L-Uffiċċju tal-Passaport

L-Uffiċċju tal-Passaporti joħroġ passaport Malti liċ-ċittadini Maltin u jgħin ukoll lill-Ambaxxati Maltin, lill-Kummissjonijiet Għolja Maltin u lill-Konsulati barra mill-pajjiż. Fit-30 ta’ Settembru 2008, inħareġ l-ewwel passaport bijometriku Malti, li ġab lil Malta f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE u li sar parti mill-programm tal-Istati Uniti għat-tneħħija tal-Viża. Sussegwentement, fit-28 ta’ Ġunju 2010, l-uffiċċju tal-passaporti ta’ Malta beda l-proċess tat-teħid tal-marki tas-swaba’ tal-applikanti skont ir-Regolament tal-KE Nru 2252/2004. Aktar tard din is-sena, Malta se tkun qed tikseb passaport ġdidb’teknoloġija aktar avvanzataavvanzat, biex b’hekk id-dokument tal-ivvjaġġar ikun aktar sigur.

Quality Label

Applikazzjoni għall-Passaport

Applikant li ser japplika għall-passaport l-ewwel darba jinħtieġ li jirrikorri personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti u jippreżenta dawn id-dokumenti:

  • Il-Karta tal-Identità u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara; u
  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, 7 u 9 mimlija. Sezzjoni 7 trid timtela minn rakkomandant.

Ir-ritratt biometriku kif ukoll il-marki tas-swaba’ jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  l-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

Ġbir tal-Passaport

Applikant ta’ aktar minn 12-il sena, irid imur personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti sabiex jiġbor il-passaport. Hemmhekk  jerġgħu jittieħdu l-marki tas-swaba’ biex tkun ikkonfermata l-identità tal-persuna kif ukoll tiġi ċċekkjata iċ-ċippa tal-passaport. Applikanti adulti iridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità u l-irċevuta.

Minuri taħt l-età ta’ sitt (6) snin

  • Ma jinħtieġx li jmorru personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti;
  • Trid tiġi ppreżentata Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, 6 u 7 mimlija. Sezzjoni 7 trid timtela minn rakkomandant;
  • Iż-żewġ ġenituri iridu jiffirmaw sezzjoni 6 quddiem ir-rakkomandant. Ir-rakkomandant irid jixhed li ż-żewġ ġenituri iffirmaw fil-preżenza tiegħu;
  • Jiġu ppreżentati żewġ (2) ritratti tal-passaport identiċi li jridu jittieħdu fuq sfond abjad (tista’ tara r-rakkomandazzjonijiet fis-sezzjoni Rakkomandazzjonijiet tal-ICAO għar-Ritratti għal aktar dettalji dwar kif għandhom ikunu r-ritratti), fejn wieħed (1) mir-ritratti għandu jiġi ffirmat u approvat fuq wara mill-istess rakkomandant li ffirma Sezzjoni 6 u 7 fuq il-Formola A;
  • Il-kitba mir-rakkomandant fuq wara tar-ritratt għandha tkun: Din hija xbieha vera ta’ (Isem u Kunjom), filwaqt li r-rakkomandant BISS għandu jiffirma taħt din il-kitba;
  • Jiġu ppreżentati l-karta tal-identità taż-żewġ ġenituri u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara; u
  • Id-dokumentazzjonijiet kollha t’hawn fuq iridu jiġu ppreżentati l-Uffiċċju tal-Passaporti mill-inqas minn ġenitur wieħed.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

Minuri ta’ bejn sitt (6) snin u tlettax-il (13) sena

Jinħtieġ li jmorru personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti u jissottomettu dawn id-dokumenti:

  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, 6, u 7 mimlija. Sezzjoni 7 trid timtela minn rakkomandant;
  • Iż-żewġ ġenituri iridu jiffirmaw sezzjoni 6 quddiem ir-rakkomandant. Ir-rakkomandant irid jixhed li ż-żewġ ġenituri iffirmaw fil-preżenza tiegħu;
  • Ritratt wieħed tal-passaport li jrid jittieħed fuq sfond abjad (tista’ tara r-rakkomandazzjonijiet fis-sezzjoni Rakkomandazzjonijiet tal-ICAO għar-Ritratti għal aktar dettalji dwar kif għandhom ikunu r-ritratti), u għandu jiġi ffirmat u approvat fuq wara mill-istess rakkomandant li ffirma Sezzjoni 6 u 7 fuq il-Formola A;
  • Il-kitba mir-rakkomandant fuq wara tar-ritratt għandha tkun: Din hija xbieha vera ta’ (Isem u Kunjom), filwaqt li r-rakkomandant għandu jiffirma BISS taħt din il-kitba;
  • Il-karta tal-identità taż-żewġ ġenituri u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara; u
  • Id-dokumentazzjonijiet kollha t’hawn fuq iridu jiġu ppreżentati l-Uffiċċju tal-Passaporti mill-inqas minn ġenitur wieħed;
  • Ir-ritratt biometriku, jittieħed l-Uffiċċju tal-Passaporti; u
  • Minuri ‘l fuq minn tnax-il sena jittieħdulhom il-marki tas-swaba’.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

Minuri ta’ bejn l-erbatax-il (14) sena  u ħmistax-il (15) sena:

Jinħtieġ li jmorru personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti u jissottomettu dawn id-dokumenti:

  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, 6, u 7 mimlija. Sezzjoni 7 trid timtela minn rakkomandant;
  • Iż-żewġ ġenituri iridu jiffirmaw sezzjoni 6 quddiem ir-rakkomandant. Ir-rakkomandant irid jixhed li ż-żewġ ġenituri iffirmaw fil-preżenza tiegħu;
  • Il-karta tal-identita 14+ tal-Minuri u kopja tal-imsemmi document minn quddiem u minn wara;
  • Il-karta tal-identità taż-żewġ ġenituri u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara;
  • Id-dokumentazzjonijiet kollha t’hawn fuq iridu jiġu ppreżentati l-Uffiċċju tal-Passaporti mill-inqas minn ġenitur wieħed; u
  • Ir-ritratt biometriku, kif ukoll il-marki tas-swaba’ jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

