħdmu legalment fi Stat Membru, għandhom igawdu sett ta’ drittijiet komuni abbażi ta’ trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti.

Id-dritt għal trattament ugwali mhuwiex biss għal dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ġew ammessi fi Stat Membru abbażi ta’ xogħol, iżda anke għal dawk il-persuni li tħallew jidħlu għal raġunijiet oħra u ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ dak l-Istat Membru.

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom dritt għal trattament ugwali f’dak li jirrigwardja:

  • il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga, it-tkeċċija, u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;
  • il-libertà ta’ assoċjazzjoni, affiljazzjoni u sħubija f’organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema u l-impjegati jew fi kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha jkollhom impjieg speċifiku;
  • taħriġ edukazzjonali u vokazzjonali.
  • Dan id-dritt għal trattament ugwali japplika biss għal dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma impjegati jew li kienu impjegati u ġew irreġistrati bħala qiegħda f’Malta.
    • Dan ma jinkludix:
      • għotjiet ta’ studju jew ta’ manteniment;
      • self jew għotjiet oħra;
    • Taħriġ edukattiv jew vokazzjonali għandu jingħata lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li tħallew jidħlu f’Malta f’konformità mal-Leġislazzjoni Sussidjarja 22;
    • rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati jew kwalifiki professjonali oħra skont il-leġislazzjoni Maltija;
    • fergħat ta’ sigurtà soċjali (kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004);
    • benefiċċji ta’ taxxa (jekk il-ħaddiem jitqies residenti għall-fini ta’ taxxa fl-Istat Membru kkonċernat);
    • aċċess għal prodotti u servizzi disponibbli għall-pubbliku u l-provvista tagħhom, eskluża l-akkomodazzjoni soċjali;
    • servizzi ta’ konsulenza pprovduti mill-uffiċċji tal-impjiegi.

 

Id-dritt għal trattament ugwali m’għandux jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jirtira jew jirrifjuta li jġedded il-permess ta’ residenza maħruġ.

Il-ħruġ ta’ dokumenti ta’ residenza lil ċittadini miż-ŻEE/Żvizzeri u l-membri tal-familja tagħhom

L-Ordni dwar il-Moviment Liberu ta’ Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tal-Membri tal-Familji tagħhom tal-2007 titrasponi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004. Sussegwentement, saru emendi permezz ta’ Avviż Legali 329 tal-2011 u Avviż Legali 107 tal-2012.

Il-leġiżlazzjoni msemmija tagħmel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u tal-EEA biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu. Iċ-ċittadini Żvizzeri u ċittadini tal-UE/taż-ŻEE igawdu wkoll minn moviment liberu fit-territorju tal-UE/taż-ŻEE u l-Iżvizzera, riżultat ta’ ftehim speċjali bejn l-Istati tal-UE/taż-ŻEE u l-Iżvizzera.

Drittijiet ta’ ċittadini taż-ŻEE

Iċ-ċittadini taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) għandhom id-dritt li jirrisjedu f’Malta meta jeżerċitaw id-drittijiet mniżżla fit-Trattat bħala ħaddiema, persuni li jaħdmu għal rashom, persuni jew studenti li huma indipendenti ekonomikament. Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu ristretti għal raġunijiet ta’ public policy, sigurtà pubblika, saħħa pubblika jew jekk isiru piż mhux raġonevoli fuq is-sistema tal-assistenza soċjali ta’ Malta.

Membri tal-Familja

Membri tal-familja ta’ ċittadin miż-ŻEE għandhom id-dritt li jingħaqdu u jakkumpanjawh/ha f’Malta. Membri tal-familja huma definiti kif ġej:

il-konjuġi;
it-tfal jew in-neputijiet ta’ ċittadini miż-ŻEE jew dawk tal-konjuġi tiegħu/tagħha, li għandhom taħt il-21 sena jew li huma dipendenti fuqu;
il-ġenituri dipendenti jew in-nanniet taċ-ċittadin miż-ŻEE jew tal-konjuġi tiegħu/tagħha.

Fil-każ ta’ student, il-konjuġi jew it-tfal dipendenti biss ikunu intitolati għal dritt ta’ residenza.

Membri tal-familja oħra (bħal aħwa u kuġini) u l-imsieħba m’għandhomx dritt awtomatiku li jgħixu f’Malta. Sabiex tiġi ffaċilitata t-talba tagħhom għar-residenza, il-membri tal-familja jew l-imsieħba tagħhom iridu jkunu kapaċi juru li huma dipendenti fuq iċ-ċittadin li ġej miż-ŻEE. Fil-każ ta’ sieħeb/ba għandhom juru evidenza dokumentarja li kienu f’relazzjoni fit-tul għal mill-anqas sentejn (2).

Impjieg/impjieg ta’ min jaħdem għal rasu

Iċ-ċittadini miż-ŻEE u l-membri tal-familja tagħhom jistgħu: 

  • jaċċettaw offerti ta’ xogħol u jfittxu impjieg f’Malta; 
  • jaħdmu (kemm bħala impjegat jew bħala impjieg għal rasu); u
  • jwaqqfu negozju.

Persuni ekonomikament awtosuffiċjenti (pensjonanti u persuni rtirati jaqgħu taħt din il-kategorija)

Ċittadin miż-ŻEE mhux bilfors ikollu jaħdem waqt li jkun qed jgħix Malta. Madankollu, sabiex jirrisjedi hawnhekk, irid ikun f’pożizzjoni li jsostni lilu nnifsu u lill-membri tal-familja tiegħu/tagħha li jakkumpanjawh jew li jixtiequ jingħaqdu miegħu f’Malta (mingħajr ma jirrikorru għall-fondi pubbliċi).

Iċ-ċittadin miż-ŻEE irid ikun kopert minn assigurazzjoni kontra l-mard kontra r-riskji kollha sakemm ikun f’Malta u jkollu biżżejjed riżorsi biex ma jkunx ta’ piż fuq l-Istat. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 11(5) tal-Ordni, jistabbilixxi li tali livell ta’ riżorsi għandu jkun il-mezz minimu li jiddetermina l-għoti ta’ assistenza soċjali lil ċittadini Maltin. Bħalissa dan għandu jkun kapital ta’ mill-inqas €14,000 jew dħul ta’ kull €92.72 fil-ġimgħa, jew, fil-każ ta’ koppja miżżewġa, kapital ta’ €23,300 jew dħul ta’ €105.93 fil-ġimgħa. Barra minn hekk għal kull dipendent ieħor għandu jiżdied €8.15 (ara https://socialsecurity.gov.mt/en/information-and-applications-for-benefits-and-services/non-contributory-benefits/social-assistance/).

Minkejja l-livell stipulat dwar ir-riżorsi, għandhom ukoll jitqiesu ċ-ċirkostanzi personali tal-membri tal-familja ta’ ċittadin li ġej miż-ŻEE u dawk li jakkumpanjawhom, fir-rigward tad-dritt ta’ residenza tagħhom.

Residenza Permanenti tal-UE

Aġġornata l-aħħar: 10.06.2020

Iċ-ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom jakkwistaw id-dritt ta’ residenza permanenti f’Malta wara li jkunu legalment għexu f’Malta għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin.

Persuna li tapplika għal ċertifikat ta’ reġistrazzjoni għandha l-ewwel tissottometti talba permezz tal-imejl (formola ta’ applikazzjoni disponibbli) u d-dokumentazzjoni neċessarja.  Sussegwentement ikun meħtieġ li tmur personalment fl-uffiċċji tal-Aġenzija sabiex jittieħdulha l-karatteristiċi biometriċi neċessarji (ritratt).

L-identifikazzjoni għandha ssir permezz tal-preżentazzjoni tal-karta tal-identità jew tal-passaport. Dokumenti neċessarji oħra jkunu diġà ġew sottomessi elettronikament, iridu jiġu sottomessi fil-format oriġinali tagħhom. Id-drittijiet dwar kwalunkwe appell rigward id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE li jkunu ristretti huma disponibbli fil-leġiżlazzjoni sussidjarja 460.17. Tali appell jista’ jiġi ppreżentat lil Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni, 109, Triq Zekka, il-Belt Valletta.

M’hemm l-ebda miżata applikabbli ħlief għal:

– Dokument mitluf – ħlas ta’ €22

– Id-dokument li ssirlu ħsara – ħlas ta’ €16.50

 

M’hemm l-ebda skadenzi. Il-proċedura tkun kompluta, bejn wieħed u ieħor fi żmien erba’ (4) ġimgħat.

 

M’hemm l-ebda approvazzjoni taċita jew approvazzjoni ta’ silenzju amministrattiv. Persuna tista’ ssib rikors fuq proċess amministrattiv mal-Ombudsman. Il-leġiżlazzjoni Maltija tipprovdi għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet amministrattivi skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 12 tal-liġijiet ta’ Malta.

Il-proċedura ssir bl-Ingliż.

 

Jekk ikun hemm dewmien żejjed ġustifikat, l-Aġenzija għandha tinforma b’dan lill-applikant.

Studenti

Ċittadin taż-ŻEE u l-membri tal-familja tiegħu (kif definit hawn fuq) għandhom id-dritt li jirrisjedu f’Malta jekk iċ-ċittadin ikkonċernat ikun qed jsegwi kors edukattiv, inkluż taħriġ vokazzjonali, u jkun irreġistrat f’istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta skont l-Att dwar l-Edukazzjoni jew l-Att dwar is-Servizzi tal-Impjieg u t-Taħriġ. Ċittadin taż-ŻEE igawdi minn dan id-dritt ta’ residenza sakemm huwa jkollu biżżejjed riżorsi biex ikun jista’ jmantni lilu nnifsu u lill-membri tal-familja tiegħu/tagħha, mingħajr ma jirrikorri għal fondi pubbliċi, u jkollu assigurazzjoni tal-mard kontra r-riskji kollha f’Malta.

Ċertifikati ta’ reġistrazzjoni nazzjonali taċ-ċittadini tal-UE

Aġġornata l-aħħar: 10.06.2020

Wara tliet xhur, il-pajjiż ospitanti jista’ jitlob liċ-ċittadini tal-UE jirreġistraw ir-residenza tagħhom u jipprovdu provi li sabu impjieg, qegħdin jieħdu xi forma ta’ edukazzjoni jew taħriġ, li għandhom ir-riżorsi neċessarji sabiex jgħixu eċċ. Mhux il-pajjiżi kollha tal-UE jimponu dan ir-rekwiżit.

Persuna li tapplika għal ċertifikat ta’ reġistrazzjoni għandha l-ewwel tissottometti talba permezz tal-imejl (formola ta’ applikazzjoni disponibbli – Employment/Self-employment; Study; Economic self-sufficiency; Family members) u d-dokumentazzjoni neċessarja.  Sussegwentement ikun meħtieġ li tmur personalment fl-uffiċċji tal-Aġenzija sabiex jittieħdulha l-karatteristiċi biometriċi neċessarji (ritratt).

L-identifikazzjoni għandha ssir permezz tal-preżentazzjoni tal-karta tal-identità jew tal-passaport. Dokumenti neċessarji oħra jkunu diġà ġew sottomessi elettronikament, iridu jiġu sottomessi fil-format oriġinali tagħhom. Id-drittijiet dwar kwalunkwe appell rigward id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE li jkunu ristretti huma disponibbli fil-leġiżlazzjoni sussidjarja 460.17. Tali appell jista’ jiġi ppreżentat lil Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni, 109, Triq Zekka, il-Belt Valletta.

M’hemm l-ebda miżata applikabbli ħlief għal:

– Dokument mitluf – ħlas ta’ €22

– Id-dokument li ssirlu ħsara – ħlas ta’ €16.50

 

M’hemm l-ebda skadenzi. Il-proċedura tkun kompluta, bejn wieħed u ieħor fi żmien erba’ (4) ġimgħat.

 

M’hemm l-ebda approvazzjoni taċita jew approvazzjoni ta’ silenzju amministrattiv. Persuna tista’ ssib rikors fuq proċess amministrattiv mal-Ombudsman. Il-leġiżlazzjoni Maltija tipprovdi għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet amministrattivi skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 12 tal-liġijiet ta’ Malta.

Il-proċedura ssir bl-Ingliż.

 

Jekk ikun hemm dewmien żejjed ġustifikat, l-Aġenzija għandha tinforma b’dan lill-applikant.

Il-Unit tal-Espatrijati toħroġ permess ta’ residenza, f’format ta’ kard li jkun fiha karatteristiċi bijometriċi, li tagħti d-dritt lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi jirrisjedu legalment f’Malta.

Il-permess ta’ residenza jispeċifika l-għan tal-permess sabiex id-detentur jibqa’ f’Malta, u dan jista’ jinkludi l-każijiet li ġejjin:

  1. Single Permit;
  2. Impjieg għal rasu;
  3. Awtosuffiċjenza Ekonomika;
  4. Studju u riċerka;
  5. Membri tal-familja;Residenza fit-tul;
  6. Eżenzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali;
  7. Impjieg bi kwalifiki għolja;Trasferiment intra-azjendali;
  8. Refuġjati, protezzjoni sussidjarja u SRA;
  9. Raġunijiet oħra.

Temporanji

Applikazzjonijiet ghal permess ta’ Residenza minn applikanti ta’ pajjizi Terzi li jistghu jaqghu that wahda mill-kategoriji li hawn isfel, jridu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom billi jagħfsu hawn http://noneu.identitymalta.com

Għal iktar informazzjoni kif jintuża dan is-sit jekk jogħgbok agħfas hawn

  • Sieheb/ Siehba
  • Ragunijiet ta’ Sahha
  • Skopijiet Religjuzi
  • Vittmi ta’ Traffikar Uman
  • Xoghol ta’ Volontarjat
  • Haddiema Stagjonali
  • Haddiema Stazzjonati

Single Permit

Single Permit jawtorizza liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jirrisjedu legalment u jaħdmu f’Malta għal perijodu definit li jista’ jiġġedded. Tali applikazzjoni tiġi pproċessata permezz ta’ applikazzjoni waħda, li tinkludi l-applikazzjoni ta’ permess ta’ xogħol u ta’ residenza.

Impjieg għal rasu (Pajjiżi Terzi)

Applikazzjonijiet ta’ tiġdid għal persuni li jaħdmu għal rashom għandhom jiġu sottomessi permezz tal-portal diġitali, li jista’ jiġi aċċessat permezz ta’ https://singlepermit.gov.mt/. L-applikanti jinħtieġ li jilloggjaw permezz tal-eID tagħhom sabiex jaċċessaw dan il-portal. Id-dokument ta’ linji gwida dwar kif għandu jkun utilizzat dan il-portal jista’ jitniżżel mill-istess sit, u l-applikant ikun jista’ jsegwi pass pass il-proċess ta’ kif wieħed għandu jissottometti applikazzjoni.

Applikanti ġodda jew applikanti Still Abroad jistgħu jibagħtu imejl fuq [email protected] biex ikunu gwidati aħjar.

Impjieg – Inqas minn Sitt Xhur (Pajjiżi Terzi)

Applikazzjonijiet għall-Impjieg ta’ Ċittadini minn Pajjiżi Terzi għal perjodu ta’ inqas minn Sitt (6) xhur għandhom jiġu sottomessi permezz tal-portal minn min iħaddem. Il-portal jista’ jiġi aċċessat permezz ta’ https://singlepermit.gov.mt/

Id-dokument ta’ linji gwida dwar kif għandu jkun utilizzat dan il-portal jista’ jitniżżel mill-istess sit, u l-applikant ikun jista’ jsegwi pass pass il-proċess ta’ kif wieħed għandu jissottometti applikazzjoni.

Awtosuffiċjenza Ekonomika

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jippjanaw li jissottomettu applikazzjoni għal permess ta’ residenza temporanja abbażi ta’ awto-suffiċjenza ekonomika (irreferi għal formola u checklist) għandu jkollhom awtorizzazzjoni valida biex jirrisjedu f’Malta. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tkun fil-forma ta’ permess ta’ residenza jew viża. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi minn benefiċjarji ta’ programmi ta’ residenza b’investiment jew programmi ta’ taxxa, li jinkludu l-Global Residence Programme, il-Malta Residence and Visa Programme, Malta Retirement Programme u Acquisition of Citizenship.

Għal aktar informazzjoni tista’ tidħol fuq dawn is-siti:
https://cfr.gov.mt/en/inlandrevenue/itu/Pages/Global-Residence-Programme-Rules.aspx

https://residencymalta.gov.mt/

https://cfr.gov.mt/en/inlandrevenue/itu/Pages/Malta-Retirement-Programme.aspx

https://komunita.gov.mt/en/

Applikanti jistgħu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom billi jagħfsu fuq il-link u jagħżlu Formola K.

Studju, Riċerka, Taħriġ u Servizz Volontarju fil-proġett ta’ mobbiltà għaż-żgħażagħ

Permessi ta’ residenza jinħarġu lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skop ta’ studju, riċerka, taħriġ u servizz volontarju (fil-proġett ta’ mobilità għaż-żgħażagħ) skont id-dispożizzjonijiet tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.22.

Studenti

Studenti jridu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom billi jagħfsu hawn http://noneu.identitymalta.com

Għal iktar informazzjoni kif jintuża dan is-sit jekk jogħgbok agħfas hawn

Dawn ir-regolamenti japplikaw għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li jkunu aċċettati minn istituzzjoni liċenzjata mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Għolja biex jagħmlu kors ta’ studju full-time li jwassal għal kwalifika ta’ edukazzjoni għolja. Il-kwalifika għandha tkun rikonoxxuta mill-Malta Qualification Recognition Information Centre fil-livell 5 tal-MQF. Il-korsijiet jistgħu jinkludu wkoll programm preparatorju li jwassal għall-kwalifika ta’ edukazzjoni ogħla. Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mill-Viża għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għal permess ta’ residenza fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul tagħhom fit-territorju tal-Unjoni Ewropea. Ċittadini oħra mhux Ewropej li jeħtieġu viża biex jivvjaġġaw lejn iż-żona Schengen, għandu jkollhom viża maħruġa għal skopijiet ta’ edukazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi mill-applikant personalment waqt li jkunu f’Malta.

Il-permessi ta’ residenza jingħataw ukoll għal skop ta’ studju kull meta l-livell tal-kors ma jaqax taħt il-livelli speċifikati fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 217.22.

Raġunijiet ta’ saħħa

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiġu Malta għal trattament mediku jistgħu jingħataw permess ta’ residenza, kemm-il darba d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa tiġi ppreżentata lill-Aġenzija Identity Maltija./p>

Membri tal-familja

Persuni li jikkwalifikaw taħt il-kundizzjonijiet stipulati fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 217.06 jinħarġilhom permess ta’ residenza għal skop ta’ riunifikazzjoni tal-familja mal-isponsor, li jkun diġà għandu fil-pussess tiegħu permess ta’ residenza f’Malta. Din il-leġislazzjoni tinsab fuq https://legislation.mt/eli/sl/217.6/eng/pdf

F’każi ta’ membri tal-familja li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati f’din il-leġislazzjoni, jistgħu jingħataw permess ta’ residenza biex jgħixu f’Malta kemm-il darba jissodisfaw il-kriterji mniżżla fil-politika relatata mal-membri tal-familja. Il-politika tal-membri tal-familja tista’ tiġi aċċessata permezz ta’ dan il-link.

Residenza fit-tul

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li (i) kienu legalment u kontinwament residenti f’Malta għal perjodu ta’ ħames (5) snin jew aktar, (ii) ikollhom riżorsi stabbli u regolari, (iii) ikollhom l-akkomodazzjoni tagħhom stess u (iv) jissodisfaw il-miżuri ta’ integrazzjoni (elenkati fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.05), jistgħu japplikaw għall-istatus ta’ residenza fit-tul (irreferi għaċ-checklist). L-istatus ta’ residenti fit-tul huwa permanenti u l-permess ta’ residenza jinħareġ għal periodu ta’ ħames (5) snin.

Talbiet għal Permess ta’ Residenza fit-Tul għandhom jiġu sottomessi permezz tal-imejl lil [email protected]

Sieħeb/sieħba

Din l-applikazzjoni hija maħsuba għal Ċittadini minn Pajjiżi Terzi li huma f’relazzjoni de facto ma’ Ċittadin Malti. L-applikanti li jipprovdu evidenza li qegħdin f’relazzjoni stabbli huma eliġibbli biex japplikaw għal dan l-istatus.

Evidenza tista’ tinkludi:

  1. Kontijiet ta’ servizzi ta’ utilità
  2. Ftehim ta’ kiri u/jew Ftehim ta’ xiri
  3. Dikjarazzjonijiet bankarji (li juru tranżazzjonijiet bejn kontijiet jew prova ta’ kont(ijiet) bankarju/i konġunt/i)
  4. Biljetti tal-ajru
  5. Ritratti datati
  6. Affidavits ġuramentati minn membri tal-familja li jistgħu jixhdu dwar din ir-relazzjoni fit-tul
  7. Dokumenti oħra bħala evidenza kif jista’ jintalab mill-Aġenzija Identità Malta

L-Aġenzija Identità Malta tirriżerva d-dritt li tagħmel intervisti kif meħtieġ biex tipprova u/jew tinvestiga l-veraċità tal-istatus ta’ sħubija ta’ din il-koppja.

L-applikanti li jingħataw dan l-istatus ma jistgħux jaħdmu għall-ewwel sentejn li jkollhom dan it-tip ta’ permess. Jekk iċ-Ċittadin ta’ Pajjiż Terz ikun jixtieq jaħdem, l-imgħallem prospettiv irid jissottometti applikazzjoni għal Single Permit.

Matul l-ewwel sentejn, il-Permessi ta’ Residenza jingħataw għal perjodu ta’ sitt xhur. Dan jista’ jiġġedded meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għal tiġdid.

L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom online billi jagħfsu fuq il-link u jagħżlu l-Formola O.

Eżenzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Applikazzjoni għal permess ta’ residenza sottomess minn persuni li mhumiex ċittadini tal-UE għall-fini ta’ Status ta’ Persuna Eżentata (Konjuġi ta’ Ċittadin Malti minn barra l-UE – Formola E) skont l-Artikolu 4 tal-Att dwar l-Immigrazzjoni – Kapitolu 217 Liġijiet ta’ Malta. Dawn l-applikanti huma soġġetti għal intervista. Talbiet għal appuntament għandhom jintbagħtu bil-posta elettronika fuq [email protected].

Impjieg bi kwalifiki għolja

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza għall-fini ta’ impjieg bi kwalifiki għolja (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.15, li jimplimentaw id-Direttiva tal-Kunsill tal-UE 2009/50/KE) għandhom ikollhom permess ta’ residenza li jissejjaħ EU Blue Card.

  • Key Employee Initiative

Il-Key Employee Initiative hija skema nazzjonali li tgħaġġel il-proċess tal-applikazzjoni għal Single Permit għal professjonijiet speċjalizzati ħafna.

Min huwa eliġibbli biex japplika taħt l-inizjattiva ewlenija tal-impjegati?

  • Key Employee huwa persuna b’ħiliet għolja u li hija kruċjali fit-tmexxija ta’ organizzazzjoni.
  • Għall-finijiet ta’ din l-inizjattiva, l-impjegat irid ikollu mill-inqas €30,000 bħala salarju annwali bażiku.
  • Key Employees għandhom jokkupaw karigi maniġerjali jew karigi tekniċi għoljin li jeħtieġu kwalifiki suffiċjenti jew esperjenza adegwata f’diversi setturi tal-impjiegi. 
  •  Dawn il-persuni jista’ jkollhom kuntratt ta’ impjieg definit jew indefinit.

Trasferimenti Intra-Azjendali

Trasferiment intra-azjendali huwa secondment temporanju għal finijiet ta’ xogħol u ta’ taħriġ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz (TCN) minn impriża stabbilita barra minn Malta lil entità lokali li hija parti mill-istess impriża. It-trasferiment jista’ jsir ukoll minn entità stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-UE lil entità ospitanti f’Malta. L-ammissjoni ta’ dawn il-persuni hija rregolata mil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.21.

Ħaddiema staġjonali

Ħaddiema staġjonali li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi jista’ jinħarġilhom permess ta’ residenza għall-fini ta’ impjieg kemm-il darba jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.20.

Ħaddiema stazzjonati

Impjegat Stazzjonat f’Malta huwa impjegat ta’ ażjenda barranija li normalment ma jkunx jaħdem f’Malta imma li għal perjodu ta’ żmien limitat jintbagħat minn ażjenda barranija biex jaħdem Malta. Għal aktar informazzjoni dwar impjegati stazzjonati wieħed jista’ jirreferi għal din il-link

Dawn il-ħaddiema huma mitluba jirreġistraw il-pożizzjoni tagħhom mad-Dipartiment għall-Affarijiet Industrijali u tal-Impjieg billi timtela din il-formola. L-Aġenzija Identità Malta toħroġ Permess ta’ Residenza li jirrifletti tali pożizzjoni u għall-perjodu indikat mill-istess pożizzjoni, kemm-il darba l-ħaddiema jipprovdu d-dokumentazzjoni neċessarja mid-Dipartiment għall-Affarijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) u jissottomettuha online flimkien mal-applikazzjoni tagħhom.

Ħaddiema stazzjonati għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom billi jagħfsu fuq il-link u jagħżlu l-Formola O.

Refuġjati u Protezzjoni Sussidjarja

Applikazzjoni għal permess ta’ residenza minn persuni li mhumiex ċittadini tal-UE li jirrisjedu f’Malta taħt Protezzjoni Internazzjonali/Umanitarja. Dawn l-applikazzjonijiet (Formola I) iridu jiġu sottomessi personalment fl-uffiċċju tal-Aġenzija Identità Malta f’Ħal Far.

SRA (Specific Residence Authorisation)

Persuni li kellhom status ta’ Protezzjoni Umanitarja Temporanja u applikanti oħra li jissodisfaw il-kriterji kif elenkati fil-Politika tal-SRA jistgħu japplikaw għat-tiġdid ta’ din l-awtorizzazzjoni. Formoli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-SRA huma SRA Formola H, Formola tal-GDPR, il-formola ID1A u d-Dikarazzjoni tal-Kirja u jistgħu jitniżżlu online mis-Sezzjoni tal-Formoli tal-Applikazzjoni, isfel nett f’din il-paġna  [SRA Policy & Checklist]. Dawn l-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi personalment fl-uffiċċju tal-Aġenzija Identità Malta f’Ħal Far.

Raġunijiet oħra

Jista’ jkun hemm raġunijiet oħra li jistgħu jiġġustifikaw il-ħruġ ta’ permess ta’ residenza u t-talbiet rilevanti jiġu evalwati każ każ.

Tmiem il-Perjodu tal-Applikazzjoni

It-30 ta’ Ġunju 2021 kienet id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal dokument ta’ residenza skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit u l-leġiżlazzjoni Maltija (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.25) miċ-ċittadini eliġibbli kollha tar-Renju Unit, jiġifieri dawk il-persuni li kienu qegħdin jirrisjedu f’Malta sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Dawk il-membri tal-familja li għandhom id-dritt għall-imsemmi status ta’ benefiċjarju kif imniżżel fil-Ftehim, xorta jistgħu japplikaw fil-perjodu ta’ żmien applikabbli hekk kif speċifikat fl-istess Ftehim.

Kif stipulat fl-imsemmi Ftehim, talbiet eċċezzjonali li jiġu sottomessi wara d-data tal-iskadenza, ikunu ammissibbli biss jekk ikun hemm evidenza ċara u raġunijiet raġonevoli fid-dawl li ma ġietx irrispettata dik id-data. Dawn se jiġu evalwati mill-Aġenzija Identity Malta fuq bażi individwali u jiddependu fuq iċ-ċirkostanzi li wasslu biex is-sottomissjoni ssir tard.

Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit – Perjodu ta’ Tranżizzjoni

Fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini tar-Renju Unit u l-membri tal-familja tagħhom li jirrisjedu f’Malta jistgħu jibqgħu jgħixu f’Malta skont il-kundizzjonijiet imniżżla fil-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-leġiżlazzjoni nazzjonali.

F’dan ir-rigward, il-Gvern ta’ Malta ppubblika avviż legali li jirregola l-istatus ta’ residenza taċ-ċittadini tar-Renju Unit wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.

Ċittadini tar-Renju Unit, li se jkunu residenti f’Malta abbażi tad-drittijiet tat-Trattat bħala ċittadini tal-UE qabel jew fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, se jkunu intitolati li jkomplu jirrisjedu f’Malta u joħorġu liberament ‘il barra mill-pajjiż, kif ukoll se jkunu intitolati għal drittijiet assoċjati oħra, kif speċifikat fil-Ftehim. Id-drittijiet imsemmija huma estiżi wkoll għall-membri tal-familja, li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Madankollu, il-membri tal-familja, minbarra t-tfal, ikunu koperti biss mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim jekk ir-relazzjoni tagħhom kienet tibda qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ transizzjoni.

Ċittadini tar-Renju Unit li se jkunu residenti f’Malta matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni (bejn l-1 ta’ Frar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2020 sakemm ir-Renju Unit u l-UE ma jaqblux li jestendu dan il-perjodu) jistgħu japplikaw għall-istatus ta’ residenza ġdida tagħhom wara tliet (3) xhur mill-wasla tagħhom f’Malta u qabel it-30 ta’ Ġunju 2021.

Ċittadini tar-Renju Unit u l-membri tal-familja tagħhom li ma kinux residenti f’Malta qabel id-data tal-ħruġ, iżda li se jaslu fil-pajjiż sal-31 ta’ Diċembru 2020 se jibbenefikaw ukoll mid-drittijiet previsti fil-Ftehim dwar il-Ħruġ.

Applikanti li għandhom id-dritt li jibdew ir-residenza wara l-31 ta’ Diċembru 2020 għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom jew fi żmien tliet (3) xhur mill-wasla tagħhom f’Malta jew qabel it-30 ta’ Ġunju 2021, skont liema data tiġi l-aktar tard.

Fil-ġimgħat li ġejjin l-Aġenzija Identity Malta se tkun qed tilħaq lil dawk kollha li potenzjalment huma benefiċjarji li għandhom dokument ta’ residenza validu. Il-proċess tal-applikazzjoni biex jinbidel l-istatus tiegħu se imqassam u mhux se jkun hemm tariffi tal-ipproċessar meta ssir applikazzjoni għad-dokument il-ġdid. L-applikanti jkunu jridu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom personalment billi jmorru fit-Taqsima tal-Espatrijati ta’ Identity Malta fi Triq il-Wied, l-Imsida fid-dati indikati fl-ittra li se jkunu qed jirċievu. L-applikanti li jirrisjedu f’Għawdex jeħtieġ li japplikaw fit-Taqsima tal-eResidence, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

F’dan ir-rigward, dokument ta’ residenza validu għal perjodu ta’ għaxar snin se jinħareġ lill-benefiċjarji msemmija u jiġġedded awtomatikament mal-applikazzjoni, sakemm il-kundizzjonijiet relatati jibqgħu rispettati.

Id-dokument eżistenti għandu jibqa’ validu sakemm jinħareġ id-dokument ta’ residenza l-ġdid.

Iċ-ċittadini tar-Renju Unit u l-membri tal-familja tagħhom li jaslu Malta matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni jistgħu jagħmlu appuntament permezz tal-email fuq [email protected] u sussegwentement jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom personalment fit-Taqsima tal-Espatrijati, Sezzjoni tal-UE, Triq il-Wied, l-Imsida, fit-Tieni Sular.

Ħaddiema tar-Renju Unit li, qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, kienu impjegati jew jaħdmu għal rashom f’Malta waqt li kienu għadhom residenti fir-Renju Unit, u li kienu jirritornaw mill-inqas darba fil-ġimgħa bħala regola, jeħtieġ li japplikaw għad-dokument tal-ħaddiem relattiv sabiex ikomplu b’din l-attività. L-imsemmi dokument se jirrifletti l-istatus tagħhom kif previst fl-Artikolu 26 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit.

F’każ li jkun ikkonfermat li fil-fatt qed isegwu attività bħal din, dawn se jinħarġilhom dokument armonizzat (kif stabbilit bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C (2020) 1114 tal-Kummissjoni Ewropea) li jiċċertifika l-istatus tagħhom.

Applikazzjoni għal Single Permit

Single Permit jawtorizza liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jgħixu legalment u jaħdmu f’Malta għal perijodu definit, li jista’ jiġġedded aktar. Skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.17, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jistgħu jippreżentaw applikazzjoni waqt li jkunu jew għadhom barra mill-pajjiż jew joqogħdu legalment fit-territorju Malti.

L-applikazzjonijiet għal permess ta’ residenza għandhom jiġu approvati minn min iħaddem u l-permess ma jibqax japplika jekk l-applikant ma jibqax jibqa’ fl-impjieg speċifikat.

Single Permit ma jippermettix lid-detentur:
• Li jagħmel xogħolijiet bi ħlas minn terzi apparti mill-employer identifikat fil-permess ;u
• Li jagħmel xogħol mhux awtorizzat u mhux relatat mal-attività speċifika tal-impjieg indikata fl-applikazzjoni tagħhom.

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li japplikaw biex jirrisjedu f’Malta għal xogħol speċifiku.

Stadju 1 – Applikazzjoni
L-applikanti jridu jimlew il-formola CEA C u l-formola ID 1A u jissottomettu d-dokumenti meħtieġa (kif deskritt fiċ-checklist relatata).Il-Unit tal-Espatrijati tirċievi applikazzjonijiet mit-Tnejn sal-Ħamis bejn is-07:30AM u l-11:30AM. L-applikanti jridu jħallsu miżata ta’ €280.50 u l-ħlasijiet jiġu aċċettati biss permezz ta’ flus kontanti jew ċekk (pagabbli lill-Aġenzija Identity Malta).

Stadju 2 – Proċess tal-Applikazzjoni
Ladarba d-dokumenti jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Identity Malta u tittieħed l-informazzjoni bijo-metrika tal-applikant, dan jingħata Riċevuta Interim.
L-Irċevuta Interim tippermetti lill-applikanti sabiex jirrisjedu legalment f’Malta sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom, madankollu, din ma tippermettix li l-applikanti jaħdmu. Barra minn hekk, jekk id-detentur tal-irċevuta interim iħalli Malta, id-dokument ma jkunx validu għad-dħul mill-ġdid tiegħu/tagħha f’Malta.
L-applikanti jkollhom jimlew il-formola CEA C u l-formola ID 1A u jissottomettu d-dokumenti meħtieġa, kif deskritt fiċ-checklist.
Id-dispożizzjonijiet tal-Avviż Legali 160 tal-2014 jippermettu perijodu ta’ erba’ (4) xhur għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet.
Wara li tiġi vvettjata l-applikazzjoni u ssir il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati l-oħra (primarjament il-Jobsplus u l-Pulizija tal-Immigrazzjoni), jinħareġ Single Permit lill-applikanti li jgħaddu.

Stadju 3 – Il-ġbir tal-kards u l-bidu tal-impjieg
Ladarba d-dokumenti jiġu vvettjati u l-applikazzjoni għal Single Permit tiġi approvata, l-Aġenzija Identity Malta tibgħat ittra lill-applikant sabiex jiġbor il-kard.
Meta tinġabar, id-detentur jista’ jibda jaħdem mill-ewwel u min iħaddem huwa legalment marbut li jibgħat l-Engagement Form lil Jobsplus fl-istess ġurnata.

Noti
• L-Aġenzija Identity Malta taċċetta biss applikazzjonijiet kompluti u żżomm kopji attestati tal-oriġinali kull meta ma jkunx possibbli li jinżammu d-dokumenti oriġinali.
• Jekk ikun meħtieġ, l-Aġenzija Identity Malta u partijiet interessati oħra jirriżervaw id-dritt li jitolbu aktar informazzjoni.
• It-talbiet dwar il-proċess tal-applikazzjoni jistgħu jsiru biss minn min iħaddem jew mill-applikanti nfushom.
• L-Aġenzija Identity Malta tirriżerva d-dritt li teskludi l-applikanti u employers jekk tingħata informazzjoni falza jew qarrieqa.

Jekk l-applikant ikun għadu ma wasalx Malta, min iħaddem jista’ jissottometti applikazzjoni għal single permit f’ismu/isimha.

Applikazzjoni għal Single Permit għal applikant li jkun għadu ma wasalx Malta

Stadju 1 – Applikazzjoni
L-applikanti jridu jimlew il-formola CEA C u jissottomettu d-dokumenti meħtieġa (kif deskritt fiċ-checklist relatata).
Il-Unit tal-Espatrijati tirċievi applikazzjonijiet mit-Tnejn sal-Ħamis bejn is-07:30AM u l-11:30AM. L-applikanti jridu jħallsu miżata ta’ €280.50 u l-ħlasijiet jiġu aċċettati biss permezz ta’ flus kontanti jew ċekk (pagabbli lill-Aġenzija Identity Malta).

Stadju 2 – Proċess tal-Applikazzjoni
Jekk l-applikazzjoni tiġi approvata l-Aġenzija Identity Malta tibgħat ittra ta’ stedina uffiċjali. Fi żmien 60 ġurnata tad-data li jkun hemm fuq l-ittra, l-applikant li jinħtieġ viża biex jidħol fit-territorju Schengen għandhom jippreżentaw din l-ittra flimkien mal-applikazzjoni tagħhom għall-viża u dokumenti oħra lill-Konsulat Malti jew lill-Ambaxxata Maltija. L-ittra ta’ stedina se tinkludi struzzjonijiet u kundizzjonijiet dwar kif l-applikant jista’ jiġi Malta sabiex ilesti l-applikazzjoni għal Single Permit. Id-dispożizzjonijiet tal-Avviż Legali 160 tal-2014 jippermettu perijodu ta’ erba’ (4) xhur għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet.

Stadju 3 – L-iffinalizzar tal-Applikazzjoni
Ladarba jsiru l-verifiki u l-evalwazzjonijiet kollha meħtieġa, l-applikanti jkunu jistgħu jiġu Malta jekk kemm-il darba jkollhom fil-pussess tagħhom l-awtorizzazzjoni meħtieġa biex jidħlu fit-territorju Schengen.
Mal-wasla tagħhom, l-applikanti jkollhom bżonn li jiffinalizzaw l-applikazzjoni tagħhom lokalment u jiġu tinħarġilhom awtorizzazzjoni temporanja biex jaħdmu sakemm il-permess ta’ residenza (f’format ta’ kard) jinħareġ.

L-awtorizzazzjoni temporanja għax-xogħol tingħata fuq id-dispożizzjoni li min iħaddem, li oriġinarjament approva l-applikazzjoni, huwa legalment marbut li jibgħat l-Engagement Form lil Jobsplus fl-istess ġurnata.
L-awtorizzazzjoni temporanja għax-xogħol mhijiex sostitut għall-permess uniku. Id-dokument ma jkunx tajjeb għall-ivvjaġġar u n-nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stipulati jirriżulta fir-revoka tal-permess.