Minuri ta’ bejn is-sittax-il sena (16) u s-sbatax-il (17) sena:

  • Jinħtieġ li jmorru personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti;
  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, 6, u 7 mimlija. Sezzjoni 7 trid timtela minn rakkomandant;
  • Iż-żewġ ġenituri iridu jiffirmaw sezzjoni 6 quddiem ir-rakkomandant. Ir-rakkomandant irid jixhed li ż-żewġ ġenituri iffirmaw fil-preżenza tiegħu;
  • Il-Karta tal-Identità 16+ tal-Minuri u kopja tal-imsemmi document minn quddiem u minn wara;
  • Il-karta tal-identità taż-żewġ ġenituri u kopja tal-imsemmi dokument;
  • Id-dokumentazzjonijiet kollha t’hawn fuq iridu jiġu ppreżentati l-Uffiċċju tal-Passaporti mill-inqas minn ġenitur wieħed; u
  • Ir-ritratt biometriku kif ukoll il-marki tas-swaba’ jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

Għall-passaport tal-Minuri VALIDU li ntilef, insteraq jew ġie distrutt

Jekk passaport VALIDU ta’ minuri ntilef, insteraq jew ġie distrutt, il-ġenituri jridu jagħmlu rapport fl-eqreb għassa tal-Pulizija sabiex jiddikkjaraw dan. L-Uffiċċju tal-Passaporti ma jipproċessax applikazzjoni kemm-il darba r-rapport tal-pulizija ma jsirx. Iridu jiġu osservati wkoll il-punti li hemm taħt is-sezzjoni

Tiġdid ta’ Passaport VALIDU li ntilef, insteraq jew ġie distrutt.

Wieħed mill-ġenituri f’isem l-applikant minuri, irid jieħu ġurament jew jagħti dikjarazzjoni maħlufa lill-Uffiċċju tal-Passaporti.

It-tariffa għall-ġurament hi €11.

Għall-passaport tal-Minuri SKADUT li ntilef, insteraq jew ġie distrutt, Iridu jiġu osservati wkoll il-punti li hemm taħt is-sezzjoni Tiġdid ta’ Passaport SKADUT li ntilef, insteraq jew ġie distrutt. 

Ġbir tal-Passaport

Il-passaport ta’ minuri jrid jinġabar minn wieħed mill-ġenituri tal-minuri u jippreżenta l-karta tal-identità. Kull applikant li għandu aktar minn 12-il sena irid jirrikorri personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti sabiex jiġbor il-passaport. Hemmhekk  jerġgħu jittieħdu l-marki tas-swaba’ biex tkun ikkonfermata l-identità tal-persuna kif ukoll tiġi ċċekkjata iċ-ċippa tal-passaport.

Passaport kollettiv jinħareġ għal applikanti li jkunu gruppi approvati bħal per eżempju studenti, boy scouts, girl guides jew membri ta’ organizzazzjonijiet oħra fejn l-applikanti jkollhom inqas minn 18-il sena. Il-passaport jinħareġ taħt ir-responsabbiltà ta’ adult (leader tal-grupp) li jrid ikollu fil-pussess tiegħu passaport individwali validu. F’dan il-passaport kollettiv ma jistax ikun hemm imniżżla inqas minn ħames persuni jew aktar minn 50 persuna.

Il-membri kollha ta’ dan il-grupp iridu jkunu ċittadini ta’ Malta u jridu ċittadini ta’ Malta u jridu jivvjaġġaw flimkien lejn u mid-destinazzjoni, u jridu jibqgħu flimkien matul iż-żjara tagħhom. Il-prezz għal dan is-servizz huwa €95 li jrid jitħallas mill-applikant.

Dokumenti li jridu jiġu ppreżentati għal Passaport Kollettiv mil-leader tal-grupp huma:

  • Lista alfabetika tal-persuni taħt dawn it-titoli li ġejjin: Kunjom, Isem, Post tat-Twelid, Data tat-Twelid u Indirizz tad-dar;
  • Ċertifikat tat-Twelid maħruġ mir-Reġistru Pubbliku;
  • Ittra ta’ kunsens miktuba mill-ġenituri jew mit-tuturi ta’ kull persuna;
  • Żewġ ritratti riċenti tal-passaport tal-persuni kollha. Wieħed mir-ritratt għandu jkun approvat u iffirmat minn rakkomandant;
  • Il-passaport tal-leader għall-verifikazzjoni.

Tariffi

It-tariffa għal passaport kollettiv hi ta’ €95, li trid titħallas mal-applikazzjoni.

Aġġornata l-aħħar: 19/05/2020

L-Uffiċċju tal-Passaporti joħroġ Dokument tal-Ivvjaġġar one-way lil ċittadini tal-Unjoni Ewropea u Dokument tal-Identità lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Dan is-servizz huwa disponibbli għal turisti, studenti barranin jew residenti barranin li l-passaport jew id-dokument tal-ivvjaġġar tagħhom ikun insteraq, intilef, inqered jew skada waqt li jkunu residenti f’Malta u jridu jmorru lura lejn pajjiżhom.

Biex japplika għal dan id-dokument tal-ivvjaġġar, wieħed irid jimla Formola A, li tinsab taħt is-sezzjoni Formoli (hawn taħt), u jimxi mal-istruzzjonijiet imniżżla hawn taħt.

Biex tikseb Dokument tal-Ivvjaġġar, l-applikant irid imur l-Uffiċċju tal-Passaporti personalment u jimla l-formola A kif ġej:

  • Persuna adulta trid timla s-sezzjonijiet 1, 2, 7 u 9 tal-Formola A, u ġġib magħha żewġ ritratti daqs tal-passaport, li wieħed minnhom irid ikun iffirmat u identifikat minn rakkomandant. L-applikant irid ukoll iġib miegħu d-dettalji tat-titjira u kwalunkwe dokument ieħor ta’ identifikazzjoni (originali jew kopja vera);
  • Tfal li għandhom 17-il sena u inqas, irid ikollhom is-sezzjonijiet 1, 2, 6, u 7 mimlija, u jġibu wkoll magħhom żewġ ritratti daqs tal-passaport, li wieħed minnhom irid ikun iffirmat u identifikat minn rakkomandant. Iż-żewġ ġenituri jridu jkunu preżenti fl-uffiċċju flimkien mal-minuri. Mal-applikazzjoni jrid jiġi ppreżentat ukoll ċertifikat tat-twelid oriġinali tal-minuri. Iridu jiġu ppreżentati wkoll id-dokumenti tal-iiderntita taż-żewġ ġenituri flimkien mad-dettalji tat-titjira.