Is-Single Permit jiġġedded kull sena u l-applikanti jinħtieġ li jissottomettu applikazzjoni għal tiġdid fi żmien 90 jum mid-data tal-iskadenza. It-tiġdid tal-applikazzjonijiet jista’ jitressaq biss waqt li l-permess attwali tagħhom ikun għadu validu.

Jekk id-detentur tal-permess japplika fi stadju tard ħafna, il-karta ta’ residenza tinġabar fil-ħin tal-applikazzjoni u l-applikant jinħariġlu permess intermi sabiex ikun jista’ jgħix u jaħdem f’Malta. Dan id-dokument se jippermetti lill-applikant li jkompli jaħdem, madankollu dan mhux dokument tajjeb għall-ivjaġġar. L-applikanti huma avżati biex ma jagħmlu l-ebda arranġament tal-ivvjaġġar qabel ma jinħareġ il-permess ta’ residenza tagħhom.

Id-detenturi tal-karti ta’ residenza li bidlu l-indirizz residenzjali tagħhom jeħtieġu li jirreġistraw l-indirizz il-ġdid tagħhom fi żmien ġimgħa (1) u jippreżentaw id-dokumenti li ġejjin:

  1. Applikazzjoni għal tibdil ta’ indirizz, permess mitluf, misruq jew difettuż jew kaz ieħor

L-applikanti jkollhom iħallsu miżata ta’ applikazzjoni ta ‘ €27.50.

Il-validità tas-Single Permit tiddependi fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti meta l-permess ikun inħareġ oriġinarjament, inkluż l-impjieg speċifiku li jkun sar. Konsegwentement, il-permess ma jibqax validu jekk l-applikant ibiddel l-impjieg.

Fl-eventwalità ta’ tmiem ta’ impjieg, min iħaddem għandu jissottometti Formola tat-Tmiem tal-Impjieg lil Jobplus fi żmien erbat (4) ijiem mid-data tat-tmiem (skont l-Avviż Legali 426/12) u jinforma lill-Aġenzija Identity Malta fuq [email protected]

Key Employee Initiative

Il-Key Employee Initiative tipprovdi servizz fast-track lil ċittadini
li ġejjin minn pajjiżi terzi u li huma speċjalizzati u impjegati f’Malta.
Din l-iskema tiffaċilita l-ħruġ ta’ permess ta’ residenza jew tax-xogħol
lil impjegati prospettivi, li taħt ċirkostanzi normali jsir fi żmien ħamest
ijiem ta’ xogħol, minn meta l-applikant ikun issottometta l-applikazzjoni.

Din l-iskema hija applikabbli għal postijiet maniġerjali jew tekniċi ħafna li jeħtieġu kwalifiki rilevanti jew esperjenza adegwata relatata mal-impjieg li qed jiġi offrut. L-applikanti jridu jipprovdu informazzjoni lis-sezzjoni tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta biex tikkonferma l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li ġejjin:

  1. Salarju gross annwali ta’ mill-inqas €30,000 fis-sena;
  2. Kopji attestati tal-kwalifiki rilevanti, warrants jew esperjenza tax-xogħol meħtieġa;
  3. Dikjarazzjoni minn min iħaddem li tiddikjara li l-applikant għandu l-kredenzjali meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet assenjati lilu.

L-inizjattiva KEI hija estiża wkoll għal innovaturi involuti fi proġetti ta’ start-up li huma speċifikament approvati mill-Malta Enterprise.

If the permit holder applies at a very late stage, the residence card would be collected at time of application and the applicant would be issued with an interim authorisation to reside and work in Malta. This document will allow the applicant to keep on working but is not a travel document. Applicants are advised not to make any travel arrangements before their residency permit is issued.

Applikazzjonijiet għal single permit taħt il-KEI jistgħu jiġu sottomessi waqt li l-applikant ikun fiżikament f’Malta jew ikun għadu barra l-pajjiż. Il-lista ta’ kontroll għall-applikazzjonijiet għal single permit sottomessa taħt il-KEI tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku.
L-applikanti approvati jinħarġilhom permess ta’ residenza li jkun validu għal sena, fl-ewwel sena tiegħu. Sussegwentement, dan jista’ jiġġedded għal perijodu itwal (sa tliet snin) kemm-il darba l-applikant jippreżenta (i) kuntratt validu definit jew indefinit, flimkien ma’ (ii) il-formola tad-dikjarazzjoni tat-taxxa annwali oriġinali ttimbrata mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.

Form C2 KEI – Single Work Permit Key Employee Initiative New Application

Form C1 KEI – Single Work Permit Renewal Application for Key Employment Initiative

Form C5 KEI – Single Work Permit Key Employee Initiative Still Abroad Application

Form C3 KEI – Single Work Permit Key Employee Initiative Change in Employer Application

Form C4 KEI – Single Work Permit Key Employee Initiative Change in Employer Following Termination

L-Aġenzija Identity Malta żżomm kopji ċċertifikati ta’ dokumenti fejn id-dokumentazzjoni oriġinali ma tkunx tista’ tinżamm.

Dawk l-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom tiġi sottomessa waqt li jkunu għadhom barra l-pajjiż, iridu jippreżentaw id-dokumentazzjoni oriġinali ladarba l-applikazzjoni tagħhom tiġi  approvata fil-prinċipju.

L-Aġenzija Identity Malta tista’ titlob kjarifiki addizzjonali dwar l-applikazzjonijiet. Fejn jinstab li jkun impossibbli li l-proċess tal-applikazzjoni jkun konkluż fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol, l-applikant u min iħaddem se jiġu infurmati bir-raġunijiet tad-dewmien li jaffettwa l-proċess tal-applikazzjoni.

L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li teskludi kemm applikanti u min iħaddem mill-inizjattiva KEI jekk jiġi kkonfermat li l-applikazzjoni sottomessa taħt l-iskema kien fiha xi informazzjoni falza jew qarrieqa.

Frequently Asked Questions

Is-Single Permit jagħti awtorizzazzjoni lil ċittadin ta’ pajjiż terz biex jirrisjedi u jaħdem legalment f’Malta għal perijodu ta’ aktar minn sitt (6) xhur. Il-permess jinkorpora kemm il-liċenzja tax-xogħol kif ukoll permess għal residenza. L-awtorizzazzjoni tinħareġ fil-format ta’ permess ta’ residenza u tagħmel referenza għan-numru tal-liċenzja tax-xogħol u l-post tax-xogħol tad-detentur tagħha.

Ċittadini minn pajjiżi terzi jistgħu japplikaw għal Single Permit, sabiex ikunu jistgħu jaħdmu. Ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu ngħataw protezzjoni umanitarja jew internazzjonali f’Malta jew fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea mhumiex intitolati għal tali permess. 

Fil-każ ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea, taż-Żona Ekonomika Ewropea u dawk Svizzeri, u l-membri tal-familja tagħhom, dan ma japplikax fid-dawl tad-drittijiet tax-xogħol li għandhom.

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma jistgħux jissottomettu applikazzjoni għal Single Permit mingħajr ma jkollhom offerta ta’ xogħol f’Malta. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu awtorizzati minn min ikun se jħaddem lill-applikant.

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma fil-pussess ta’ permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru ieħor iridu japplikaw għal Single Permit sabiex jaħdmu f’Malta.

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jew jaħdmu jew huma involuti f’xi attivitajiet mhux volontarji f’Malta jrid ikollhom is-single permit fil-pussess tagħhom sakemm ma jkunux ħaddiema ppostjati.

Min iħaddem jista’ jissottometti applikazzjoni f’isem il-kandidat barrani tiegħu waqt li dan tal-aħħar ikun għadu barra l-pajjiż. L-applikant ikun awtorizzat li jiġi Malta sabiex jibda jaħdem malli l-applikazzjoni tkun approvata fil-prinċipju.

L-applikanti jistgħu jniżżlu l-listi ta’ verifika rilevanti għal applikazzjonijiet ġodda, applikazzjonijiet għal tiġdid u applikazzjonijiet li jkunu għadhom barra mill-pajjiż minn dan is-sit.

Il-Key Employee Initiative hija proċess sabiex l-applikazzjoni għal single permit tiġi proċessata b’mod aktar mgħaġġel għal persuni li ser jaħdmu f’oqsma professjonali u speċjalizzati, li jkollhom dħul gross ta’ €30,000 fis-sena.

Min jimpjega huwa meħtieġ li jassigura li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkollhom il-permessi neċessarji tax-xogħol u residenza qabel ma jibdew jaħdmu. Min iħaddem jista’ wkoll jirreferi għas-sit elettroniku https://jobsplus.gov.mt/resources/fileprovider.aspx?fileId=3593 li fih bosta linji gwida.

Dawk li jissottomettu applikazzjoni għal Single Permit jeħtieġu li jsegwu l-gwida elenkata fil-listi ta’ verifika li jikkorrispondu mat-tip ta’ xogħol li jkunu se jagħmlu. Applikanti li jkunu ġejjin minn pajjiżi fejn hemm prevalenza qawwija ta’ tuberkulożi jridu jagħmlu screening mediku f’ċentri tas-saħħa privati. Min iħaddem għandu jiggwida lill-applikant skont l-istruzzjonijiet maħruġa mid-Dipartiment għall-Prevenzjoni u Kontroll ta’ Mard Infettiv (IDPCU).

Applikanti li jbiddlu l-indirizz tagħhom jeħtieġ li jinformaw lil Identity Malta minnufih u mingħajr dewmien.  Fin-nuqqas ta’ dan il-permess ta’ residenza jista’ jitteħdilhom.

Jekk id-detentur ma jkollux il-ħsieb li jaħdem u jirrisjedi aktar f’Malta, ikun jeħtieġ li jirritorna lura lil Identity Malta l-kard li tingħatalu. Min iħaddem jintħieġ li jissottometti t-Termination Form lil Jobsplus fi żmien erbat ijiem mit-tmiem tal-impjieg. Identity Malta trid ukoll tiġi nfurmata permezz tal-email fuq [email protected]

F’każ li l-applikant jixtieq li jibdel l-employer għandu jissottometti l-applikazzjoni Change in Emplyer mingħajr dewmien.

L-applikanti li jissottomettu applikazzjoni għal Single Permit jingħataw riċevuta interim li tippermettilhom biex jgħixu f’Malta sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom. Jekk ma jkunx hemm indikazzjoni oħra, din ir-riċevuta interim ma tippermettix lill-applikanti li jibdew jaħdmu. Jekk kemm-il darba l-applikant ikun jixtieq li joħroġ barra minn Malta, dan id-dokument ma jistax jintuża biex l-applikant jerġa’ jidħol lura f’Malta.

Persuna li għandha l-permess f’idejha tista’ tapplika għal impjieg ieħor kemm-il darba jkunu għadhom f’impjieg.

Min iħaddem irid jinforma lil Jobsplus bit-trasferiment u jikkomunika d-deċiżjoni lill-Aġenzija Identity Malta.

Persuna minn pajjiż terz ikun jista’ jibda jaħdem la darba jkun ġabar il-permess ta’ residenza mill-Aġenzija Identity Malta. Min iħaddem imbagħad ikun irid jissottometti l-formola Declaration of Commencement of Employment lil Jobsplus.

L-applikanti jistgħu jippreżentaw appell lill-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni fi żmien tlett ijiem mid-data tad-deċiżjoni ta’ Identity Malta.

Forms

ALL APPLICANTS

Electronic Identity Registration – Form ID 1A
Registration of applicant details and the type of application form

Image Capture Application Form – Form ID2
Registration of details of applicants whose live biometric image cannot be taken at the Department

Exempt Persons Status (Spouse of a Maltese National) – CEA Form E
Application for a residence permit submitted by Non-EU Nationals for the purpose of Exempt Person Status in accordance to Article 4 of the Immigration Act – Chapter 217 Laws of Malta. Such applicants are subject to an interview. Appointments for interviews are to be submitted by email on [email protected]

Permanent Residence Scheme (Certificate by the Commissioner for Inland Revenue) – CEA Form S
Renewals for residence permits submitted by applicants who are residing in Malta and are in possession of a certificate issued under the Residence Scheme Regulations (Legal Notice 428 of 2008).

Applications for renewals of these residence permits can be submitted by following this link.

EU NATIONALS

Electoral Form
Application Form to be registered in the European Union Electoral Register as a voter for the Election of Members of the European Parliament [only applicable for first-time applicants]

Economic Self Sufficiency – CEA Form J
Application for a residence permit submitted by EU/EEA/Swiss nationals who are residing in Malta on the bases of Economic Self-Sufficiency in accordance to the Free Movement of EU nationals and their Family Members Order (Legal Notice 191 of 2007) and/or Immigration Regulations (Legal Notice 205 of 2004)

Employment/Self Employment – CEA Form A
Application for a residence permit submitted by an EU/EEA/Swiss National on the basis Employment/ Self Employment as laid down by the provisions of Free Movement of EU nationals and their Family Members Order (Legal Notice 191 of 2007) and/or Immigration Regulations (Legal Notice 205 of 2004).

Family Members – CEA Form F
Application for a residence permit submitted by an EU/EEA/Swiss National on the basis of Family Members as laid down by the provisions of Free Movement of EU nationals and their Family Members Order (Legal Notice 191 of 2007) and/or Immigration Regulations (Legal Notice 205 of 2004).

Permanent Residence – CEA Form P
Application for a residence permit submitted by EU/EEA nationals and their family members on the bases of the provisions of Free movement of EU Nationals and their Family Members Order (Legal Notice 191 of 2007) and/or Immigration Regulations (Legal Notice 205 of 2004).

Study – CEA Form M
Application for a residence permit submitted by an EU/EEA/Swiss National on the basis of study as laid down by the provisions of Free Movement of EU nationals and their Family Members Order (Legal Notice 191 of 2007) and/or Immigration Regulations (Legal Notice 205 of 2004)

NON-EU NATIONALS

Blue Card – CEA Form B
Application for a residence permit submitted by a non-EU National under the conditions of entry and residence of Third country nationals for the purpose of Highly Qualified Employment (Blue Card)

Economic Self Sufficiency – CEA Form K
Third country nationals who are beneficiaries of Malta Tax Schemes (e.g. Global Residence Program) and holders of a certificate issued for the purpose of permanent residence by the Malta Residency Agency are to submit their application online by clicking on the following link.

Employment/Self Employment – CEA Form C
Applications for Self-Employed or Employment of Less than Six (6) months have to be submitted through the online portal, which may be accessed through https://singlepermit.gov.mt/. The User Manual Guidelines may be downloaded from the same portal for a step-by-step process on how to submit an online application.

Family Members – CEA Form G
Application for a residence permit submitted by Family members of non-EU nationals

International Protection
Application for a residence permit by non-EU Nationals who are residing in Malta under International/Humanitarian protection. These applications have to be submitted in person at Identity Malta Agency’s Hal- Far office.

Long Term Residence
Third-country nationals who (i) have been legally and continuously residing in Malta for a period of five (5) years or more, (ii) have stable and regular resources, (iii) have their own accommodation and (iv) fulfil integration measures (outlined in Subsidiary Legislation 217.05), may apply for the long-term residence status (refer to form and checklist). The status of long-term residents is permanent and the residence permit would be issued for a period of five (5) years.

Requests for Long Term Residence need to be submitted via email on [email protected]

Specific Residence Authorisation – Form H 
Renewals for former holders of a Temporary Humanitarian Protection status and other applicants who satisfy the criteria as listed in the SRA Policy. Downloadable forms required for SRA applications namely SRA Form H, GDPR form, ID1A, Rental declaration maybe downloaded from the Application Forms section at the bottom of the page. [SRA Policy & Checklist]. These applications have to be submitted in person at Identity Malta Agency’s Hal- Far office.

Applicants for a work/residence permit must submit the following documentation

Form C2 – Single Work Permit New Application

Form C2.1 – Single Work Permit New Application for Recruiting & Temping Agents

Form C1 – Single Work Permit Renewal Application

Form C1.1 – Single Work Permit Renewal Application for Recruiting & Temping Agents

Form C5 – Single Work Permit Still Abroad Application

Form C5.1 – Single Work Permit Still Abroad Application for Recruiting & Temping Agents

Form C3 – Single Work Permit Change in Employer Application

Form C3.1 – Single Work Permit Change in Employer Application for Recruiting & Temping Agents

Form C4 – Single Work Permit Change in Employer Following Termination Application

Form C4.1 – Single Work Permit Change in Employer Following Termination for Recruiting & Temping Agents

Application for Change in Address, Lost, Stolen, Damaged Card or, Other Changes

[1] Vacancy Requirement Exemption List
[2] High risk tuberculosis countries
[3] Position Description
[4] Europass CV Template
[5] Declaration of Suitability
[6] Procedure for Health Screening
[7] Health screening for renewal of work permit
[8] Health screening for renewal of work permit Masseurs – Masseuse
[9] Health Sceening for first time applicants working as Nannies, Tattooists, Beauty Therapists
[10] Health Screening for first time applicants coming from countries with High Tuberculosis incidence doing Other Jobs
[11] Health Screening for first time applicants working as Carers, Child Carers, Dental Chairside Assistants, other Regulated Healthcare Professionals
[12] Health Screening for first time applicants working as Doctor, Dentists, Midwives, Nurses
[13] Health Screening for first time applicants working as Food Handlers
[14] Health Screening for first time applicants working as Masseurs – Masseuse
[15] Declaration of Posting
[16] Declaration intended stay in Malta
[17] Still abroad
[18] Keeper’s Declaration Form – Declaration of any Premises’ Keeper in respect of a Foreign National applying for a residence document residing at the said premises – Hotel & Guest House
[19] Privacy Policy

Formoli

Ikklikkja fuq u agħżel mil-lista fuq il-lemin

Identity Malta Agency

Ħinijiet tal-Ftuħ

Unit tal-Espatrijati – Malta

Identity Malta tħaddem sistema fejn kull visita issir biss b’appuntament. Kif tigi approvata applikazzjoni, l-applikanti jigu nfumati permezz ta’ ittra minn Identity Malta bid-dettalji tal-appuntament jew linji gwida dwar kif jistgħu jagħmlu appuntament, skont il-każ.

Għal każijiet oħra, fejn l-applikant jista’ jiġi l-uffiċini tal-aġenzija minghajr htieġa ta’ appuntament, il-ħinijiet tal-ftuħ huma hekk:

Sezzjoni Ġranet Ħinijiet
Single Permit – Live-in carers Tnejn – Ġimgħa 07:30am – 11:30am
Single Permit – Dokument tar-residenza mitluf, bdil fl-indirizz, bdil iehor minuri Tnejn – Ġimgħa 07:30am – 11:30am
Ġbir tad-Dokument Single Permit jew applikanti barra l-UE Tnejn – Ġimgħa 07:30am – 01:00pm
Ġbir tad-Dokument applikanti minn pajjiżi tal-UE Tnejn – Ġimgħa 07:30am – 12:00am
Uffiċċju tal-Protezzjoni Internazzjonali Umanitarja u SRA Tnejn – Ġimgħa 07:30am – 12:30pm

Unit tal-Espatrijati – Għawdex 

Kull visita issir biss b’appuntament mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08:00AM 12:30PM.

Kummenti u Feedback

Għenitek din il-paġna? Għidilna jekk din l-informazzjoni hijiex ta’ għajnuna jew jekk hemmx modi kif nistgħu ntejbuha. Segwi l-link hawn taħt.