F’każ li ż-żewġ ġenituri jew wieħed mill-ġenituri tal-minuri mhumiex f’Malta, il-ġenitur/i tal-minuri jinħtieġ li jmur/tmur/jmorru l-eqreb rappreżentanza Maltija (jekk hemm rappreżentanza fil-pajjiż fejn ikunu), u f’każ li ma jkunx hemm rappreżentanza, il-ġenitur/i irid/trid/iridu imur/tmur/imorru l-eqreb ambaxxata tal-Unjoni Ewropea sabiex tkun iffirmata l-formola ta’ kunsens tal-minuri, u jingħata l-permess biex jinħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar one-way tal-istess minuri.

Jekk l-applikant ikun tilef, qered jew kellu d-dokument ta’ identifikazzjoni misruq, id-detentur irid jissottometti rapport lill-pulizija u jirrapporta dak li jkun ġara. L-Uffiċċju tal-Passaporti ma jipproċessax l-applikazzjoni kemm-il darba ma jkunx ippreżentat rapport tal-pulizija flimkien mal-Formola A. Ikun jinħtieġ ukoll li l-applikant jieħu ġurament jew jagħmel dikjarazzjoni maħlufa fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

Għall-firma tar-rakkomandant: f’Malta għandna numru ta’ rappreżentazzjonijiet konsulari barranin.  Applikant ghandu jfittex l-assistenza tar-rappreżentazzjoni konsulari ta’ pajjiżu sabiex jakkwista rakkomandazzjoni u l-ittra ta’ awtorizzazzjoni relevanti. Jekk f’Malta m’hemmx rappreżentanza konsulari tal-pajjiż tal-applikant, il-formola A u wara tar-ritratti għandhom jiġu rrakkomandati minn persuna professjonali Maltija li l-applikant ikun jaf.

Ta’ min jinnota li dan is-servizz huwa offrut biss lil applikanti li l-pajjiż tagħhom m’għandux Ambaxxata f’Malta. Jekk l-applikant ikkonċernat ikollu Ambaxxata tal-pajjiż tiegħu f’Malta, jista’ jitlob għal assistenza mill-ambaxxata rispettiva. Dan id-dokument jinħareġ mal-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti u ma jinħariġx lil ċittadini Maltin li qegħdin f’Malta u li m’għandhomx passaport.

Skont il-liġi, ma huwa disponibbli l-ebda mezz ta’ rimedju kontra deċiżjoni li tikkonċerna dan id-Dokument tal-Ivvjaġġar.

Il-miżata li trid titħallas biex jinħareġ dan id-dokument hija ta’ €9. Jekk id-dokument ta’ identifikazzjoni jkun intilef, inqered jew insteraq, irid isir ħlas addizzjonali ta’ €11  għall-ġurament. L-Uffiċċju tal-Passaporti jaċċetta pagamenti fi flus kontanti, karta tal-kreditu, VISA, Revolut jew ċekk.

Il-proċedura normali tirrikjedi li l-applikanti jixtru l-biljetti tat-titjira, sabiex l-awtoritajiet rispettivi tagħhom ikunu avżati u dejjem itemmu l-proċedura kif suppost.

L-awtoritajiet kompetenti normalment dejjem iwieġbu u jkunu konformi. Ma tista’ tittieħed l-ebda  konsegwenza legali mill-Uffiċċju tal-passaporti, u jekk xi applikant ikun jeħtieġ li jieħu azzjoni legali, jagħmel dan f’ismu stess.

Din il-proċedura normalment issir bl-Ingliż minħabba li l-biċċa l-kbira tal-applikanti huma barranin.

Il-maġġoranza tal-awtoritajiet kompetenti dejjem jibagħtu l-email tagħhom ta’ awtorizzazzjoni fi żmien qasir. Jekk il-ħin ikun ristrett minħabba titjira urġenti, jintbagħtu tfakkiriet sabiex il-proċess jitħaffef.

Applikanti li qed japplikaw għall-passaport ta’ Refuġjati għandhom imorru l-Uffiċċju tal-Passaport u jippreżentaw dan li ġej:

  • Formola tal-applikazzjoni mimlija u ffirmata minn rakkomandant Malti;
  • Ritratt riċenti (bil-kulur) tal-applikant meħuda fost sfond abjad u ffirmat fuq wara minn rakkomandant. Ir-rakkomandant għandu jkun temm ukoll il-parti rilevanti tal-formola tal-applikazzjoni;
  • Il-karta tal-eResidence (jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar) u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara;
  • Kard ta’ Refcom maħruġa mill-Kummissjoni tar-Refuġjati u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara;

L-applikanti li japplikaw għall-passaport ta’ tfal ta’ Refuġjati għandhom, imorru l-Uffiċċju tal-Passaport flimkien mat-tfal tagħhom (jekk hu/hi jkollu/ha sitt (6) snin jew aktar), u jippreżentaw dan li ġej:

  • Formola tal-applikazzjoni mimlija u ffirmata miż-żewġ ġenituri;
  • Żewġ (2) ritratti identiċi u riċenti (bil-kulur) meħuda fost sfond abjad tat-tifel/tifla. Wieħed (1) mir-ritratti għandu jiġi ffirmat fuq wara u approvat minn rakkomandant, li għandu jkun temm ukoll il-parti rilevanti tal-formola tal-applikazzjoni;
  • Il-karta tal-eResidence tal-ġenituri (jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar) u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara;
  • Kards ta’ refcom maħruġa mill-Kummissjoni tar-Refuġjati u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara;
  • Il-passaport tat-tfal (jekk ikun ikollu/ha) jekk ikun diġà fil-pussess ta’ dokument tal-ivvjaġġar;

L-applikant irid iħallas tariffa ta’ €60.

Applikanti li qed japplikaw għall-passaport ta’ Stranġier għandhom imorru l-Uffiċċju tal-Passaport u jippreżentaw dan li ġej:

  • Formola tal-applikazzjoni mimlija u ffirmata minn rakkomandant Malti; 
  • Ritratt riċenti (bil-kulur) tal-applikant meħuda fost sfond abjad u ffirmat fuq wara minn rakkomandant. Ir-rakkomandant għandu jkun temm ukoll il-parti rilevanti tal-formola tal-applikazzjoni;
  • Il-karta tal-eResidence (jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar);
  • Kard ta’ Refcom maħruġa mill-Kummissjoni tar-Refuġjati;

L-applikanti li japplikaw għall-passaport ta’ tfal ta’ Stranġier għandhom, imorru l-Uffiċċju tal-Passaport flimkien mat-tfal tagħhom (jekk hu/hi jkollu/ha sitt (6) snin jew aktar), u jippreżentaw dan li ġej:

  • Formola tal-applikazzjoni mimlija u ffirmata miż-żewġ ġenituri; 
  • Żewġ (2) ritratti identiċi u riċenti tat-tifel/tifla (bil-kulur) meħuda fost sfond abjad. Wieħed (1) mir-ritratti għandu jiġi ffirmat fuq wara u approvat minn rakkomandant, li għandu jkun temm ukoll il-parti rilevanti tal-formola tal-applikazzjoni;
  • Il-karta tal-eResidence tal-ġenituri (jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar);
  • Kards ta’ refcom maħruġa mill-Kummissjoni tar-Refuġjati;
  • Il-passaport tat-tfal (jekk ikun ikollu/ha) jekk ikun diġà fil-pussess ta’ dokument tal-ivvjaġġar;

L-applikant irid iħallas tariffa ta’ €60.

It-tieni passaport huwa passaport li jintalab minn persuna li juża l-passaport għall-finijiet ta’ xogħol.

Għat-tieni passaport, l-applikant jinħtieġ li jmur personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti u jippreżenta dawn id-dokumenti:

  • Il-Karta tal-Identità u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara;
  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5 u 9 mimlija;
  • Ittra ta’ rakkomandazzjoni iffirmata mid-direttur tal-kumpanija fejn jispjega x’inhi r-raġuni li l-applikant ser japplika għal dan il-passaport. F’każ li l-applikant huwa d-direttur din l-ittra trid tinkiteb u tiġi ffirmata min-nutar, avukat, accountant jew l-awditur tal-kumpanija; u
  • Kopja tal-karta tal-identità / passaport tal-persuna li ffirmat l-ittra ta’ rakkomandazzjoni u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara.

Dan il-passaport għandu validità ta’ għaxar snin, imma ristrett għal sentejn.

Ir-ritratt biometriku kif ukoll il-marki tas-swaba’ jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

L-applikanti kollha jridu jħallsu t-tariffi applikabbli bil-quddiem. LUffiċċju tal-Passaporti jaċċetta flus kontanti, ċekkijiet jew ħlasijiet bil-kard.

Tariffi Applikabbli

Tip ta’ passaport Validità Prezz
Passaport tal-Adulti ta’ aktar minn 16-il sena

(Jekk tapplika bejn Settembru u Marzu)

Għaxar snin €70
Passaport tal-Adulti ta’ aktar minn 16-il sena

(Jekk tapplika bejn April u Awwissu)

Għaxar snin €80
Passaport tal-Minuri bejn l-għaxar snin u l-15-il sena Ħames snin €40
Passaport tal-Minuri taħt l-għaxar snin Sentejn €16

 

Servizzi Prezz
Amministrazzjoni tal-Ġurament  (għal passaporti biss) €11
Traduzzjoni bl-Għarbi €7
Passaport Kollettiv €95
Dokument ta’ Identità/Dokument ta’ Emerġenza €9
Passaport Diplomatiku (maħruġ biss bl-awtorità) €40
Dokument tal-Ivvjaġġar tar-Refuġjati (l-etajiet kollha) €60
Passaport għal Stranġieri (etajiet kollha) €60
It-Tieni Passaport (maħruġ b’awtorità speċjali) €135
Passaport urġenti għal persuni li għalqu s-16-il sena (maħruġ f’erba’ sigħat) €140
Passaport urġenti għal minuri li għandhom bejn l-għaxar snin u l-15-il sena (maħruġ f’erba’ sigħat) €80
Passaport urġenti għal minuri li għandhom inqas minn għaxar snin (maħruġ f’erba’ sigħat) €60
Passaport urġenti għal persuni li għalqu 16-il sena (maħruġ wara l-ħin tax-xogħol u f’każijiet speċjali biss) €185
Passaport urġenti għal minuri li għandhom bejn l-għaxar snin u l-15-il sena (maħruġ wara l-ħin tax-xogħol u f’każijiet speċjali biss) €125
Passaport urġenti għal minuri li għandhom inqas minn għaxar snin (maħruġ wara l-ħin tax-xogħol u f’każijiet speċjali biss) €105

Applikant  adult (‘il fuq minn 18-il sena) li jixtieq iġedded il-passaport tiegħu għandu jirrikorri personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti, u jippreżenta dawn id-dokumenti:

  • Il-Karta tal-Identità u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara; u
  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, u 9 mimlija.

Ir-ritratt biometriku kif ukoll il-marki tas-swaba’ jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

Fil-każ ta’ minuri, il-passaport ma jiġix imġedded, iżda jsir passaport mill-ġdid (jekk jogħġbok irreferi għal informazzjoni li hemm taħt is-sezzjoni Minuri).

Ġbir tal-Passaport

Applikant ta’ aktar minn 12-il sena, irid imur personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti sabiex jiġbor il-passaport. Hemmhekk  jerġgħu jittieħdu l-marki tas-swaba’ biex tkun ikkonfermata l-identità tal-persuna kif ukoll tiġi ċċekkjata iċ-ċippa tal-passaport. Applikanti adulti iridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità u l-irċevuta.