Nixtieq inħalli feedback dwar din il-paġna

Irrapporta l-ostakli li nqalgħu waqt l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħek tas-suq intern

Sib għajnuna f’dan il-qasam

Your Europe Logo

Taqsima Tal-VIŻA

Taqsima Tal-VIŻA

Is-Central Visa Unit (CVU) hija l-awtorità ċentrali tal-Gvern dwar l-immigrazzjoni, responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali dwar il-viża u l-proviżjonijiet tal-acquis tax-Schengen (fejn jikkonċerna affarijiet relatati mal-viża). Ir-responsabbiltà tal-ħruġ tal-viża tinqasam mal-Missjonijiet Diplomatiċi barra minn Malta.
L-Uffiċċju Ċentrali tal-Viża huwa marbut li jgħin lill-applikanti kollha, li għandhom għan tajjeb u ġenwin biex jaslu fit-territorju Malti, bl-inqas inkonvenjent possibbli.

X’inhija l-Viża?

Viża hija awtorizzazzjoni jew deċiżjoni, fil-forma ta’ stiker, maħruġa u mwaħħla ma’ passaport, li tawtorizza  lid-detentur biex joqgħod f’Malta matul perijodu limitat u speċifikat. Il-pussess ta’ viża ma jagħtix liċ-ċittadin tal-pajjiż terz id-dritt awtomatiku tad-dħul, peress li min iġorru jrid jagħti prova li se jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul imposti.

Persuna li għandha fil-pussess tagħha l-viża, xorta waħda tista’ ma titħallix tidħol f’pajjiż minn awtoritajiet tal-fruntieri jekk jinstab li:

  • id-detentur ma jkunx fil-pussess ta’ mezzi adegwati biex isostni ruħu;
  • id-data sottomessa matul il-proċedura tal-applikazzjoni għall-viża ma kinitx korretta jew iffalsifikata;
  • id-detentur ma jkunx jista’ jipprovdi dettalji dwar iċ-ċirkostanzi tal-waqfa f’Malta.

L-awtoritajiet tal-fruntieri jistgħu jirrifjutaw id-dħul anke għal raġunijiet ta’ sigurtà jew public policy. Malta toħroġ primarjament żewġ (2) tipi ta’ viżi:

  • Il-Viża Schengen (soġġorn qasir), li tinħareġ għal perijodu li ma jaqbiżx id-90 jum u li hija rregolata mid-dispożizzjonijiet li fuqhom hemm qbil tal-UE; u
  • Il-Viża Nazzjonali (viża għal soġġorn twil/D Visa), li tinħareġ għal perijodu ta’ aktar minn 90 jum u mhux aktar minn 365 jum skont ir-regoli nazzjonali.

Viża Schengen

Iż-Żona Schengen u l-koperazzjoni bejn il-pajjiżi membri, joriġinaw mill-Ftehim ta’ Schengen tal-1985.

Il-ftehim jirrappreżenta territorju fejn il-moviment liberu tal-persuni huwa ggarantit. L-Istati firmatarji f’dan il-ftehim neħħew il-fruntieri interni kollha, u minflok stabbilixxew fruntiera esterna waħda. Għalhekk, applikaw regoli u proċeduri komuni għall-viżi għal soġġorn qasir, talbiet għall-ażil u kontrolli fil-fruntieri. Fl-istess ħin, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn is-servizzi tal-Pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji jiggarantixxu s-sigurtà. Il-kooperazzjoni Schengen ġiet inkorporata fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea fit-Trattat ta’ Amsterdam tal-1997.

Viża ta’ Schengen hija awtorizzazzjoni maħruġa minn stat fiż-żona Schengen li tawtorizza:

  • tranżitu minn jew soġġorn previst fit-territorju tal-Istati  Schengen għal mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum (“viża għal soġġorn qasir”);
  • tranżitu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti tal-Istati fiż-żona Schengen (“viża għal tranżitu fl-ajruport”).

Stati Membri ta’ Schengen

Sal-lum, hemm b’kollox 26 pajjiż li jaderixxu mal-Ftehim ta’ Schengen; 22 Stat Membru tal-UE u erba’ Stati Assoċjati (Stati Membri mhux tal-UE) li abolixxew il-kontroll tal-fruntieri u jimplimentaw bis-sħiħ l-acquis ta’ Schengen b’rabta mal-ħruġ ta’ viża. Is-26 Stat Membru ta’ Schengen huma – l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Iżlanda*, l-Italja, il-Latvja, Liechtenstein*, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja u l-Iżvizzera *

(* Stati mhux Membri tal-UE)

Filwaqt li erba’ (4) Stati Membri tal-UE – il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija għadhom mhumiex membri sħaħ taż-żona Schengen; tnejn (2) oħra – l-Irlanda u r-Renju Unit, iżommu l-politika awtonoma dwar il-Viża, l-Immigrazzjoni u l-ażil u ma jipparteċipawx fil-kooperazzjoni ta’ Schengen.

Regoli Ewlenin

Ir-regoli ewlenin adottati fi ħdan il-qafas Schengen jinkludu:

  • It-tneħħija ta’ kontrolli fuq persuni fil-fruntieri interni;
  • Sett komuni ta’ regoli li japplikaw għal persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-UE;
  • L-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tar-regoli tad-dħul u tal-Viżi għal soġġorni qosra;
  • Il-kooperazzjoni msaħħa tal-Pulizija (inklużi d-drittijiet tas-sorveljanza fil-konfini u l-insegwiment);
  • Kooperazzjoni ġudizzjarja aktar b’saħħitha permezz ta’ sistema ta’ estradizzjoni aktar mgħaġġla u t-trasferiment tal-infurzar ta’ sentenzi kriminali;
  • It-twaqqif u l-iżvilupp tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen (SIS).

Il-Kodiċi dwar il-Viżi stabbilixxa l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi għal soġġorni qosra (massimu ta’ disgħin jum matul perijodu ta’ mija u tmenin jum) u t-tranżitu mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-Istati assoċjati li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ. Għaldaqstant, kwalunkwe applikazzjonijiet għal viża għal dħul f’Malta għal waqfa qasira, trid tkun konformi mal-proċeduri kollha stabbiliti mill-Kodiċi tal-Viża.

Applikazzjoni tal-Viża

Applikazzjonijiet tal-viża jridu jsiru bil-miktub, fejn jingħataw id-dettalji kollha meħtieġa fuq il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Viża (li tista’ titniżżel minn fuq is-sit tal-internet u tinġieb minn xi Ambaxxata jew Konsolat) u jridu jiġu sottomessi fl-Ambaxxata jew Konsolat tal-pajjiż tad-destinazzjoni tas-safra.

Formola tal-applikazzjoni trid timtela b’mod leġibbli, tkun iffirmata mill-applikant u magħha jridu jiġu ppreżentati dawn:

  • Dokument tal-ivvjaġġar validu (passaport) li jrid ikollu data tal-iskadenza mhux inqas minn tliet xhur;
  • Ritratt daqs tal-passaport, bil-kulur u meħud quddiem background abjad, bil-wiċċ jidher sewwa.

Limitu ta’ żmien għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-viża

L-applikazzjonijiet fil-biċċa l-kbira jkunu riveduti u evalwati fi żmien bejn sebat (7) ijiem u 15-il ġurnata. F’każijiet eċċezzjonali, fejn ikun hemm bżonn ta’ dokumentazzjoni addizzjonali, id-data ta’ skadenza tista’ tiġi estiża sa massimu ta’ 45 jum kalendarju wara li l-applikazzjoni tkun tqieset ammissibbli

Huwa rakkomandat li l-applikazzjoni għal viża ma tiġix ippreżentata aktar tard minn 15-il jum qabel il-vjaġġ ippjanat, peress li ma jistax jiġi garantit li din se tiġi riveduta fil-ħin. Id-detenturi ta’ viżi għal soġġorn qasir f’aktar minn pajjiż wieħed taż-żona Schengen, jistgħu jissottomettu applikazzjoni oħra qabel ma din il-viża tiskadi, jekk kemm-il darba din kienet valida għal mill-inqas sitt xhur. L-applikazzjonijiet għall-viża ta’ membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE jkunu skrutinizzati fl-iqsar żmien possibbli.

Dokumenti Meħtieġa

ID-DOKUMENTI MEĦTIEĠA JIDDEPENDU SKONT GĦAL-LIEMA VIŻA SSIR L-APPLIKAZZJONI JEW F’LIEMA AMBAXXATA JEW RAPPREŻENTANZA L-INDIVIDWU SE JAPPLIKA.

  • L-iskop tal-vjaġġ;
  • Mezz ta’ transport anke dak tar-ritorn;
  • Mezz ta’ sostenn matul il-vjaġġ u sakemm l-individwu jkun fil-pajjjiż;
  • Akkomodazzjoni

DOKUMENTI MEĦTIEĠA RIGWARD L-ISKOP TAL-VJAĠĠ HUMA:

  • Ittra ta’ stedina;
  • Taħrika;
  • Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni;
  • L-organizzazzjoni taż-żjara.

DOKUMENTI MEĦTIEĠA B’RABTA MAL-MEZZI TA’ TRANSPORT U R-RITORN GĦANDHOM IKUNU:

  • Biljett tar-ritorn validu; jew
  • Ċertifikat li jindika l-booking u l-ħlas ta’ vjaġġ.

DOKUMENTI MEĦTIEĠA RIGWARD MEZZ TA’ SOSTENN JINKLUDU:

  • Flus kontanti;
  • Traveller’s cheques;
  • Ktieb taċ-ċekkijiet għal munita barranija;
  • Karti ta’ kreditu;
  • Kwalunkwe mezz ieħor li jiggarantixxi fondi.

Il-livell ta’ manteniment għandu jkun wieħed proporzjonat skont it-tul u l-għan ta’ din il-vista.

DOKUMENTI MEĦTIEĠA RIGWARD AKKOMODAZZJONI JINKLUDU:

  • Booking ta’ akkomodazzjoni f’lukanda jew stabbiliment simili;
  • Dokumenti li jipprovaw l-eżistenza ta’ kirja jew Att ta’ titlu, f’isem l-applikant, għal proprjetà li tinsab fil-pajjiż li se jżur;
  • Fejn ċittadin ta’ pajjiż terz jiddikjara li hu/hi għandu joqgħod f’dar ta’ persuna jew f’istituzzjoni, l-applikant irid jippreżenta dikjarazzjoni bil-miktub (Declaration of Proof) minn min ikun se jospita li turi li huwa lest li jakkomoda lill-applikant. L-Ambaxxati jew Konsolati jivverifikaw tali dikjarazzjonijiet, fejn isiru checks neċessarji;
  • Jista’ jintalab ukoll li jkun ippreżentat ċertifikat mimlija mill-ospitant/istituzzjoni li jindika b’mod ċar li huma kommessi li jakkomodaw lill-applikant, u dawn iridu jkunu ttimbrati minn awtorità kompetenti f’Malta, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-liġi.

ASSIKURAZZJONI MEDIKA

Barra minn hekk, biex tkun issostanzjata applikazzjoni għal ħruġ ta’ viża għal żmien qasir jew għall-ivvjaġġar (jinkludi viza għal soġġorn twil),  l-applikanti għandhom juru li huma fil-pussess ta’ assigurazzjoni medika adegwata u valida li tkopri kull spiża li tista’ tinqala’ in konnessjoni ma’ ripatrijazzjoni minħabba raġunijiet mediċi, attenzjoni medika urġenti u/jew kura ta’ emerġenza fi sptar. L-assigurazzjoni għandha tkun valida fl-Istati Membri kollha ta’ Schengen u tkopri l-perijodu kollu taż-żjara tal-persuna. Il-kopertura minima hija ta’ €30,000.

DIKJARAZZJONI TAL-PROVI (DECLARATION OF PROOF)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, l-applikanti li jkunu mistiedna minn persuna f’Malta għandhom jippreżentaw id-dikjarazzjoni ta’ prova (Declaration of Proof), li biha l-ospitant Malti jiddikjara li huwa kapaċi jakkomoda lill-applikant u/jew li jkun jista’ jġorr l-ispejjeż u r-ripatrijazzjoni tal-applikant.

Id-dikjarazzjoni tal-provi jrid ikun fiha informazzjoni li tistabbilixxi l-għan tal-applikazzjoni u tindika, b’mod partikolari dan li ġej:

  • Jekk l-iskop tad-dikjarazzjoni hija prova ta’ akkomodazzjoni jew sponsorship;
  • Jekk l-ospitant hux individwu, organizzazzjoni jew kumpanija;
  • L-identità tal-ospitanti u d-dettalji ta’ kuntatt;
  • Min huwa l-applikant li huwa mistieden;
  • L-indirizz tal-akkomodazzjoni;
  • Tul u skop taż-żjara
  • Relazzjoni li jista’ jkun hemm bejn l-ospitant u l-applikant.

Għalhekk jinħtieġ li jkun fiha informazzjoni kompleta u rilevanti dwar il-persuna ospitanti li tagħmel l-istedina, l-applikant (bħala l-persuna mistiedna) u r-relazzjoni tagħhom ma ‘ xulxin (inkluż informazzjoni dwar kwalunkwe relazzjoni familjari), flimkien mal-fini taż-żjara li  trid tiġi koperta bil-viża. L-istedina għandha tiddikjara wkoll jekk il-persuna ospitanti li testendi l-istedina hux se tkun ukoll garanti mill-aspett finanzjarju għall-applikant.

Permezz tal-mili u l-iffirmar tad-dikjarazzjoni ta’ prova, il-persuna ospitanti tiggarantixxi li se tkun responsabbli biex finanzjarjament tkopri spejjeż b’konnessjoni maż-żjara tal-applikant f’Malta u r-ripatrijazzjoni jekk l-applikant jonqos milli jirritorna lura lejn pajjiżu qabel ma tiskadilu l-viża.

Id-dikjarazzjoni ta’ prova għandha tkun iċċertifikata, attestata u ttimbrata minn rappreżentant legali. Jekk kwalunkwe informazzjoni pprovduta tinstab li hija falza jew skorretta, il-persuna ospitanti, kemm bħala individwu, bħala kumpanija jew bħala organizzazzjoni, tkun suġġetta għal passi kriminali skont il-liġijiet ta’ dak l-Istat Membru partikolari. F’Malta, dawn huma l-Artikoli 188 u 189 tal-Kodiċi kriminali (Kapitolu 9 tal-liġijiet ta’ Malta) u l-Artikolu 32 tal-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kapitolu 217 tal-liġijiet ta’ Malta) kif ukoll kwalunkwe liġi jew regolament ieħor li jista’ jkun fis-seħħ fiż-żmien tad-dikjarazzjoni illegali.

Marbut bir-Regolament (KE) Nru 539/2001 u wara immodifikat bir-Regolament (KE) Nru 2414/2001 u bir-Regolament (KE) Nru 453/2003, il-lista ta’ pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma soġġetti għall-ħtieġa tal-Viża, meta jivvjaġġaw lejn Malta u/jew kwalunkwe Stat Membru ieħor tal-UE huwa kif ġej:

L-Afganistan Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo Il-Kirgiżtan L-Irwanda
L-Alġerija Id-Djibouti Il-Laos São Tomé u Príncipe
L-Angola Ir-Repubblika Dominicana Il-Libanu L-Arabja Sawdita
L-Armenja L-Ekwador Il-Lesoto Ir-Russja
L-Ażerbajġan L-Eġittu Il-Liberia Is-Senegal
Il-Bahrain Il-Guinea Ekwatorjali Il-Libja Is-Sierra Leone
Il-Bangladesh L-Eritrea Il-Madagaskar Is-Somalja
Il-Belarussja L-Etijopja Il-Malawi L-Afrika t’Isfel
Il-Belize Fiġi Il-Maldivi Is-Sudan t’Isfel
Il-Benin Il-Gabon Il-Mali Is-Sri Lanka
Il-Bhutan Il-Gambja Il-Mauritania Is-Sudan
Il-Bolivja Il-Ghana Il-Mongolia Is-Suriname
Il-Botswana Il-Guinea Il-Marokk Is-Swaziland
Il-Burkina Faso Il-Guinea-Bissau Il-Mozambique Is-Sirja
Burma/Il-Myanmar Il-Guyana In-Namibia It-Taġikistan
Il-Burundi Il-Haiti Nauru It-Tanzanija
Il-Kambodja L-Indja In-Nepal It-Tajlandja
Il-Kamerun L-Indonesja In-Niger It-Togo
Cape Verde L-Iran In-Niġerja It-Tuneżija
Ir-Repubblika Ċentru Afrikana L-Iraq Il-Korea ta’ Fuq It-Turkija
Iċ-Chad Il-Ġamajka L-Oman It-Turkmenistan
Iċ-Ċina Il-Ġordan Il-Pakistan L-Uganda
Comoros Il-Każakistan Il-Palestina L-Użbekistan
Il-Kongo Il-Kenja Papua New Guinea Il-Vjetnam
Il-Kosta tal-Avorju Il-Kosovo Il-Filippini Il-Jemen
Kuba Il-Kuwajt Il-Qatar Iż-Żambia
Iż-Żimbabwe

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinħtieġ li jkollhom fil-pussess tagħhom viża għal transitu fl-ajruport meta jkunu qed jgħaddu minn ajruport internazzjonali f’xi pajjiż tal-UE jinkludu:

L-Afganistan Il-Bangladesh Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo L-Eritrea
L-Etijopia Il-Ghana L-Iran L-Iraq
In-Niġerja Il-Pakistan Is-Somalja Is-Sri Lanka

Fejn tista’ tapplika

Applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ viża jistgħu jiġu sottomessi, eżaminati u deċiżi fil-Konsolati taħt liema ġurisdizzjoni l-applikant ikun legalment qed jgħix. Applikazzjoni għall-viża ppreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz, legalment preżenti iżda li ma jkunx jirrisjedi fil-ġurisdizzjoni, tista’ tiġi aċċettata jekk is-CVU jqis li l-ġustifikazzjoni pprovduta mill-applikant għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni f’dak il-Konsolat ta’ Malta, hija koerenti u kredibbli.

Kundizzjonijiet biex tinħareġ il-viża

L-Awtoritajiet Maltija huma responsabbli biex tkun eżaminata u evalwata applikazzjoni għal viża jekk Malta hija l-uniku destinazzjoni jew id-destinazzjoni prinċipali taż-żjara.

F’pajjiż fejn Malta m’għandix rappreżentanza, applikazzjoni tista’ tiġi sottomessa fil-Konsolat ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea li miegħu Malta għandha ftehim bilaterali.

Malta għandha wkoll arranġamenti ma’ service providers privati sabiex applikazzjoni tkun tista’ tiġi sottomessa fl-uffiċini tagħhom (u dan jinkludi wkoll it-teħid tal-features biometriċi).

Viża uniformi tista’ tinħareġ għal aktar minn dħul wieħed, b’validità massima ta’ ħames snin. F’każijiet umanitarji, l-perijodu ta’ validità tista’ tiġi estiża.

Applikazzjoni għall-viża tista’ tiġi ppreżentata mill-applikant sa minn sitt (6) xhur qabel iż-żjara ppjanata. Meta jippreżenta applikazzjoni, l-applikant għandu jmur personalment, sakemm dan ir-rekwiżit ma jkunx ġie rrinunzjat. Apparti f’ċerti eċċezzjonijiet, l-applikant għandu jagħti l-permess għat-teħid tal-marki tas-swaba’ tiegħu, fejn wara jkun eżentat minn dan il-proċess għal perijodu ta’ 59 xahar u jħallas il-ħlas applikabbli. Il-ħlas tal-viża tista’ tiġi rinunzjata jew imnaqqsa f’każijiet individwali, pereżempju għal raġunijiet ta’ politika kulturali, barranija u ta’ żvilupp.

Viża tiġi rifjutata jekk l-applikant:

  • Jippreżenta dokument tal-ivjaġġar falz;
  • Ma jagħti l-ebda ġustifikazzjoni valida għall-iskop u l-kundizzjonijiet ta’ dan il-vjaġġ;
  • Ma jipprovdi l-ebda mezz ta’ sostenn għal perijodu tal-mawra u lanqas għar-ritorn lura lejn il-pajjiż oriġinali tiegħu jew tagħha;
  • Ikun diġá qatta’ tliet xhur fil-perijodu ta’ sitt xhur;
  • Ikun suġġett ta’ twissija fis-Sistema Informatika tax-Schengen (SIS);
  • Huwa kkunsidrat bħala thedida għas-sigurta jew saħħa tal-pubbliku tal-Istat Membru;
  • Ma jipprovidix assikurazzjoni medika, jekk applikabbli;
  • Jipprovdi dokumenti li l-awtentiċità tagħhom ma tistax tiġi kkonkermata.

F’ċerti każijiet, il-perijodu ta’ validità jista’ jkun estiż, filwaqt li f’ċerti ċirkostanzi, l-viża tista’ tiġi annullata jew revokata.

Applikant li jkollu l-viża tiegħu irrifjutata, irrevokata jew annullata għandu l-possibbiltà li jappella din id-deċiżjoni mal-Bord tal-Appelli tal-Immigrazzjoni sa ħmistax-il ġurnata minn din in-notifika. Jista’ jagħmel hekk billi jikkomunika mal-Bord Tal-Appelli tal-Immigrazzjoni, li f’dan l-indirizz:

The Secretary

Immigration Appeals Board

15, 1st Floor

City Gate Building

Triq L-Ordinanza

Valletta

Proċedura tal-Appelli

Meta viża tiġi rifjutata, annullata jew revokata mill-awtoritajiet Maltin, l-applikant jirċievi ittra li tinnotifikah/a bir-raġunijiet li waslu għal din id-deċiżjoni. 

Applikanti li jiġu rifjutati milli jingħataw viża jew ikollhom il-viża tagħhom annullata jew revokata, għandhom id-dritt li jappellaw kontra tali deċiżjoni mal-Immigration Appeals Board fi żmien ħmistax-il ġurnata ta’ xogħol, minn meta tinħareġ in-notifika. Kwalunkwe komunikazzjoni għandha ssir bl-Ingliż u tkun indirizzata lil bord f’dan l-indirizz:

The Secretary

Immigration Appeals Board

15, 1st Floor

City Gate Building

Triq L-Ordinanza

Valletta

L-applikanti għandhom jibagħtu lill-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni fi żmien 15-il jum kopja tal-ittra ta ’rifjut u dokumenti oħra ta’ sostenn li jiġġustifikaw ir-raġunijiet li fuqhom id-deċiżjoni għandha tiġi riveduta. Tali dokumenti jridu jkunu ċċertifikati bħala kopji vera tal-oriġinali minn avukat jew nutar. 

L-appell irid ikun impustat b’posta irreġistrata u b’imejl fuq l-indirizz elettroniku [email protected];[email protected]

Sussegwentement, l-IAB javża kemm lill-applikant u kif ukoll lis-CVU bid-deċiżjoni li tittieħed.

Tariffi

Applikanti għandhom iħallsu tariffi applikabbli skont kif indikat fl-Ordinanza dwar it-Tariffi L.N.287 tal-2020.

It-Taqsima Ċentrali tal-Viża taċċetta ħlasijiet permezz ta’ karta ta’ kreditu jew ċekkijiet.

It-tariffi li għandhom jitħallsu għal applikazzjoni tal-viża għal soġġorn twil huma kif ġej:
(a) Għal skop ta’ studju €70
(b) Għal kwalunke skop ieħor €100

Tfal taħt is-sitt snin huma bla ħlas.

Formoli

Ikklikkja fuq u agħżel mil-lista fuq il-lemin

Identity Malta Agency

Ħinijiet tal-Ftuħ

Taqsima Tal-VIŻA – Malta

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08:00am sa 02:00pm

Taqsima Tal-VIŻA – Għawdex 

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08:00am sa 12:30pm

Uffiċċju tal-Passaporti

L-Uffiċċju tal-Passaport

L-Uffiċċju tal-Passaporti joħroġ passaport Malti liċ-ċittadini Maltin u jgħin ukoll lill-Ambaxxati Maltin, lill-Kummissjonijiet Għolja Maltin u lill-Konsulati barra mill-pajjiż. Fit-30 ta’ Settembru 2008, inħareġ l-ewwel passaport bijometriku Malti, li ġab lil Malta f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE u li sar parti mill-programm tal-Istati Uniti għat-tneħħija tal-Viża. Sussegwentement, fit-28 ta’ Ġunju 2010, l-uffiċċju tal-passaporti ta’ Malta beda l-proċess tat-teħid tal-marki tas-swaba’ tal-applikanti skont ir-Regolament tal-KE Nru 2252/2004. Aktar tard din is-sena, Malta se tkun qed tikseb passaport ġdidb’teknoloġija aktar avvanzataavvanzat, biex b’hekk id-dokument tal-ivvjaġġar ikun aktar sigur.

Applikazzjoni għall-Passaport

Applikant li ser japplika għall-passaport l-ewwel darba jinħtieġ li jirrikorri personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti u jippreżenta dawn id-dokumenti:

  • Il-Karta tal-Identità u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara; u
  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, 7 u 9 mimlija. Sezzjoni 9 trid timtela minn rakkomandant.

Ir-ritratt biometriku kif ukoll il-marki tas-swaba’ jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  l-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

Ġbir tal-Passaport

Applikant ta’ aktar minn 12-il sena, irid imur personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti sabiex jiġbor il-passaport. Hemmhekk  jerġgħu jittieħdu l-marki tas-swaba’ biex tkun ikkonfermata l-identità tal-persuna kif ukoll tiġi ċċekkjata iċ-ċippa tal-passaport. Applikanti adulti iridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità u l-irċevuta.

Minuri taħt l-età ta’ sitt (6) snin

  • Ma jinħtieġx li jmorru personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti;
  • Trid tiġi ppreżentata Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, 6 u 7 mimlija. Sezzjoni 7 trid timtela minn rakkomandant;
  • Iż-żewġ ġenituri iridu jiffirmaw sezzjoni 6 quddiem ir-rakkomandant. Ir-rakkomandant irid jixhed li ż-żewġ ġenituri iffirmaw fil-preżenza tiegħu;
  • Jiġu ppreżentati żewġ (2) ritratti tal-passaport identiċi li jridu jittieħdu fuq sfond abjad (tista’ tara r-rakkomandazzjonijiet fis-sezzjoni Rakkomandazzjonijiet tal-ICAO għar-Ritratti għal aktar dettalji dwar kif għandhom ikunu r-ritratti), fejn wieħed (1) mir-ritratti għandu jiġi ffirmat u approvat fuq wara mill-istess rakkomandant li ffirma Sezzjoni 6 u 7 fuq il-Formola A;
  • Il-kitba mir-rakkomandant fuq wara tar-ritratt għandha tkun: Din hija xbieha vera ta’ (Isem u Kunjom), filwaqt li r-rakkomandant BISS għandu jiffirma taħt din il-kitba;
  • Jiġu ppreżentati l-karta tal-identità taż-żewġ ġenituri u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara; u
  • Id-dokumentazzjonijiet kollha t’hawn fuq iridu jiġu ppreżentati l-Uffiċċju tal-Passaporti mill-inqas minn ġenitur wieħed.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

Minuri ta’ bejn sitt (6) snin u tlettax-il (13) sena

Jinħtieġ li jmorru personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti u jissottomettu dawn id-dokumenti:

  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, 6, u 7 mimlija. Sezzjoni 7 trid timtela minn rakkomandant;
  • Iż-żewġ ġenituri iridu jiffirmaw sezzjoni 6 quddiem ir-rakkomandant. Ir-rakkomandant irid jixhed li ż-żewġ ġenituri iffirmaw fil-preżenza tiegħu;
  • Ritratt wieħed tal-passaport li jrid jittieħed fuq sfond abjad (tista’ tara r-rakkomandazzjonijiet fis-sezzjoni Rakkomandazzjonijiet tal-ICAO għar-Ritratti għal aktar dettalji dwar kif għandhom ikunu r-ritratti), u għandu jiġi ffirmat u approvat fuq wara mill-istess rakkomandant li ffirma Sezzjoni 6 u 7 fuq il-Formola A;
  • Il-kitba mir-rakkomandant fuq wara tar-ritratt għandha tkun: Din hija xbieha vera ta’ (Isem u Kunjom), filwaqt li r-rakkomandant għandu jiffirma BISS taħt din il-kitba;
  • Il-karta tal-identità taż-żewġ ġenituri u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara; u
  • Id-dokumentazzjonijiet kollha t’hawn fuq iridu jiġu ppreżentati l-Uffiċċju tal-Passaporti mill-inqas minn ġenitur wieħed;
  • Ir-ritratt biometriku, jittieħed l-Uffiċċju tal-Passaporti; u
  • Minuri ‘l fuq minn tnax-il sena jittieħdulhom il-marki tas-swaba’.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

Minuri ta’ bejn l-erbatax-il (14) sena  u ħmistax-il (15) sena:

Jinħtieġ li jmorru personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti u jissottomettu dawn id-dokumenti:

  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, 6, u 7 mimlija. Sezzjoni 7 trid timtela minn rakkomandant;
  • Iż-żewġ ġenituri iridu jiffirmaw sezzjoni 6 quddiem ir-rakkomandant. Ir-rakkomandant irid jixhed li ż-żewġ ġenituri iffirmaw fil-preżenza tiegħu;
  • Il-karta tal-identita 14+ tal-Minuri u kopja tal-imsemmi document minn quddiem u minn wara;
  • Il-karta tal-identità taż-żewġ ġenituri u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara;
  • Id-dokumentazzjonijiet kollha t’hawn fuq iridu jiġu ppreżentati l-Uffiċċju tal-Passaporti mill-inqas minn ġenitur wieħed; u
  • Ir-ritratt biometriku, kif ukoll il-marki tas-swaba’ jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

Minuri ta’ bejn is-sittax-il sena (16) u s-sbatax-il (17) sena:

  • Jinħtieġ li jmorru personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti;
  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, 6, u 7 mimlija. Sezzjoni 7 trid timtela minn rakkomandant;
  • Iż-żewġ ġenituri iridu jiffirmaw sezzjoni 6 quddiem ir-rakkomandant. Ir-rakkomandant irid jixhed li ż-żewġ ġenituri iffirmaw fil-preżenza tiegħu;
  • Il-Karta tal-Identità 16+ tal-Minuri u kopja tal-imsemmi document minn quddiem u minn wara;
  • Il-karta tal-identità taż-żewġ ġenituri u kopja tal-imsemmi dokument;
  • Id-dokumentazzjonijiet kollha t’hawn fuq iridu jiġu ppreżentati l-Uffiċċju tal-Passaporti mill-inqas minn ġenitur wieħed; u
  • Ir-ritratt biometriku kif ukoll il-marki tas-swaba’ jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

Għall-passaport tal-Minuri VALIDU li ntilef, insteraq jew ġie distrutt

Jekk passaport VALIDU ta’ minuri ntilef, insteraq jew ġie distrutt, il-ġenituri jridu jagħmlu rapport fl-eqreb għassa tal-Pulizija sabiex jiddikkjaraw dan. L-Uffiċċju tal-Passaporti ma jipproċessax applikazzjoni kemm-il darba r-rapport tal-pulizija ma jsirx. Iridu jiġu osservati wkoll il-punti li hemm taħt is-sezzjoni

Tiġdid ta’ Passaport VALIDU li ntilef, insteraq jew ġie distrutt.

Wieħed mill-ġenituri f’isem l-applikant minuri, irid jieħu ġurament jew jagħti dikjarazzjoni maħlufa lill-Uffiċċju tal-Passaporti.

It-tariffa għall-ġurament hi €11.

Għall-passaport tal-Minuri SKADUT li ntilef, insteraq jew ġie distrutt, Iridu jiġu osservati wkoll il-punti li hemm taħt is-sezzjoni Tiġdid ta’ Passaport SKADUT li ntilef, insteraq jew ġie distrutt. 

Ġbir tal-Passaport

Il-passaport ta’ minuri jrid jinġabar minn wieħed mill-ġenituri tal-minuri u jippreżenta l-karta tal-identità. Kull applikant li għandu aktar minn 12-il sena irid jirrikorri personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti sabiex jiġbor il-passaport. Hemmhekk  jerġgħu jittieħdu l-marki tas-swaba’ biex tkun ikkonfermata l-identità tal-persuna kif ukoll tiġi ċċekkjata iċ-ċippa tal-passaport.

Passaport kollettiv jinħareġ għal applikanti li jkunu gruppi approvati bħal per eżempju studenti, boy scouts, girl guides jew membri ta’ organizzazzjonijiet oħra fejn l-applikanti jkollhom inqas minn 18-il sena. Il-passaport jinħareġ taħt ir-responsabbiltà ta’ adult (leader tal-grupp) li jrid ikollu fil-pussess tiegħu passaport individwali validu. F’dan il-passaport kollettiv ma jistax ikun hemm imniżżla inqas minn ħames persuni jew aktar minn 50 persuna.

Il-membri kollha ta’ dan il-grupp iridu jkunu ċittadini ta’ Malta u jridu ċittadini ta’ Malta u jridu jivvjaġġaw flimkien lejn u mid-destinazzjoni, u jridu jibqgħu flimkien matul iż-żjara tagħhom. Il-prezz għal dan is-servizz huwa €95 li jrid jitħallas mill-applikant.

Dokumenti li jridu jiġu ppreżentati għal Passaport Kollettiv mil-leader tal-grupp huma:

  • Lista alfabetika tal-persuni taħt dawn it-titoli li ġejjin: Kunjom, Isem, Post tat-Twelid, Data tat-Twelid u Indirizz tad-dar;
  • Ċertifikat tat-Twelid maħruġ mir-Reġistru Pubbliku;
  • Ittra ta’ kunsens miktuba mill-ġenituri jew mit-tuturi ta’ kull persuna;
  • Żewġ ritratti riċenti tal-passaport tal-persuni kollha. Wieħed mir-ritratt għandu jkun approvat u iffirmat minn rakkomandant;
  • Il-passaport tal-leader għall-verifikazzjoni.

Tariffi

It-tariffa għal passaport kollettiv hi ta’ €95, li trid titħallas mal-applikazzjoni.

Aġġornata l-aħħar: 19/05/2020

L-Uffiċċju tal-Passaporti joħroġ Dokument tal-Ivvjaġġar one-way lil ċittadini tal-Unjoni Ewropea u Dokument tal-Identità lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Dan is-servizz huwa disponibbli għal turisti, studenti barranin jew residenti barranin li l-passaport jew id-dokument tal-ivvjaġġar tagħhom ikun insteraq, intilef, inqered jew skada waqt li jkunu residenti f’Malta u jridu jmorru lura lejn pajjiżhom.

Biex japplika għal dan id-dokument tal-ivvjaġġar, wieħed irid jimla Formola A, li tinsab taħt is-sezzjoni Formoli (hawn taħt), u jimxi mal-istruzzjonijiet imniżżla hawn taħt.

Biex tikseb Dokument tal-Ivvjaġġar, l-applikant irid imur l-Uffiċċju tal-Passaporti personalment u jimla l-formola A kif ġej:

  • Persuna adulta trid timla s-sezzjonijiet 1, 2, 7 u 9 tal-Formola A, u ġġib magħha żewġ ritratti daqs tal-passaport, li wieħed minnhom irid ikun iffirmat u identifikat minn rakkomandant. L-applikant irid ukoll iġib miegħu d-dettalji tat-titjira u kwalunkwe dokument ieħor ta’ identifikazzjoni (originali jew kopja vera);
  • Tfal li għandhom 17-il sena u inqas, irid ikollhom is-sezzjonijiet 1, 2, 6, u 7 mimlija, u jġibu wkoll magħhom żewġ ritratti daqs tal-passaport, li wieħed minnhom irid ikun iffirmat u identifikat minn rakkomandant. Iż-żewġ ġenituri jridu jkunu preżenti fl-uffiċċju flimkien mal-minuri. Mal-applikazzjoni jrid jiġi ppreżentat ukoll ċertifikat tat-twelid oriġinali tal-minuri. Iridu jiġu ppreżentati wkoll id-dokumenti tal-iiderntita taż-żewġ ġenituri flimkien mad-dettalji tat-titjira.

F’każ li ż-żewġ ġenituri jew wieħed mill-ġenituri tal-minuri mhumiex f’Malta, il-ġenitur/i tal-minuri jinħtieġ li jmur/tmur/jmorru l-eqreb rappreżentanza Maltija (jekk hemm rappreżentanza fil-pajjiż fejn ikunu), u f’każ li ma jkunx hemm rappreżentanza, il-ġenitur/i irid/trid/iridu imur/tmur/imorru l-eqreb ambaxxata tal-Unjoni Ewropea sabiex tkun iffirmata l-formola ta’ kunsens tal-minuri, u jingħata l-permess biex jinħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar one-way tal-istess minuri.

Jekk l-applikant ikun tilef, qered jew kellu d-dokument ta’ identifikazzjoni misruq, id-detentur irid jissottometti rapport lill-pulizija u jirrapporta dak li jkun ġara. L-Uffiċċju tal-Passaporti ma jipproċessax l-applikazzjoni kemm-il darba ma jkunx ippreżentat rapport tal-pulizija flimkien mal-Formola A. Ikun jinħtieġ ukoll li l-applikant jieħu ġurament jew jagħmel dikjarazzjoni maħlufa fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

Għall-firma tar-rakkomandant: f’Malta għandna numru ta’ rappreżentazzjonijiet konsulari barranin.  Applikant ghandu jfittex l-assistenza tar-rappreżentazzjoni konsulari ta’ pajjiżu sabiex jakkwista rakkomandazzjoni u l-ittra ta’ awtorizzazzjoni relevanti. Jekk f’Malta m’hemmx rappreżentanza konsulari tal-pajjiż tal-applikant, il-formola A u wara tar-ritratti għandhom jiġu rrakkomandati minn persuna professjonali Maltija li l-applikant ikun jaf.

Ta’ min jinnota li dan is-servizz huwa offrut biss lil applikanti li l-pajjiż tagħhom m’għandux Ambaxxata f’Malta. Jekk l-applikant ikkonċernat ikollu Ambaxxata tal-pajjiż tiegħu f’Malta, jista’ jitlob għal assistenza mill-ambaxxata rispettiva. Dan id-dokument jinħareġ mal-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti u ma jinħariġx lil ċittadini Maltin li qegħdin f’Malta u li m’għandhomx passaport.

Skont il-liġi, ma huwa disponibbli l-ebda mezz ta’ rimedju kontra deċiżjoni li tikkonċerna dan id-Dokument tal-Ivvjaġġar.

Il-miżata li trid titħallas biex jinħareġ dan id-dokument hija ta’ €9. Jekk id-dokument ta’ identifikazzjoni jkun intilef, inqered jew insteraq, irid isir ħlas addizzjonali ta’ €11  għall-ġurament. L-Uffiċċju tal-Passaporti jaċċetta pagamenti fi flus kontanti, karta tal-kreditu, VISA, Revolut jew ċekk.

Il-proċedura normali tirrikjedi li l-applikanti jixtru l-biljetti tat-titjira, sabiex l-awtoritajiet rispettivi tagħhom ikunu avżati u dejjem itemmu l-proċedura kif suppost.