Tiġdid ta’ Passaport VALIDU li ntilef, insteraq jew ġie distrutt għall-adulti

Jekk il-passaport intilef, insteraq jew ġie distrutt, id-detentur  jinħtieġ li jirrikorri personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti u jippreżenta dawn id-dokumenti:

  • Il-Karta tal-Identità u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara;
  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, 7 u 9 mimlija. Sezzjoni 7 trid timtela minn rakkomandant; u
  • Jagħmel rapport fl-eqreb Għassa tal-Pulizija fejn jiddikkjara li l-passaport intilef, insteraq jew ġie distrutt. L-Uffiċċju tal-Passaporti ma jipproċessax applikazzjoni kemm-il darba r-rapport tal-pulizija ma jsirx.

Ir-ritratt biometriku kif ukoll il-marki tas-swaba’ jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

L-applikant irid jieħu ġurament jew jagħti dikjarazzjoni maħlufa lill-Uffiċċju tal-Passaporti u jimla l-formoli neċessarji filwaqt li jħallas it-tariffi applikabbli. Il-ġurament jiswa €11.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf. 

Tiġdid ta’ Passaport SKADUT li ntilef, insteraq jew ġie distrutt

Jekk il-passaport intilef, insteraq jew ġie distrutt, id-detentur  jinħtieġ li jirrikorri personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti u jippreżenta dawn id-dokumenti:

  • Il-Karta tal-Identità u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara; u
  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, 7 u 9 mimlija. Sezzjoni 7 trid timtela minn rakkomandant.

Ir-ritratt biometriku kif ukoll il-marki tas-swaba’ jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

L-Uffiċċju tal-Passaporti joffri servizz ta’ emerġenza fejn applikazzjoni għall-passaport tiġi pproċessata fl-istess jum bi ħlas addizzjonali (kif indikat hawn fuq).

L-applikanti għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju tal-Passaporti minn qabel billi jċemplu (+356) 2590 4100, u jimlew il-Form A. Jekk l-informazzjoni rilevanti kollha tkun korretta, l-applikazzjoni tiġi pproċessata f’erba’ (4) sigħat ta’ xogħol.

Jekk applikant iċempel qabel l-10:00AM nhar ta’ Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamis u l-Ġimgħa, jkun jista’ jiġbor il-passaport il-ġdid tiegħu fl-istess ġurnata. Nhar ta’ Erbgħa, l-applikant jista’ jċempel sas-02:00PM. Talbiet għal passaport urġenti ppreżentati wara l-ħin indikat jew nhar ta’ Sibt se jiġu pproċessati u lesti għall-ġbir fil-jum tax-xogħol li jmiss.

Dan is-servizz ma japplikax jekk il-passaport jintilef/jinsteraq jew ikun inħareġ għal perijodu ristrett. Biex ibiddel il-passaport mitluf, misruq jew meqrud, l-applikant għandu l-ewwel jippreżenta rapport tal-Pulizija. F’każijiet bħal dawn, tinħtieġ l-għajnuna tal-Uffiċċju tal-Passaporti u b’hekk, passaport urġenti jkun lest fil-jum tax-xogħol li jmiss.

Talbiet għat-tieni passaport għandhom isiru lill-Uffiċċju tal-Passaporti bid-dokumenti ta’ verifika meħtieġa mehmuża. Dawn it-talbiet jistgħu jiġu rrifjutati mill-Uffiċċju tal-Passaporti u l-applikanti jirċievu ċekk u jkunu rimborsati għal kollox malli tiġi ppreżentata l-irċevuta.

F’każ ta’ emerġenza barra l-ħinijiet tal-uffiċċju, il-pubbliku jinħtieġ jikkuntattja (skont il-mezz tat-trasport):

• Seaport Immigration,
• Airport Immigration,
• Ajruport Internazzjonali ta’ Malta,
• Terminals tal-Baħar, jew
• Għal raġunijiet mediċi, wieħed jista’ jikkuntattja l-Isptar Mater Dei jew kwalunkwe sptar privat ieħor.

L-uffiċjali tagħna jiġu nnotifikati immedjatament u jipprovdu servizz matul is-sigħat li matulhom inkunu magħluqa, għal ħlas addizzjonali kemm-il darba l-applikant jipprovdi mill-inqas erba’ (4) sigħat ta’ avviż qabel it-tluq tiegħu/tagħha.

Jekk il-passaport tal-applikant jintilef, jinsteraq, jew jinqered, l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha ma tistax tiġi pproċessata barra mill-ħinijiet tax-xogħol.

Karta tal-identità oriġinali u valida hija meħtieġa wkoll. Fil-ħinijiet li l-uffiċċji jkunu magħluqa, passaport ma jistax jinħareġ jekk ma tkunx ippreżentata karta tal-identità oriġinali u valida.

Jekk l-applikant ma jkunx jista’ jmur personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti, minħabba raġunijiet mediċi jew tas-saħħa severi, membru tal-familja jista’ jimla l-formola għalih/ha. F’dak il-każ, l-applikant ikun irid jimla l-Formola A u l-Formola għat-Teħid tal-Immaġini (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku). Ritratt riċenti jeħtieġ li jitwaħħal ma’ dan tal-aħħar u l-applikant ikollu jiffirma l-kaxxa indikata b’linka sewda. L-applikant għandu jirreferi għal-linji gwida dwar ir-ritratti fil-formola A u jiżgura li r-ritratt ittieħed fl-aħħar tliet (3) xhur.

Il-qarib  tal-applikant għandu jieħu miegħu dan li ġej:

  • Il-Formola A;
  • Ir-ritratt tal-applikant;
  • Formola ta’ applikazzjoni għat-teħid tal-immaġini;
  • Passaport eżistenti tal-applikant; u
  • Il-karta tal-identita’ tal-applikant u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara.