L-awtoritajiet kompetenti normalment dejjem iwieġbu u jkunu konformi. Ma tista’ tittieħed l-ebda  konsegwenza legali mill-Uffiċċju tal-passaporti, u jekk xi applikant ikun jeħtieġ li jieħu azzjoni legali, jagħmel dan f’ismu stess.

Din il-proċedura normalment issir bl-Ingliż minħabba li l-biċċa l-kbira tal-applikanti huma barranin.

Il-maġġoranza tal-awtoritajiet kompetenti dejjem jibagħtu l-email tagħhom ta’ awtorizzazzjoni fi żmien qasir. Jekk il-ħin ikun ristrett minħabba titjira urġenti, jintbagħtu tfakkiriet sabiex il-proċess jitħaffef.

Applikanti li qed japplikaw għall-passaport ta’ Refuġjati għandhom imorru l-Uffiċċju tal-Passaport u jippreżentaw dan li ġej:

  • Formola tal-applikazzjoni mimlija u ffirmata minn rakkomandant Malti;
  • Ritratt riċenti (bil-kulur) tal-applikant meħuda fost sfond abjad u ffirmat fuq wara minn rakkomandant. Ir-rakkomandant għandu jkun temm ukoll il-parti rilevanti tal-formola tal-applikazzjoni;
  • Il-karta tal-eResidence (jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar) u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara;
  • Kard ta’ Refcom maħruġa mill-Kummissjoni tar-Refuġjati u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara;

L-applikanti li japplikaw għall-passaport ta’ tfal ta’ Refuġjati għandhom, imorru l-Uffiċċju tal-Passaport flimkien mat-tfal tagħhom (jekk hu/hi jkollu/ha sitt (6) snin jew aktar), u jippreżentaw dan li ġej:

  • Formola tal-applikazzjoni mimlija u ffirmata miż-żewġ ġenituri;
  • Żewġ (2) ritratti identiċi u riċenti (bil-kulur) meħuda fost sfond abjad tat-tifel/tifla. Wieħed (1) mir-ritratti għandu jiġi ffirmat fuq wara u approvat minn rakkomandant, li għandu jkun temm ukoll il-parti rilevanti tal-formola tal-applikazzjoni;
  • Il-karta tal-eResidence tal-ġenituri (jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar) u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara;
  • Kards ta’ refcom maħruġa mill-Kummissjoni tar-Refuġjati u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara;
  • Il-passaport tat-tfal (jekk ikun ikollu/ha) jekk ikun diġà fil-pussess ta’ dokument tal-ivvjaġġar;

L-applikant irid iħallas tariffa ta’ €60.

Applikanti li qed japplikaw għall-passaport ta’ Stranġier għandhom imorru l-Uffiċċju tal-Passaport u jippreżentaw dan li ġej:

  • Formola tal-applikazzjoni mimlija u ffirmata minn rakkomandant Malti; 
  • Ritratt riċenti (bil-kulur) tal-applikant meħuda fost sfond abjad u ffirmat fuq wara minn rakkomandant. Ir-rakkomandant għandu jkun temm ukoll il-parti rilevanti tal-formola tal-applikazzjoni;
  • Il-karta tal-eResidence (jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar);
  • Kard ta’ Refcom maħruġa mill-Kummissjoni tar-Refuġjati;

L-applikanti li japplikaw għall-passaport ta’ tfal ta’ Stranġier għandhom, imorru l-Uffiċċju tal-Passaport flimkien mat-tfal tagħhom (jekk hu/hi jkollu/ha sitt (6) snin jew aktar), u jippreżentaw dan li ġej:

  • Formola tal-applikazzjoni mimlija u ffirmata miż-żewġ ġenituri; 
  • Żewġ (2) ritratti identiċi u riċenti tat-tifel/tifla (bil-kulur) meħuda fost sfond abjad. Wieħed (1) mir-ritratti għandu jiġi ffirmat fuq wara u approvat minn rakkomandant, li għandu jkun temm ukoll il-parti rilevanti tal-formola tal-applikazzjoni;
  • Il-karta tal-eResidence tal-ġenituri (jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar);
  • Kards ta’ refcom maħruġa mill-Kummissjoni tar-Refuġjati;
  • Il-passaport tat-tfal (jekk ikun ikollu/ha) jekk ikun diġà fil-pussess ta’ dokument tal-ivvjaġġar;

L-applikant irid iħallas tariffa ta’ €60.

It-tieni passaport huwa passaport li jintalab minn persuna li juża l-passaport għall-finijiet ta’ xogħol.

Għat-tieni passaport, l-applikant jinħtieġ li jmur personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti u jippreżenta dawn id-dokumenti:

  • Il-Karta tal-Identità u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara;
  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5 u 9 mimlija;
  • Ittra ta’ rakkomandazzjoni iffirmata mid-direttur tal-kumpanija fejn jispjega x’inhi r-raġuni li l-applikant ser japplika għal dan il-passaport. F’każ li l-applikant huwa d-direttur din l-ittra trid tinkiteb u tiġi ffirmata min-nutar, avukat, accountant jew l-awditur tal-kumpanija; u
  • Kopja tal-karta tal-identità / passaport tal-persuna li ffirmat l-ittra ta’ rakkomandazzjoni u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara.

Dan il-passaport għandu validità ta’ għaxar snin, imma ristrett għal sentejn.

Ir-ritratt biometriku kif ukoll il-marki tas-swaba’ jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

L-applikanti kollha jridu jħallsu t-tariffi applikabbli bil-quddiem. LUffiċċju tal-Passaporti jaċċetta flus kontanti, ċekkijiet jew ħlasijiet bil-kard.

Tariffi Applikabbli

Tip ta’ passaport Validità Prezz
Passaport tal-Adulti ta’ aktar minn 16-il sena

(Jekk tapplika bejn Settembru u Marzu)

Għaxar snin €70
Passaport tal-Adulti ta’ aktar minn 16-il sena

(Jekk tapplika bejn April u Awwissu)

Għaxar snin €80
Passaport tal-Minuri bejn l-għaxar snin u l-15-il sena Ħames snin €40
Passaport tal-Minuri taħt l-għaxar snin Sentejn €16

 

Servizzi Prezz
Amministrazzjoni tal-Ġurament  (għal passaporti biss) €11
Traduzzjoni bl-Għarbi €7
Passaport Kollettiv €95
Dokument ta’ Identità/Dokument ta’ Emerġenza €9
Passaport Diplomatiku (maħruġ biss bl-awtorità) €40
Dokument tal-Ivvjaġġar tar-Refuġjati (l-etajiet kollha) €60
Passaport għal Stranġieri (etajiet kollha) €60
It-Tieni Passaport (maħruġ b’awtorità speċjali) €135
Passaport urġenti għal persuni li għalqu s-16-il sena (maħruġ f’erba’ sigħat) €140
Passaport urġenti għal minuri li għandhom bejn l-għaxar snin u l-15-il sena (maħruġ f’erba’ sigħat) €80
Passaport urġenti għal minuri li għandhom inqas minn għaxar snin (maħruġ f’erba’ sigħat) €60
Passaport urġenti għal persuni li għalqu 16-il sena (maħruġ wara l-ħin tax-xogħol u f’każijiet speċjali biss) €185
Passaport urġenti għal minuri li għandhom bejn l-għaxar snin u l-15-il sena (maħruġ wara l-ħin tax-xogħol u f’każijiet speċjali biss) €125
Passaport urġenti għal minuri li għandhom inqas minn għaxar snin (maħruġ wara l-ħin tax-xogħol u f’każijiet speċjali biss) €105

Applikant  adult (‘il fuq minn 18-il sena) li jixtieq iġedded il-passaport tiegħu għandu jirrikorri personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti, u jippreżenta dawn id-dokumenti:

  • Il-Karta tal-Identità u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara; u
  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, u 9 mimlija.

Ir-ritratt biometriku kif ukoll il-marki tas-swaba’ jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

Fil-każ ta’ minuri, il-passaport ma jiġix imġedded, iżda jsir passaport mill-ġdid (jekk jogħġbok irreferi għal informazzjoni li hemm taħt is-sezzjoni Minuri).

Ġbir tal-Passaport

Applikant ta’ aktar minn 12-il sena, irid imur personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti sabiex jiġbor il-passaport. Hemmhekk  jerġgħu jittieħdu l-marki tas-swaba’ biex tkun ikkonfermata l-identità tal-persuna kif ukoll tiġi ċċekkjata iċ-ċippa tal-passaport. Applikanti adulti iridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità u l-irċevuta.

Tiġdid ta’ Passaport VALIDU li ntilef, insteraq jew ġie distrutt għall-adulti

Jekk il-passaport intilef, insteraq jew ġie distrutt, id-detentur  jinħtieġ li jirrikorri personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti u jippreżenta dawn id-dokumenti:

  • Il-Karta tal-Identità u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara;
  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, 7 u 9 mimlija. Sezzjoni 7 trid timtela minn rakkomandant; u
  • Jagħmel rapport fl-eqreb Għassa tal-Pulizija fejn jiddikkjara li l-passaport intilef, insteraq jew ġie distrutt. L-Uffiċċju tal-Passaporti ma jipproċessax applikazzjoni kemm-il darba r-rapport tal-pulizija ma jsirx.

Ir-ritratt biometriku kif ukoll il-marki tas-swaba’ jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

L-applikant irid jieħu ġurament jew jagħti dikjarazzjoni maħlufa lill-Uffiċċju tal-Passaporti u jimla l-formoli neċessarji filwaqt li jħallas it-tariffi applikabbli. Il-ġurament jiswa €11.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf. 

Tiġdid ta’ Passaport SKADUT li ntilef, insteraq jew ġie distrutt

Jekk il-passaport intilef, insteraq jew ġie distrutt, id-detentur  jinħtieġ li jirrikorri personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti u jippreżenta dawn id-dokumenti:

  • Il-Karta tal-Identità u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara; u
  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, 7 u 9 mimlija. Sezzjoni 7 trid timtela minn rakkomandant.

Ir-ritratt biometriku kif ukoll il-marki tas-swaba’ jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

L-Uffiċċju tal-Passaporti joffri servizz ta’ emerġenza fejn applikazzjoni għall-passaport tiġi pproċessata fl-istess jum bi ħlas addizzjonali (kif indikat hawn fuq).

L-applikanti għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju tal-Passaporti minn qabel billi jċemplu (+356) 2590 4100, u jimlew il-Form A. Jekk l-informazzjoni rilevanti kollha tkun korretta, l-applikazzjoni tiġi pproċessata f’erba’ (4) sigħat ta’ xogħol.

Jekk applikant iċempel qabel l-10:00AM nhar ta’ Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamis u l-Ġimgħa, jkun jista’ jiġbor il-passaport il-ġdid tiegħu fl-istess ġurnata. Nhar ta’ Erbgħa, l-applikant jista’ jċempel sas-02:00PM. Talbiet għal passaport urġenti ppreżentati wara l-ħin indikat jew nhar ta’ Sibt se jiġu pproċessati u lesti għall-ġbir fil-jum tax-xogħol li jmiss.

Dan is-servizz ma japplikax jekk il-passaport jintilef/jinsteraq jew ikun inħareġ għal perijodu ristrett. Biex ibiddel il-passaport mitluf, misruq jew meqrud, l-applikant għandu l-ewwel jippreżenta rapport tal-Pulizija. F’każijiet bħal dawn, tinħtieġ l-għajnuna tal-Uffiċċju tal-Passaporti u b’hekk, passaport urġenti jkun lest fil-jum tax-xogħol li jmiss.

Talbiet għat-tieni passaport għandhom isiru lill-Uffiċċju tal-Passaporti bid-dokumenti ta’ verifika meħtieġa mehmuża. Dawn it-talbiet jistgħu jiġu rrifjutati mill-Uffiċċju tal-Passaporti u l-applikanti jirċievu ċekk u jkunu rimborsati għal kollox malli tiġi ppreżentata l-irċevuta.

L-Uffiċċju tal-Passaporti joffri wkoll servizz ta’ emerġenza barra l-ħinijiet tal-uffiċċju. F’dawn il-każijiet, l-applikanti għandhom jikkuntattjaw lill-uffiċċjali mill-uffiċċju tal-Passaporti li jkunu fuq xogħol fuq (+356) 79473656. Dan in-numru jista’ jintuża biss f’każ ta’ emerġenza wara l-ħinijiet tal-ftuħ. Dan is-servizz jista’ jintuża’ kuljum meta l-uffiċini jkunu magħluqin, Ħdud u festi f’każijiet ta’ emerġenza biss. Waqt il-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċju l-pubbliku jista’ jikkuntatja l-uffiċċju fuq in-numru 25904100. Dan is-servizz huwa pprovdut bi ħlas addizzjonali u jista’ jiġi pprovdut biss jekk l-applikant jagħti avviż ta’ mill-inqas erba’ (4) sigħat qabel it-tluq tiegħu/tagħha. Jekk il-passaport tal-applikant jintilef, jinsteraq jew jinqered jew l-applikant t-talba tiegħu/ tagħha ma tistax tintlaqa’ barra l-ħinijiet tal-uffiċċju. Għal kwalunkwe informazzjoni oħra li mhux urġenti, tista’ ċċempel waqt il-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċini tal-Passporti.

Jekk l-applikant ma jkunx jista’ jmur personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti, minħabba raġunijiet mediċi jew tas-saħħa severi, membru tal-familja jista’ jimla l-formola għalih/ha. F’dak il-każ, l-applikant ikun irid jimla l-Formola A u l-Formola għat-Teħid tal-Immaġini (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku). Ritratt riċenti jeħtieġ li jitwaħħal ma’ dan tal-aħħar u l-applikant ikollu jiffirma l-kaxxa indikata b’linka sewda. L-applikant għandu jirreferi għal-linji gwida dwar ir-ritratti fil-formola A u jiżgura li r-ritratt ittieħed fl-aħħar tliet (3) xhur.

Il-qarib  tal-applikant għandu jieħu miegħu dan li ġej:

  • Il-Formola A;
  • Ir-ritratt tal-applikant;
  • Formola ta’ applikazzjoni għat-teħid tal-immaġini;
  • Passaport eżistenti tal-applikant; u
  • Il-karta tal-identita’ tal-applikant u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara.

Barra minn hekk, l-applikant irid jibgħat ċertifikat mediku (approvat minn tabib lokali) li jiddikjara l-kundizzjoni medika tiegħu/tagħha u r-raġuni għall-inkapaċità tiegħu/tagħha milli japplika u jiġbor il-passaport tiegħu/tagħha personalment. L-applikazzjoni u l-ġbir tal-passaport tiegħu/tagħha għandhom jiġu indikati fiċ-ċertifikat mediku. Ir-ritratti u ċ-ċertifikat mediku jinżammu għal skopijiet ta’ rekords.

Il-qarib li qed japplika f’isem l-applikant/a irid ukoll jippreżenta l-karta tal-identita’ tiegħu jew tagħha u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara meta jissottometti l-applikazzjoni kif ukoll meta jkun qed jiġbor il-passaport f’isem ħaddieħor.

L-uffiċċju tal-passaporti jista’ jirrifjuta li jipproċessa l-applikazzjoni jekk ma jkunx jista’ jikkonferma l-identità vera tiegħu/tagħha mad-dokumenti sottomessi. Konsegwentement, l-applikanti jistgħu jintalbu jipprovdu aktar dokumentazzjoni biex jippruvaw l-identità tagħhom.

Jinħtieġ il-kunsens taż-żewġ ġenituri meta ssir applikazzjoni għall-passaport tat-tfal, anki jekk il-koppja tkun isseparat. Għalkemm il-biċċa l-kbira tal-ġenituri separati jkollhom il-kura u l-kustodja tal-minorenni, dan ma jagħtix dritt awtomatiku sabiex japplikaw għall-passaport tat-tfal mingħajr il-kunsens tal-parti l-oħra. Konsegwentement, l-Uffiċċju tal-Passaporti jinħtieġ il-kunsens taż-żewġ ġenituri sabiex jinħareġ il-passaport tal-minuri.

Jekk xi ħadd mill-ġenituri jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu biex jinħareġ il-passaport tat-tfal, allura l-ġenitur l-ieħor għandu jfittex rikors mill-Qorti tal-Familja sabiex iġib l-awtorizzazzjoni meħtieġa.

Jekk wieħed mill-ġenituri separati jkun barra mill-pajjiż, il-kunsens għandu jintbagħat mill-eqreb Ambaxxata jew Konsolat Malti. Ir-rappreżentanza Maltija barra mill-pajjiż se tivverifika l-identità tal-ġenitur u se tibgħat il-kunsens tiegħu/tagħha lill-Uffiċċju tal-Passaporti permezz tal-Ambaxxata. Il-kunsensi li jaslu bil-fax, bl-email jew bil-posta ma jiġux aċċettati, sakemm ma jgħaddux miċ-channels indikati hawn fuq.

F’tali ċirkostanzi wieħed għandu jitlob l-assistenza u gwida mill-Uffiċċju tal-Passaporti.

Meta qed tapplika għall-passaport Malti, huwa importanti li twelid, żwieġ, separazzjoni jew divorzju (fejn applikabbli) ikun irreġistrat mal-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku Malti qabel tapplika għall-passaport.

Jekk l-applikant akkwista ċ-cittadinanza Maltija permezz ta’ reġistrazzjoni, naturalizzazzjoni jew għandu nazzjonalità doppja, allura ċ-ċertifikati rilevanti għandhom jiġu ppreżentati mal-applikazzjoni. M’hemmx bżonn ta’ ċertifikati oħra.

Kull min sar ċittadin Malti u ser jagħmel il-Passaport l-ewwel darba jinħtieġ li jirrikorri personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti u jippreżenta dawn id-dokumenti:

  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, 7 u 9 mimlija. Sezzjoni 7 trid timtela minn rakkomandant;
  • Il-Karta tal-Identità. (Jekk m’għandux Karta tal-Identità għaliex ma jgħix hawn Malta, irid iġib ritratt wieħed tal-passaport iffirmat mill-istess rakkomandant li ffirma Sezzjoni 7 mill-Formola A; u
  • Iċ-Ċertifikat taċ-Ċittadinanza Maltija.

Ir-ritratt biometriku kif ukoll il-marki tas-swaba’ jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

Kundizzjonijiet fl-Użu

Il-passaport bijometriku fih karatteristiċi sensittivi tal-elettronika, u m’għandux ikun mgħawweġ, imtaqqab jew espost għal temperaturi estremi (mhux inqas minn -10°C u mhux aktar minn +50 °C) jew mgħaddas fi kwalunkwe tip ta’ likwidu.

Il-passaport għandu jinżamm f’post nadif u xott, u protett minn dawl UV/viżibbli, stress mekkaniku, brix jew tħakkik. Għandu jiġi evitat li jingħata daqqiet eċċessivi, li jistgħu jirriżultaw f’marki viżivi. Dan il-passaport huwa proprjetà tal-Gvern ta’ Malta u hija fid-diskrezzjoni tal-Gvern jekk iridx jiġi rtirat. Dan huwa dokument siewi li ma jista’ jiġi mmodifikat bl-ebda mod u m’għandux jitħalla fil-pussess ta’ xi persuna mhux awtorizzata. Kull tentattiv biex tinbidel l-informazzjoni jew id-dehra tal-passaport jinvalidaw ukoll il-garanzija.

In-nuqqas ta’ osservazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet iwassal biex il-passaport jiġi sostitwit a spejjeż tal-applikant. Fil-każ ta’ abbuż intenzjonat jew tentattivi ta’ manipulazzjoni, jistgħu jittieħdu passi kriminali kontra l-applikant. Ħsara aċċidentali jew intenzjonata lill-passaport tinvalida l-garanzija.

Programm tat-Tneħħija tal-Viża

Il-Programm tat-Tneħħija tal-Viża huwa programm tal-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika li jippermetti liċ-ċittadini ta’ Malta u ċittadini minn pajjiżi oħra li jidħlu fl-Istati Uniti għal skopijiet ta’ turiżmu jew negozju, sa 90 ġurnata mingħajr ma jkollhom bżonn li jagħmlu viża. Il-vantaġġ li wieħed jidħol fl-Istati Uniti tal-Amerika taħt il-programm għat-tneħħija tal-Viża huwa li l-vjaġġaturi, jistgħu jivvjaġġaw fuq avviż qasir mingħajr ma jiksbu viża minn qabel. Il-Programm għat-Tneħħija tal-Viża japplika għat-territorji kollha tal-Istati Uniti tal-Amerika, inklużi l-Puerto Rico, il-Guam, u l-Virgin Islands.

Madankollu, il-vjaġġaturi li jkollhom passaport elettroniku Malti għandhom jirreġistraw minn qabel u jkollhom iż-żjara tagħhom fl-Istati Uniti tal-Amerika approvata. Ir-Reġistrazzjoni ssir onlajn permezz tal-Electronic System for Travel Authorization (ESTA). ESTA hija sistema awtomatizzata li tiddetermina l-eliġibbiltà tal-viżitaturi biex jivvjaġġaw lejn l-Istati Uniti taħt il-Programm tat-Tneħħija tal-Viża. Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar fil-preżent hija valida għal sentejn (2) sakemm il-passaport ma jeskadix qabel, f’tali każ id-data ta’  skadenza u l-validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun l-istess.

Kif indikat hawn fuq, l-ESTA hija sistema ta’ applikazzjoni għal individwi li jivvjaġġaw taħt il-Programm għat-Tneħħija tal-Viża. Il-Programm għat-Tneħħija tal-Viża għamilha aktar faċli għal miljuni ta’ viżitaturi li għandhom passaport elettroniku biex iżuru l-Istati Uniti. Il-proċess ta’ applikazzjoni tal-ESTA huwa ssorveljat u ġestit mid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (DHS).

Biex wieħed japplika għal ESTA, għandu jidħol fis-sit elettroniku tal-Ambaxxata tal-Istati Uniti (https://mt.usembassy.gov/), jidħol fis-sezzjoni tal-viżi, jagħfas fuq Learn More About ESTA – Visa Waiver Program u jagħżel Apply for an ESTA authorisation. B’hekk l-applikant jittieħed fis-sezzjoni fejn hemm l-applikazzjoni, fejn l-applikanti jridu jwieġbu għal sensiela ta’ mistoqsijiet.Applikanti minn pajjiżi fil-Programm għat-Tneħħija tal-Viża, inkluż Malta, se jintalbu jħallsu $14.00 meta japplikaw għall-Electronic System for Travel Authorization (ESTA).

L-ESTA mhijiex Viża. Fil-fatt persuna li ġejja minn pajjiż li mhuwiex f’dan il-programm l-anqas għandu jipprova japplika għall-ESTA. L-ESTA tagħmel screening biss ta’ applikanti li ġejjin minn pajjiżi li qegħdin fil-Programm għat-Tneħħija tal-Viża sabiex tippermettilhom jidħlu fl-Istati Uniti.  ESTA approvata ma tiggarantixxix id-dħul fl-Istati Uniti, iżda huwa prerekwiżit li wieħed jinħtieġ biex jivvjaġġa lejn l-Istati Uniti bl-ajru jew bil-baħar. Jekk il-vjaġġatur ma jkollux l-approvazzjoni tal-ESTA, hu/hi jingħataw struzzjonijiet sabiex japplikaw għal viża fl-eqreb Ambaxxata Amerikana. Mingħajr l-approvazzjoni tal-ESTA, il-vjaġġaturi jistgħu jesperjenzaw dewmien u ma jitħallewx jitilgħu fuq l-ajruplan jew jiġu rifjutati milli jidħlu fil-fruntieri tal-Istati Uniti.

Vjaġġaturi li ġejjin minn pajjiż li qiegħed fil-Programm għat-Tneħħija tal-Viża u li m’għandhomx fil-pussess tagħhom passaport elettroniku, iżda verżjoni antika, jinħtieġu li japplikaw għal viża minn qabel.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur https://esta.cbp.dhs.gov/

Gwida dwar ir-Ritratt tal-Passaport

L-applikanti huma avżati biex isegwu bir-reqqa l-istruzzjonijiet t’hawn taħt. Jekk ir-ritratti ma jkollhomx ir-rekwiżiti msemmija, allura l-applikazzjoni titqies bħala mhux kompluta u tista’ tiġi rrifjutata. Ir-ritratti jinżammu għal skopijiet ta’ rekord u ma jingħatawx lura lill-applikant.

Ir-ritratti huma meħtieġa fil-każijiet li ġejjin:

  • Minorenni taħt l-14-il sena;
  • Persuni li m’għandhomx karta tal-identita Maltija valida peress li mhumiex residenti f’Malta;
  • L-applikanti ma jistgħux imorru personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti minħabba raġunijiet ta’ saħħa, anzjanità jew mard;
  • Persuni li jmorru fl-Ambaxxati Maltin fejn m’hemmx l-apparat meħtieġ biex jittieħed ritratt biometriku.

Kull meta l-applikanti jintalbu jehmżu sett ta’ ritratti mal-applikazzjoni tagħhom, huwa importanti li jkun infurmat b’dan li ġej:

  • Ir-ritratti għandhom jiġu stampati fuq karta tar-ritratti ta’ kwalità tajba b’riżoluzzjoni għolja;
  • Ir-ritratti għandhom ikunu bil-kulur, meħuda fuq sfond abjad u fuq karta li ma tleqqx;
  • Ir-ritratti m’għandhomx ikunu ilhom li ttieħdu aktar minn sitt (6) xhur;
  • Ir-ritratti għandhom ikunu identiċi, fil-każ meta jinħtieġu żewġ ritratti tal-individwu;
  • Fil-każ ta’ minorenni ta’ taħt l-14-il sena, it-tifel/tifla minorenni għandu/għandha j/tkun l-uniku suġġett tar-ritratt. M’għandu jidher xejn aktar fil-kwadru tar-ritratt għajr il-minorenni, waħdu/waħedha, mingħajr persuni ħdejh/a, mingħajr id-dahar tas-siġġu jidher jew xi ġugarell; 
  • Ir-ritratti għandhom ikunu 40mm x 30mm (1.58 x 1.18 pulzier) fl-għoli u l-wisa’ u juru mill-viċin ras l-applikant u l-parti ta’ fuq tal-ispallejn. Il-wiċċ għandu jokkupa 70-80 fil-mija tad-dimensjoni vertikali tar-ritratt;
  • Ir-ritratti għandhom ikunu ffukati ħafna, ta’ kwalità għolja u mingħajr ebda tikmix jew marki tal-linka;
  • Ir-ritratti għandhom juru lill-applikant minn quddiem (iħares lejn il-kamera), b’espressjoni newtrali.  Għandhom ikunu mdawwla u juru kuntrast xieraq u t-tonalitajiet tal-ġilda b’mod naturali;
  • Ir-ritratti għandhom juru lill-applikant b’għajnejh miftuħin u viżibbli b’mod ċar mingħajr ma jkollu xagħar quddiem għajnejh u b’ħalqu magħluq;
  • Ir-ras għandha tkun wieqfa b’tali mod li l-linja orizzontali immaġinarja ta’ bejn iċ-ċentri tal-għajnejn tkun parallela mat-tarf ta’ fuq tal-istampa;
  • Iż-żewġ naħat tal-wiċċ għandhom ikunu viżibbli b’mod ċar;
  • L-isfond għandu jkun sempliċi u abjad.
  • Id-dawl għandu jkun uniformi, mingħajr ebda dellijiet u ebda riflessjoni fuq il-wiċċ;
  • M’għandux ikun hemm għajnejn ħomor;
  • Il-persuna għandha tkun liebsa ħwejjeġ normali ta’ kuljum, mingħajr kappell jew nuċċali skur.
  • Imkatar mar-ras mhumiex aċċettabbli, ħlief f’ċirkostanzi speċifiċi u approvati mill-awtorità kompetenti. Tali ċirkostanzi jistgħu jkunu reliġjużi, mediċi jew kulturali;
  • Sakemm ma jintlibsux kuljum għal raġunijiet reliġjużi, kpiepel jew imkatar jew ilbies ieħor ta’ fuq ir-ras għandhom jitneħħew għar-ritratt. Għandha tiġi sottomessa mal-applikazzjoni, dikjarazzjoni ffirmata mill-applikant li tivverifika li l-oġġett jintlibes kuljum għal raġunijiet reliġjużi. Fil-każijiet kollha, l-ebda oġġett jew ilbies m’għandu jgħatti jew idallam parti mill-wiċċ;
  • Ritratt li juri persuna liebsa maskra jew velu tradizzjonali li ma jippermettix identifikazzjoni adekwata, mhuwiex aċċettabbli;
  • In-nuċċali: ir-ritratti għandhom juru l-għajnejn b’mod ċar, mingħajr ebda riflessjoni fuq in-nuċċali u ebda lenti kkulurita. Jekk ikun possibbli, għandhom jiġu evitati frames goffi tan-nuċċali. Dawn m’għandhomx jgħattu xi parti mill-għajnejn. Nuċċalijiet skuri jew li mhumiex tal-vista, b’lenti kkulurita, mhumiex aċċettabbli sakemm ma jkunux meħtieġa għal raġunijiet mediċi, f’liema każ jista’ jkun meħtieġ ċertifikat mediku;
  • Ritratti fejn wiċċ il-persuna mhuwiex iffukat, ma jiġux aċċettati;
  • Ritratti meħuda fi slot machines, minsuġa, ta’ kwalità inferjuri u jew li jistgħu jitilfu l-kulur jew sensittivi għas-sħana, ma jiġux aċċettati;
  • Ritratti oriġinali biss huma aċċettabbli. Ritratti kkupjati jew skenjati diġitalment ma jiġux aċċettati;
  • Ir-ritratti m’għandhomx ikunu diġitalment mibdula jew irranġati biex jibdlu d-dehra tal-persuna b’xi mod.
Rakkomandazzjonijiet tal-ICAO għar-Ritratti

Eżempji ta’ ritratti tal-passaport aċċettabbli u mhux aċċettabbli kif maħruġa mill-istandards tal-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) issibhom f’din il-link: Ritratti Bijometriċi

Formoli

Ikklikkja fuq u agħżel mil-lista fuq il-lemin

Mistoqsijiet Komuni

Passaport elettroniku għandu ċippa elettronika inkorporata fih, li b’mod sikur taħżen l-informazzjoni personali tad-detentur. Huwa jipprovdi wkoll valur addizzjonali ta’ sigurtà.

Iċ-ċittadini Maltin li japplikaw għal passaport għandhom imorru l-uffiċċju tal-passaporti personalment ħlief għal persuni li ma jistgħux joħorġu minn djarhom, persuni anzjani jew morda u tfal taħt is-sitt (6) snin.

Jekk l-applikant ma jkunx jista’ jmur personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti, membru tal-familja jista’ jimla l-formola għalih/ha.

Iċ-ċittadini Maltin li japplikaw għal passaport għandhom jimlew il-Formola A u din trid tkun iffirmata mir-rakkomandant, u magħhom iridu jġibu l-karta tal-identità tagħhom (fejn applikabbli) u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara. Dawk l-individwi li mhumiex reġistrati mar-Reġistru Pubbliku għandhom jikkuntattjaw minn qabel lill-Uffiċċju tal-Passaporti, u jitolbu informazzjoni dwar liema dokumenti għandhom jippreżentaw.

Ir-refuġjati u l-persuni li ngħataw status umanitarju temporanju, jeħtieġ li jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-istatus ta’ refuġjat u ċ-ċertifikat tal-istatus umanitarju tagħhom.

F’każ ta’ tiġdid, jeħtieġ li jiġi ppreżentat ukoll il-passaport ta’ qabel. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok mur fuq is-sezzjoni dwar kif tapplika għall-passaport.

Ir-ritratti jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti sakemm:

  • L-applikant ma jkunx jista’ jiġi personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti (minħabba raġunijiet ta’ saħħa, anzjanità jew mard). F’dak il-każ, il-persuna li tapplika għan-nom tagħha teħtieġ li tissottometti żewġ (2) ritratti ffirmati tal-applikant, kif spjegat hawn taħt.
  • Tfal sa ħames (5) snin jeħtieġ li jkollhom żewġ (2) ritratti* iffirmati minn rakkomandant. It-tifel/tifla ma jinħtiġux imorru l-uffiċċju tal-passaporti.
  • Minuri li għandhom bejn sitta (6) u tlettax-il (13-il sena) jeħtieġ li jkollhom ritratt wieħed (1)* iffirmat minn rakkomandant. Il-minorenni għandhom imorru personalment fl-Uffiċċju tal-passaporti biex tittieħdilhom l-informazzjoni bijometrika tal-wiċċ. Tfal ta’ tnax-il sena (12) jew aktar jittieħdulhom ukoll il-marki tas-swaba’.
  • Minuri li għandhom bejn l-erbatax u ħmistax-il sena (bejn l-14-il sena u 15-il sena) m’għandhomx għalfejn iġibu magħhom ritratt tal-passaport, iżda jridu jippreżentaw il-karta tal-identità Maltija 14+ tagħhom u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara. Il-minorenni għandhom imorru fl-Uffiċċju tal-Passaporti biex tittieħdilhom l-informazzjoni bijometrika tal-wiċċ, il-marki tas-swaba’ u l-firma.
  • Individwi li għandhom bejn sittax-il sena u sbatax-il sena (bejn is-16-il sena u s-17-il sena)  m’għandhomx għalfejn iġibu magħhom ritratt tal-passaport, iżda jridu jippreżentaw il-karta tal-identità Maltija 16+ tagħhom u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara. Il-minorenni għandhom imorru personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti biex tittieħdilhom l-informazzjoni bijometrika tal-wiċċ, il-marki tas-swaba’ u l-firma.

* Id-daqs tar-ritratt tal-passaport għandu jkun 40mm x 30mm u kull fejn jinħtieġu żewġ (2) ritratti, dawn għandhom ikunu identiċi, meħudin bil-kulur fuq sfond abjad, u pprintjati fuq karta li ma tleqqx.  Il-wiċċ għandu jkun iħares dritt lejn il-kamera, li juri espressjoni newtrali. Ir-ritratti għandhom jittieħdu wiċċ sħiħ mingħajr ma jintlibsu kappell jew nuċċali ikkulurit. Ritratti bil-magna ta’ slots, ritratti minsuġa, ritratti ta’ grupp, ritratti ta’ kwalità inferjuri u ritratti soġġetti għal fading jew sensittivi għas-sħana, mhumiex aċċettabbli.

Ir-rakkomandant huwa mitlub li japprova u jiffirma wieħed (1) mir-ritratti, fuq in-naħa ta’ wara billi jikteb “Certified true likeness of Mr/Ms (isem u kunjom l-applikant)”.

Persuni ta’ tnax (12-il sena) u aktar iridu jittieħdulhom il-marki tas-swaba’ tagħhom u l-karatteristiċi bijometriċi tal-wiċċ meta japplikaw għal passaport ordinarju, diplomatiku jew aljen, jew għal dokument tal-ivvjaġġar.

Normalment, is-swaba’ l-werrejja tax-xellug u tal-lemin jiġu skenjati. Inkella, kull meta ma jkunux jistgħu jittieħdu l-marki tas-swaba’ tal-werrej, jistgħu jittieħdu dawk tas-subgħa l-kbir, tan-nofs jew taċ-ċurkett.

Jekk l-applikant ikollu xi problema fiżika temporanja u l-marki tas-swaba’ ma jkunux jistgħu jittieħdu, jinħariġlu passaport validu għal sena jew inqas. L-uffiċċju tal-passaporti ma jistax jieħu żewġ marki tas-swaba’ differenti mill-istess id. Passaport validu għal perijodu sħiħ imbagħad jista’ jinħareġ ladarba l-individwu jirkupra mill-problema fiżika temporanja tiegħu/tagħha u jittieħdulu l-marki tas-swaba’ tiegħu/tagħha. F’dawn il-każijiet, l-applikant ikollu jissottometti l-passaport kurrenti tiegħu/tagħha sabiex jitħassar, jimla l-formola A u jħallas il-miżata.

Huwa biss f’dawk il-każijiet fejn l-applikant ikollu xi problema fiżika permanenti u ma jistgħux jittieħdulu l-marki tas-swaba’ tiegħu/tagħha, li l-Uffiċċju tal-Passaporti joħroġ passaport validu għal perijodu sħiħ rilevanti. Dawn il-każijiet jiġu evalwati każ b’każ  mill-uffiċjal prinċipali tal-passaporti jew minn persuna oħra mqabbda minnu/ha. L-applikant xorta jkun meħtieġ li jmur l-Uffiċċju tal-Passaport sabiex jittieħdulu r-ritratt u l-firma diġitali tiegħu/tagħha.

Min-naħa l-oħra, jekk applikant li jkollu tnax-il sena (12) jew aktar u ma jkunx jista’ jmur personali biex japplika għall-passaport u jipprovdi l-marki tas-swaba’ tiegħu minħabba kundizzjonijiet mediċi temporanji jew permanenti, mard jew minħabba anzjanità, il-passaport jinħareġ validu għal sena (1) jew inqas. F’dawn il-każijiet, għandu jiġi sottomess ċertifikat mediku biex isostni l-kundizzjoni tal-applikant.

Fil-każ li l-magna tal-marki tas-swaba’ tonqos milli tieħu l-marki minħabba problema teknika (speċjalment f’ċirkostanzi urġenti u fil-każ ta’ passaport mitlub barra l-ħinijiet tal-uffiċċju) l-Uffiċċju tal-Passaporti joħroġ passaport mingħajr il-marki tas-swaba’ u jkun validu għal sena (1) jew inqas.

Mal-ġbir tal-passaport (irreferi għan-nota 13 fil-formola A) l-applikant se jintalab li jittieħdulu l-marki tas-swaba għal darb’oħra. Dan isir sabiex jiġi vverifikat li huwa d-detentur tal-passaport li jkun qed jiġbor il-passaport tiegħu/tagħha. L-applikanti li għandhom tnax-il sena (12) jew aktar għandhom imorru personalment biex jiġbru l-passaport tagħhom (il-minuri għandhom dejjem ikunu akkumpanjati minn wieħed mill-ġenituri tagħhom). Jekk il-marki tas-swaba’ maqbuda dakinhar tal-ġbir ma jaqblux mal-marki tas-swaba’  maħżuna fuq iċ-ċippa tal-passaport, il-passaport ma jingħatax u l-kwistjoni tiġi investigata mill-Uffiċjal tal-Passaporti.

F’ċirkostanzi normali, iż-żmien li jieħu biex jinkiseb passaport ġdid huwa ta ‘ erbat (4) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-applikazzjoni. Fil-każ ta’ emerġenza, passaport jista’ jkun lest f’erba’ (4) sigħat tax-xogħol.