Barra minn hekk, l-applikant irid jibgħat ċertifikat mediku (approvat minn tabib lokali) li jiddikjara l-kundizzjoni medika tiegħu/tagħha u r-raġuni għall-inkapaċità tiegħu/tagħha milli japplika u jiġbor il-passaport tiegħu/tagħha personalment. L-applikazzjoni u l-ġbir tal-passaport tiegħu/tagħha għandhom jiġu indikati fiċ-ċertifikat mediku. Ir-ritratti u ċ-ċertifikat mediku jinżammu għal skopijiet ta’ rekords.

Il-qarib li qed japplika f’isem l-applikant/a irid ukoll jippreżenta l-karta tal-identita’ tiegħu jew tagħha u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara meta jissottometti l-applikazzjoni kif ukoll meta jkun qed jiġbor il-passaport f’isem ħaddieħor.

L-uffiċċju tal-passaporti jista’ jirrifjuta li jipproċessa l-applikazzjoni jekk ma jkunx jista’ jikkonferma l-identità vera tiegħu/tagħha mad-dokumenti sottomessi. Konsegwentement, l-applikanti jistgħu jintalbu jipprovdu aktar dokumentazzjoni biex jippruvaw l-identità tagħhom.

Jinħtieġ il-kunsens taż-żewġ ġenituri meta ssir applikazzjoni għall-passaport tat-tfal, anki jekk il-koppja tkun isseparat. Għalkemm il-biċċa l-kbira tal-ġenituri separati jkollhom il-kura u l-kustodja tal-minorenni, dan ma jagħtix dritt awtomatiku sabiex japplikaw għall-passaport tat-tfal mingħajr il-kunsens tal-parti l-oħra. Konsegwentement, l-Uffiċċju tal-Passaporti jinħtieġ il-kunsens taż-żewġ ġenituri sabiex jinħareġ il-passaport tal-minuri.

Jekk xi ħadd mill-ġenituri jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu biex jinħareġ il-passaport tat-tfal, allura l-ġenitur l-ieħor għandu jfittex rikors mill-Qorti tal-Familja sabiex iġib l-awtorizzazzjoni meħtieġa.

Jekk wieħed mill-ġenituri separati jkun barra mill-pajjiż, il-kunsens għandu jintbagħat mill-eqreb Ambaxxata jew Konsolat Malti. Ir-rappreżentanza Maltija barra mill-pajjiż se tivverifika l-identità tal-ġenitur u se tibgħat il-kunsens tiegħu/tagħha lill-Uffiċċju tal-Passaporti permezz tal-Ambaxxata. Il-kunsensi li jaslu bil-fax, bl-email jew bil-posta ma jiġux aċċettati, sakemm ma jgħaddux miċ-channels indikati hawn fuq.

F’tali ċirkostanzi wieħed għandu jitlob l-assistenza u gwida mill-Uffiċċju tal-Passaporti.

Meta qed tapplika għall-passaport Malti, huwa importanti li twelid, żwieġ, separazzjoni jew divorzju (fejn applikabbli) ikun irreġistrat mal-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku Malti qabel tapplika għall-passaport.

Jekk l-applikant akkwista ċ-cittadinanza Maltija permezz ta’ reġistrazzjoni, naturalizzazzjoni jew għandu nazzjonalità doppja, allura ċ-ċertifikati rilevanti għandhom jiġu ppreżentati mal-applikazzjoni. M’hemmx bżonn ta’ ċertifikati oħra.

Kull min sar ċittadin Malti u ser jagħmel il-Passaport l-ewwel darba jinħtieġ li jirrikorri personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti u jippreżenta dawn id-dokumenti:

  • Il-Formola A (li tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku) bis-sezzjonijiet 1, 2, 5, 7 u 9 mimlija. Sezzjoni 7 trid timtela minn rakkomandant;
  • Il-Karta tal-Identità. (Jekk m’għandux Karta tal-Identità għaliex ma jgħix hawn Malta, irid iġib ritratt wieħed tal-passaport iffirmat mill-istess rakkomandant li ffirma Sezzjoni 7 mill-Formola A; u
  • Iċ-Ċertifikat taċ-Ċittadinanza Maltija.

Ir-ritratt biometriku kif ukoll il-marki tas-swaba’ jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti.

F’ċirkostanzi normali, l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fi żmien erbat (4) ijiem ta’ xogħol u jinġabru mill-Uffiċċju tal-Passaporti. F’każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta kif suppost, isir kuntatt mal-applikant sabiex jirranġa fejn meħtieġ. Kemm-il darba l-applikant ma jipprovdix id-dokumenti neċessarji  il-proċess tal-applikazzjoni tal-passaport tieqaf.

Kundizzjonijiet fl-Użu

Il-passaport bijometriku fih karatteristiċi sensittivi tal-elettronika, u m’għandux ikun mgħawweġ, imtaqqab jew espost għal temperaturi estremi (mhux inqas minn -10°C u mhux aktar minn +50 °C) jew mgħaddas fi kwalunkwe tip ta’ likwidu.

Il-passaport għandu jinżamm f’post nadif u xott, u protett minn dawl UV/viżibbli, stress mekkaniku, brix jew tħakkik. Għandu jiġi evitat li jingħata daqqiet eċċessivi, li jistgħu jirriżultaw f’marki viżivi. Dan il-passaport huwa proprjetà tal-Gvern ta’ Malta u hija fid-diskrezzjoni tal-Gvern jekk iridx jiġi rtirat. Dan huwa dokument siewi li ma jista’ jiġi mmodifikat bl-ebda mod u m’għandux jitħalla fil-pussess ta’ xi persuna mhux awtorizzata. Kull tentattiv biex tinbidel l-informazzjoni jew id-dehra tal-passaport jinvalidaw ukoll il-garanzija.

In-nuqqas ta’ osservazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet iwassal biex il-passaport jiġi sostitwit a spejjeż tal-applikant. Fil-każ ta’ abbuż intenzjonat jew tentattivi ta’ manipulazzjoni, jistgħu jittieħdu passi kriminali kontra l-applikant. Ħsara aċċidentali jew intenzjonata lill-passaport tinvalida l-garanzija.