L-applikanti jridu jippreżentaw il-karta tal-identita’ tagħhom u jistgħu jiġbru l-passaporti tagħhom fil-ġranet li ġejjin:

Ħinijiet ta’ ftuħ bejn l-1 ta’ Settembru u l-31 ta’ Marzu
Ġurnata Ħin
It-Tnejn Mis-07:30  sas-14:00
It-Tlieta Mis-07:30  sas-14:00
L-Erbgħa Mis-07:30 sas-14:00/         Mit-15:00 sas-18:0
Il-Ħamis Mis-07:30 sas-14:00
Il-Ġimgħa Mis-07:30 sas-14:00
Is-Sibt Mis-07:30 sal-11:00
Ħinijiet ta’ ftuħ bejn l-1 ta’ April u l-31 ta’ Awwissu
Ġurnata Ħin
It-Tnejn Mis-07:30 sas-14:00
It-Tlieta Mis-07:30 sas-14:00
L-Erbgħa Mis-07:30 sas-14:00/            Mit-15:00 sas-18:00
Il-Ħamis Mis-07:30 sas-14:00
Il-Ġimgħa Mis-07:30 sas-14:00/            Mit-15:00 sas-18:00
Is-Sibt Mis-07:30 sal-11:00

Iva, persuna li għandha ċittadinanza doppja tista’ tapplika għall-passaport Malti. Minbarra li jimla l-formola rilevanti, l-applikant ikun irid jippreżenta ittra uffiċjali li tikkonferma li l-Gvern Malti jagħraf lill-applikant bħala ċittadin b’ċittadinanza doppja. Din l-ittra hija maħruġa mill-Unit taċ-Ċittadinanza u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara trid tiġi ppreżentata..

Ċittadin ta’ Malta jista’ japplika għall-passaport Malti f’waħda mill-Ambaxxati ta’ Malta, Kummissjonijiet Għolja jew Uffiċċji Konsulari.

L-Uffiċċju tal-Passaporti qiegħed Onda Building, Aldo Moro Road, Marsa, MRS 9065.

Iva, tista’ tapplika mill-uffiċċju ta’ Għawdex li qiegħed fid-Dipartiment tas-Servizzi tal-Konsumatur, l-Uffiċċju tal-Passaporti, Pjazza San Franġisk, Ir-Rabat, Għawdex.

Numru tat-telefown:  (+356) 2215 6270 jew (+356) 2215 6247

Jekk tapplika Għawdex, imbagħad tista’ tiġbor il-passaport mill-istess uffiċċju f’Għawdex.

Il-Form A tista’ jew titniżżel minn dan is-sit elettroniku jew inkella tinġabar mill-Uffiċċju tal-Passaport jew minn kwalunkew Kunsilli Lokali, Għassa tal-Pulizija jew aġenziji tal-ivvjaġġar.

Jekk passaport jintilef, jinsteraq jew jinqered, id-detentur ikun meħtieġ li jippreżenta rapport tal-pulizija li jiddikjara t-telf/is-serq/il-qerda tal-passaport. L-Uffiċċju tal-Passaporti mhux se jipproċessa l-applikazzjoni sakemm ma jkunx ġie ppreżentat rapport tal-Pulizija. L-applikant ikun jeħtieġ li jieħu ġurament jew jagħti dikjarazzjoni maħlufa lill-Uffiċċju tal-Passaporti. Barra minn hekk, l-applikant ikun jeħtieġ jimla l-formoli rilevanti u jħallas it-tariffi applikabbli.

Tariffi Applikabbli

Tip ta’ passaport Validità Prezz
Passaport tal-Adulti ta’ aktar minn 16-il sena (Jekk tapplika bejn Settembru u Marzu) Għaxar snin €70
Passaport tal-Adulti ta’ aktar minn 16-il sena (Jekk tapplika bejn April u Awwissu) Għaxar snin €80
Passaport tal-Minuri bejn l-għaxar snin u l-15-il sena Ħames snin €40
Passaport tal-Minuri taħt l-għaxar snin Sentejn €16
Servizzi Prezz
Amministrazzjoni tal-Ġurament  (għal passaporti biss) €11
Traduzzjoni bl-Għarbi €7
Passaport Kollettiv €95
Dokument ta’ Identità/Dokument ta’ Emerġenza €9
Passaport Diplomatiku (maħruġ biss bl-awtorità) €40
Dokument tal-Ivvjaġġar tar-Refuġjati (l-etajiet kollha) €60
Passaport għal Stranġieri (etajiet kollha) €60
It-Tieni Passaport (maħruġ b’awtorità speċjali) €135
Passaport urġenti għal persuni li għalqu s-16-il sena (maħruġ f’erba’ sigħat) €140
Passaport urġenti għal minuri li għandhom bejn l-għaxar snin u l-15-il sena (maħruġ f’erba’ sigħat) €80
Passaport urġenti għal minuri li għandhom inqas minn għaxar snin (maħruġ f’erba’ sigħat) €60
Passaport urġenti għal persuni li għalqu 16-il sena (maħruġ wara l-ħin tax-xogħol u f’każijiet speċjali biss) €185
Passaport urġenti għal minuri li għandhom bejn l-għaxar snin u l-15-il sena (maħruġ wara l-ħin tax-xogħol u f’każijiet speċjali biss) €125
Passaport urġenti għal minuri li għandhom inqas minn għaxar snin (maħruġ wara l-ħin tax-xogħol u f’każijiet speċjali biss) €105

Id-drittijiet tal-passaporti jitħallsu bil-quddiem. L-uffiċċju tal-passaporti jaċċetta flus

Ir-rakkomandant huwa xi ħadd gradwat mill-Universita’ b’degree jew aktar li jkun ilu jaf lill-applikant aktar minn sentejn (2). Irid jagħmel it-timbru jew jikteb f’hiex inhu gradwat jew jikteb il-warrant number f’sezzjoni 7. Fil-każ ta’ minuri, ir-rakkomandant ma jistax ikun xi ħadd mill-ġenituri.

Identity Malta Agency

Ħinijiet tal-Ftuħ - Malta

Uffiċċju tal-Passaporti – Malta
Ġurnata Ħin
It-Tnejn Mis-07:30 – sas-14:00 Mit-15:00 – sas-18:00
It-Tlieta Mis-07:30 – sas-14:00
L-Erbgħa Mis-07:30 – sas-14:00 Mit-15:00 – sas-18:00
Il-Ħamis Mis-07:30 – sas-14:00
Il-Ġimgħa Mis-07:30 – sas-14:00 Mit-15:00 – sas-18:00
Is-Sibt Mis-07:30 – sal-11:00
Uffiċċju tal-Passaporti – Għawdex | Xitwa
Ġurnata Ħin
It-Tnejn Mis-07:30 – sas-13:30
It-Tlieta Mis-07:30 – sas-13:30
L-Erbgħa Mis-07:30 – sas-13:30
Il-Ħamis Mis-07:30 – sas-13:30
Il-Ġimgħa Mis-07:30 – sas-13:30
Is-Sibt Mis-07:30 – sal-11:00

 

Uffiċċju tal-Passaporti – Għawdex | Sajf
Ġurnata Ħin
It-Tnejn Mis-07:30 – sas-12:00
It-Tlieta Mis-07:30 – sas-12:00
L-Erbgħa Mis-07:30 – sas-12:00
Il-Ħamis Mis-07:30 – sas-12:00
Il-Ġimgħa Mis-07:30 – sas-12:00
Is-Sibt Mis-07:30 – sal-11:00

Kummenti u Feedback

Għenitek din il-paġna? Għidilna jekk din l-informazzjoni hijiex ta’ għajnuna jew jekk hemmx modi kif nistgħu ntejbuha. Segwi l-link hawn taħt.

Nixtieq inħalli feedback dwar din il-paġna

Irrapporta l-ostakli li nqalgħu waqt l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħek tas-suq intern

Sib għajnuna f’dan il-qasam

Your Europe Logo

Taqsima tal-Karta tal-Identità

Il-Unit tal-Karti tal-Identità

Il-Unit tal-Karti tal-Identità hija l-awtorità responsabbli mill-ħruġ tal-karti tal-identità elettroniċi lil ċittadini Maltin u Għawdxin, u għar-reġistrazzjoni tal-kont tal-eID (virtwali). Il-Unit tal-Karti tal-Identità jipproċessa applikazzjonijiet kemm għall-individwu u kif ukoll għall-organizzazzjonijiet.

Servizzi Offruti

Il-Unit tal-Karti tal-Identità toħroġ Karta tal-Identità ġdida la darba l-applikant:

  • Japplika għall-Karta tal-Identità Maltija għall-ewwel darba (applikabbli għal persuni minn 14-il sena ‘l fuq);
  • Ibiddel id-dettalji personali u/jew residenzjali li hemm fuq il-karta tal-identità;
  • Jirrapporta li l-karta tal-identità intilfet jew insterqet;
  • Ikun għalaq 14, 18, 60 jew 75 sena.

Applikant li se japplika għall-ewwel darba jrid jimla u jissottometti d-dokumenti li ġejjin:

  • Il-Formola ID 10 – Applikazzjoni għal Karta tal-Identità Maltija (b’attenzjoni partikolari lejn Sezzjoni D) li tkun tinkludi ritratt riċenti, daqs tal-passaport, u li jrid ikun iffirmat minn xhud awtorizzat;
  • Il-Permess ta’ Residenza preċedenti (applikabbli biss f’każijiet meta l-applikant ħa ċ-ċittadinanza Maltija u qabel kellu l-Karta tal-Permess tar-Residenza b’numru li jispiċċa bl-ittra ‘A’);
  • Ittra ta’ konferma jew ċertifikat maħruġ mil-Unit taċ-Ċittadinanza bħala prova taċ-Ċittadinanza Maltija tal-applikant. Din il-prova mhix neċessarja jekk l-applikant:
    • twieled Malta minn ġenituri miżżewġin u f’dak iż-żmien il-missier kien ċittadin Malti;
    • twieled Malta jew barra minn Malta wara l-1 ta’ Awwissu 1989 minn omm ta’ nazzjonalità Maltija;
    • kien addottat f’Malta ta’ età iżgħar minn għaxar snin;
    • Btwieled Malta minn ġenituri barranin bejn l-10 ta’ Frar 1981 u l-1 ta’ Awwissu 1989 (applikabbli biss jekk il-ġenituri ma kinux jagħmlu parti mill-korp diplomatiku);
    • twieled Malta, emigra u ħa ċ-ċittadinanza barranija wara l-10 ta’ Frar 2000.

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Applikant li jitlob xi bidla fid-dettalji personali u/jew tal-indirizz fuq il-karta tal-identità tiegħu/tagħha għandu/ha:

  • Jimla l-Formola ID10a – Applikazzjoni għal Karta tal-Identità Maltija; u
  • Jippreżenta l-karta tal-identità tiegħu/tagħha.

Applikant li jiddikjara li l-karta tal-identità tiegħu/tagħha intilfet jew insterqet, għandu/ha:

  • Jimla l-Formola ID 10 – Applikazzjoni għal Karta tal-Identità Maltija; u
  • Jissottometti rapport tal-pulizija li jrid jinkludi fih in-numru tal-karta tal-identità.

Biex tinħareġ karta tal-identità ġdida flok dik mitlufa jew misruqa iridu jitħallsu penali ta’ €22.

F’każ li l-karta tal-identità mitlufa/misruqa ma kinitx kard elettronika, l-applikant irid jimla sezzjoni D tal-Formola ID10, li trid tinkludi dikjarazzjoni ta’ persuna awtorizzata, li tivverifika li hi/hu j/taf lill-applikant, kif ukoll ritratt tal-applikant li jkun iffirmat mill-istess xhud biex jiċċertifika l-identità tal-persuna. F’każ li l-Karta tal-Identità mitlufa jew misruqa kienet diġà e-ID (kellha ċ-ċippa) m’hemmx bżonn timtela sezzjoni D.

L-applikant jista japplika wkoll għal:

  • Kont virtwali tal-e-ID; u
  • Kard tal-persuni anzjani (fil-każ ta’ persuni li għandhom 60 sena jew aktar).

Persuni anzjani, li jkollhom 60 sena u 75 sena, jridu japplikaw għal karta tal-identità ġdida, li tirrifletti l-età li jkunu laħqu. Il-kartanzjan l-antika m’għadhiex tinħareġ, madankollu l-benefiċċji kollha li qabel kienu jitgawdew permezz tal-kartanzjan se jibqgħu permezz ta’ dawn il-kards.

Il-Unit tal-Karti tal-Identità jipprovdi servizz fid-djar b’xejn għal ċittadini li ma jkunux jifilħu joħorġu minn darhom jew minħabba problemi ta’ mobbiltà jsibuha diffiċli biex jiġu l-uffiċċju fil-Blata l-Bajda biex japplikaw għall-Karta tal-Identità. F’dan ir-rigward l-applikant jista’ jimla l-formola ONLAJN.  Għal iktar informazzjoni wiehed jista jibgħat imejl fuq [email protected] jew iċempel l-uffiċċju 2590 4300.

Il-Kont Virtwali tal-e-ID

Meta persuna tapplika għal karta tal-identità, din tista’ tapplika wkoll għall-kont (virtwali) e-ID li huwa bżonnjuż biex wieħed jaċċessa servizzi onlajn tal-Gvern. Wara li l-Unit tal-Karti tal-Identità jirċievi l-applikazzjoni, l-identità tal-applikant tiġi vverifikata u jipproċedi billi tintbagħat link lill-applikant sabiex ikun jista’ jattiva l-kont. Dan il-link jintbagħat fl-indirizz elettroniku pprovdut mill-applikant innifsu.

Applikant għandu wkoll l-għażla li jagħmel użu miċ-ċertifikati (Ċertifikat tal-Awtentikazzjoni u Ċertifikat tal-Firma) li jinsabu fuq il-karta tal-identità elettronika tiegħu u dawn iċ-ċertifikati jinżammu fuq il-kompjuter tal-utent. Wieħed jista’ jagħmel użu minnhom permezz ta’ Card Reader u PIN A u PIN B (li kienu ntbagħtu lill-utent waqt ir-reġistrazzjoni tal-Karta tal-Identità tiegħu/tagħha). Iċ-Ċertifikati tal-Karta tal-Identità huma ġeneralment użati għal servizzi relatati ma’ servizzi finanzjarji u applikazzjonijiet ta’ tenders.

Organizzazzjonijiet ukoll jistgħu jirreġistraw lilhom infushom bħala entitajiet identifikabbli għall-iskop tal-e-ID. B’hekk jiġu permessi jagħmlu użu tas-servizzi elettronici u jkunu jistgħu jinteraġixxu ma’ Service Providers permezz tas-servizzi onlajn. Biex tirreġistra, l-organizzazzjoni, l-ewwel trid taħtar Manager għall-Organizzazzjoni (li jrid ikollu kont tal-e-ID personali u ċertifikat diġitali personali). Ir-Reġistrazzjonijiet tal-Organizzazzjoni jistgħu jiġu sottomessi onlajn u d-dokumentazzjoni neċessarja trid tintbagħat lill-Awtorità tar-Reġistrazzjoni (ICU).

Is-software, l-ispeċifikazzjonijiet għall-apparat biex tinqara il-karta tal-identità elettronika, kif ukoll struzzjonijiet oħra dwar kif tirreġistra organizzazzjoni tal-kont tal-identifikazzjoni elettronika huma disponibbli fuq din il-link.

Service Providers li jridu jniedu eService iridu jikkonsultaw u wara jidħlu fi ftehim mal-Aġenzija Identity Malta.

Uffiċċju Elettorali

Fit-12 ta’ Frar 2014, il-Unit tal-Karti tal-Identità kien trasferit taħt Identity Malta. Madankollu, kien intlaħaq ftehim bejn l-Aġenzija Identity Malta u l-Uffiċċju Elettorali, fejn l-aġenzija ddikkjarat li se taċċetta applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ informazzjoni b’rabta elettorali taċ-ċittadini f’isem l-Uffiċċju Elettorali. L-istess informazzjoni, inkluż ir-ritratt li għandha l-ICU biex tipproduċi l-karti tal-Identità, tintbgħat lill-Uffiċċju Elettorali biex tintuża għal skop ta’ elezzjonijiet, u din tinkludi l-pubblikazzjoni tar-reġistru elettorali u l-istampar tad-dokumenti tal-vot.

  • Persuni li qed japplikaw għall-ewwel darba (inklużi dawk li mhumiex eliġibbli) huma mitluba li jimlew u jiffirmaw formoli elettorali Nru.1 u Nru.4;
  • Persuni li qed japplikaw biex jibdlu indirizz iridu jimlew u jiffirmaw il-formola elettorali Nru.2;
  • Persuni li jitolbu tibdil fil-kunjom u l-indirizz jridu jimlew u jiffirmaw formola elettorali Nru.2A;
  • Persuni li jkollhom kwalunkwe korrezzjoni oħra jridu jiffirmaw formula elettorali Nru.3.

Definizzjoni tal-aħħar ittra fin-numru tal-identità

Il-Unit tal-Karti tal-Identità jagħti waħda mill-ittri mniżżla hawn taħt fl-aħħar tan-numru tar-reġistrazzjoni.

A Applikabbli għal persuni barranin li jinħarġilhom Permess tar-Residenza;
B Applikabbli għal Maltin li t-twelid tagħhom kien irreġistrat bejn l-1800 u l-1899;
G Applikabbli għal Għawdxin li t-twelid tagħhom kien irreġistrat bejn l-1900 u l-1999;
H Applikabbli għal Għawdxin li t-twelid tagħhom kien irreġistrat wara l-2000;
L Applikabbli għal Maltin li t-twelid tagħhom kien irreġistrat wara l-2000;
M Applikabbli għal Maltin li t-twelid tagħhom kien irreġistrat bejn l-1900 u l-1999;
P Applikabbli għal Maltin li twieldu barra minn Malta u huwa diffiċli li jipproduċu ċertifikat oriġinali tat-twelid tagħhom biex ikunu jistgħu jirreġistrawh f’Malta.
Z Applikabbli għal Għawdxin li t-twelid tagħhom kien irreġistrat bejn l-1800 u l-1899.

Ħlasijiet

Ħruġ ta’ Karta tal-Identità għall-ewwel darba Bla ħlas
Tiġdid ta’ Karta tal-Identità skaduta (jew li fiha xi informazzjoni li m’għadhiex korretta) li mhix iddikjarata mitlufa,
misruqa jew imħassra
Bla ħlas
Applikazzjonijiet għal Karta tal-Identità ġdida minflok waħda li tkun intilfet jew insterqet €22
Applikazzjonijiet għal Karta tal-Identità ġdida minflok waħda li tkun ġiet imħassra €16.50

Formoli Oħrajn

Formoli

Ikklikkja fuq u agħżel mil-lista fuq il-lemin

Identity Malta Agency

Ħinijiet tal-Ftuħ

Taqsima tal-Karta tal-Identità – Malta

It-Tnejn: Mis-7:30am sas-2:00pm
It-Tlieta:: Mis-7:30am sas-2:00pm
L-Erbgħa: Mis-7:30am sas-2:00pm
Mit-3:00pm sas-6:00pm
Il-Ħamis: Mis-7:30am sas-2:00pm
Il-Ġimgħa: Mis-7:30am sas-2:00pm
Is-Sibt: Mis-7:30am sal-11:00am

Taqsima tal-Karta tal-Identità – Għawdex 

It-Tnejn: Mis-7:30am sas-2:00pm
It-Tlieta:: Mis-7:30am sas-2:00pm
L-Erbgħa: Mis-7:30am sas-2:00pm
Mit-3:00pm sas-6:00pm
Il-Ħamis: Mis-7:30am sas-2:00pm
Il-Ġimgħa: Mis-7:30am sas-2:00pm
Is-Sibt: Mis-7:30am sal-11:00am