Programm tat-Tneħħija tal-Viża

Il-Programm tat-Tneħħija tal-Viża huwa programm tal-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika li jippermetti liċ-ċittadini ta’ Malta u ċittadini minn pajjiżi oħra li jidħlu fl-Istati Uniti għal skopijiet ta’ turiżmu jew negozju, sa 90 ġurnata mingħajr ma jkollhom bżonn li jagħmlu viża. Il-vantaġġ li wieħed jidħol fl-Istati Uniti tal-Amerika taħt il-programm għat-tneħħija tal-Viża huwa li l-vjaġġaturi, jistgħu jivvjaġġaw fuq avviż qasir mingħajr ma jiksbu viża minn qabel. Il-Programm għat-Tneħħija tal-Viża japplika għat-territorji kollha tal-Istati Uniti tal-Amerika, inklużi l-Puerto Rico, il-Guam, u l-Virgin Islands.

Madankollu, il-vjaġġaturi li jkollhom passaport elettroniku Malti għandhom jirreġistraw minn qabel u jkollhom iż-żjara tagħhom fl-Istati Uniti tal-Amerika approvata. Ir-Reġistrazzjoni ssir onlajn permezz tal-Electronic System for Travel Authorization (ESTA). ESTA hija sistema awtomatizzata li tiddetermina l-eliġibbiltà tal-viżitaturi biex jivvjaġġaw lejn l-Istati Uniti taħt il-Programm tat-Tneħħija tal-Viża. Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar fil-preżent hija valida għal sentejn (2) sakemm il-passaport ma jeskadix qabel, f’tali każ id-data ta’  skadenza u l-validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun l-istess.

Kif indikat hawn fuq, l-ESTA hija sistema ta’ applikazzjoni għal individwi li jivvjaġġaw taħt il-Programm għat-Tneħħija tal-Viża. Il-Programm għat-Tneħħija tal-Viża għamilha aktar faċli għal miljuni ta’ viżitaturi li għandhom passaport elettroniku biex iżuru l-Istati Uniti. Il-proċess ta’ applikazzjoni tal-ESTA huwa ssorveljat u ġestit mid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (DHS).

Biex wieħed japplika għal ESTA, għandu jidħol fis-sit elettroniku tal-Ambaxxata tal-Istati Uniti (https://mt.usembassy.gov/), jidħol fis-sezzjoni tal-viżi, jagħfas fuq Learn More About ESTA – Visa Waiver Program u jagħżel Apply for an ESTA authorisation. B’hekk l-applikant jittieħed fis-sezzjoni fejn hemm l-applikazzjoni, fejn l-applikanti jridu jwieġbu għal sensiela ta’ mistoqsijiet.Applikanti minn pajjiżi fil-Programm għat-Tneħħija tal-Viża, inkluż Malta, se jintalbu jħallsu $14.00 meta japplikaw għall-Electronic System for Travel Authorization (ESTA).

L-ESTA mhijiex Viża. Fil-fatt persuna li ġejja minn pajjiż li mhuwiex f’dan il-programm l-anqas għandu jipprova japplika għall-ESTA. L-ESTA tagħmel screening biss ta’ applikanti li ġejjin minn pajjiżi li qegħdin fil-Programm għat-Tneħħija tal-Viża sabiex tippermettilhom jidħlu fl-Istati Uniti.  ESTA approvata ma tiggarantixxix id-dħul fl-Istati Uniti, iżda huwa prerekwiżit li wieħed jinħtieġ biex jivvjaġġa lejn l-Istati Uniti bl-ajru jew bil-baħar. Jekk il-vjaġġatur ma jkollux l-approvazzjoni tal-ESTA, hu/hi jingħataw struzzjonijiet sabiex japplikaw għal viża fl-eqreb Ambaxxata Amerikana. Mingħajr l-approvazzjoni tal-ESTA, il-vjaġġaturi jistgħu jesperjenzaw dewmien u ma jitħallewx jitilgħu fuq l-ajruplan jew jiġu rifjutati milli jidħlu fil-fruntieri tal-Istati Uniti.

Vjaġġaturi li ġejjin minn pajjiż li qiegħed fil-Programm għat-Tneħħija tal-Viża u li m’għandhomx fil-pussess tagħhom passaport elettroniku, iżda verżjoni antika, jinħtieġu li japplikaw għal viża minn qabel.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur https://esta.cbp.dhs.gov/

Gwida dwar ir-Ritratt tal-Passaport

L-applikanti huma avżati biex isegwu bir-reqqa l-istruzzjonijiet t’hawn taħt. Jekk ir-ritratti ma jkollhomx ir-rekwiżiti msemmija, allura l-applikazzjoni titqies bħala mhux kompluta u tista’ tiġi rrifjutata. Ir-ritratti jinżammu għal skopijiet ta’ rekord u ma jingħatawx lura lill-applikant.

Ir-ritratti huma meħtieġa fil-każijiet li ġejjin:

  • Minorenni taħt l-14-il sena;
  • Persuni li m’għandhomx karta tal-identita Maltija valida peress li mhumiex residenti f’Malta;
  • L-applikanti ma jistgħux imorru personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti minħabba raġunijiet ta’ saħħa, anzjanità jew mard;
  • Persuni li jmorru fl-Ambaxxati Maltin fejn m’hemmx l-apparat meħtieġ biex jittieħed ritratt biometriku.

Kull meta l-applikanti jintalbu jehmżu sett ta’ ritratti mal-applikazzjoni tagħhom, huwa importanti li jkun infurmat b’dan li ġej:

  • Ir-ritratti għandhom jiġu stampati fuq karta tar-ritratti ta’ kwalità tajba b’riżoluzzjoni għolja;
  • Ir-ritratti għandhom ikunu bil-kulur, meħuda fuq sfond abjad u fuq karta li ma tleqqx;
  • Ir-ritratti m’għandhomx ikunu ilhom li ttieħdu aktar minn sitt (6) xhur;
  • Ir-ritratti għandhom ikunu identiċi, fil-każ meta jinħtieġu żewġ ritratti tal-individwu;
  • Fil-każ ta’ minorenni ta’ taħt l-14-il sena, it-tifel/tifla minorenni għandu/għandha j/tkun l-uniku suġġett tar-ritratt. M’għandu jidher xejn aktar fil-kwadru tar-ritratt għajr il-minorenni, waħdu/waħedha, mingħajr persuni ħdejh/a, mingħajr id-dahar tas-siġġu jidher jew xi ġugarell; 
  • Ir-ritratti għandhom ikunu 45mm x 35mm (1.77 x 1.38 pulzier) fl-għoli u l-wisa’ u juru mill-viċin ras l-applikant u l-parti ta’ fuq tal-ispallejn. Il-wiċċ għandu jokkupa 70-80 fil-mija tad-dimensjoni vertikali tar-ritratt;
  • Ir-ritratti għandhom ikunu ffukati ħafna, ta’ kwalità għolja u mingħajr ebda tikmix jew marki tal-linka;
  • Ir-ritratti għandhom juru lill-applikant minn quddiem (iħares lejn il-kamera), b’espressjoni newtrali.  Għandhom ikunu mdawwla u juru kuntrast xieraq u t-tonalitajiet tal-ġilda b’mod naturali;
  • Ir-ritratti għandhom juru lill-applikant b’għajnejh miftuħin u viżibbli b’mod ċar mingħajr ma jkollu xagħar quddiem għajnejh u b’ħalqu magħluq;
  • Ir-ras għandha tkun wieqfa b’tali mod li l-linja orizzontali immaġinarja ta’ bejn iċ-ċentri tal-għajnejn tkun parallela mat-tarf ta’ fuq tal-istampa;
  • Iż-żewġ naħat tal-wiċċ għandhom ikunu viżibbli b’mod ċar;
  • L-isfond għandu jkun sempliċi u abjad.
  • Id-dawl għandu jkun uniformi, mingħajr ebda dellijiet u ebda riflessjoni fuq il-wiċċ;
  • M’għandux ikun hemm għajnejn ħomor;
  • Il-persuna għandha tkun liebsa ħwejjeġ normali ta’ kuljum, mingħajr kappell jew nuċċali skur.
  • Imkatar mar-ras mhumiex aċċettabbli, ħlief f’ċirkostanzi speċifiċi u approvati mill-awtorità kompetenti. Tali ċirkostanzi jistgħu jkunu reliġjużi, mediċi jew kulturali;
  • Sakemm ma jintlibsux kuljum għal raġunijiet reliġjużi, kpiepel jew imkatar jew ilbies ieħor ta’ fuq ir-ras għandhom jitneħħew għar-ritratt. Għandha tiġi sottomessa mal-applikazzjoni, dikjarazzjoni ffirmata mill-applikant li tivverifika li l-oġġett jintlibes kuljum għal raġunijiet reliġjużi. Fil-każijiet kollha, l-ebda oġġett jew ilbies m’għandu jgħatti jew idallam parti mill-wiċċ;
  • Ritratt li juri persuna liebsa maskra jew velu tradizzjonali li ma jippermettix identifikazzjoni adekwata, mhuwiex aċċettabbli;
  • In-nuċċali: ir-ritratti għandhom juru l-għajnejn b’mod ċar, mingħajr ebda riflessjoni fuq in-nuċċali u ebda lenti kkulurita. Jekk ikun possibbli, għandhom jiġu evitati frames goffi tan-nuċċali. Dawn m’għandhomx jgħattu xi parti mill-għajnejn. Nuċċalijiet skuri jew li mhumiex tal-vista, b’lenti kkulurita, mhumiex aċċettabbli sakemm ma jkunux meħtieġa għal raġunijiet mediċi, f’liema każ jista’ jkun meħtieġ ċertifikat mediku;
  • Ritratti fejn wiċċ il-persuna mhuwiex iffukat, ma jiġux aċċettati;
  • Ritratti meħuda fi slot machines, minsuġa, ta’ kwalità inferjuri u jew li jistgħu jitilfu l-kulur jew sensittivi għas-sħana, ma jiġux aċċettati;
  • Ritratti oriġinali biss huma aċċettabbli. Ritratti kkupjati jew skenjati diġitalment ma jiġux aċċettati;
  • Ir-ritratti m’għandhomx ikunu diġitalment mibdula jew irranġati biex jibdlu d-dehra tal-persuna b’xi mod.

Formoli

Ikklikkja fuq u agħżel mil-lista fuq il-lemin

Mistoqsijiet Komuni

Passaport elettroniku għandu ċippa elettronika inkorporata fih, li b’mod sikur taħżen l-informazzjoni personali tad-detentur. Huwa jipprovdi wkoll valur addizzjonali ta’ sigurtà.

Iċ-ċittadini Maltin li japplikaw għal passaport għandhom imorru l-uffiċċju tal-passaporti personalment ħlief għal persuni li ma jistgħux joħorġu minn djarhom, persuni anzjani jew morda u tfal taħt is-sitt (6) snin.

Jekk l-applikant ma jkunx jista’ jmur personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti, membru tal-familja jista’ jimla l-formola għalih/ha.

Iċ-ċittadini Maltin li japplikaw għal passaport għandhom jimlew il-Formola A u din trid tkun iffirmata mir-rakkomandant, u magħhom iridu jġibu l-karta tal-identità tagħhom (fejn applikabbli) u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara. Dawk l-individwi li mhumiex reġistrati mar-Reġistru Pubbliku għandhom jikkuntattjaw minn qabel lill-Uffiċċju tal-Passaporti, u jitolbu informazzjoni dwar liema dokumenti għandhom jippreżentaw.

Ir-refuġjati u l-persuni li ngħataw status umanitarju temporanju, jeħtieġ li jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-istatus ta’ refuġjat u ċ-ċertifikat tal-istatus umanitarju tagħhom.

F’każ ta’ tiġdid, jeħtieġ li jiġi ppreżentat ukoll il-passaport ta’ qabel. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok mur fuq is-sezzjoni dwar kif tapplika għall-passaport.

Ir-ritratti jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Passaporti sakemm:

  • L-applikant ma jkunx jista’ jiġi personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti (minħabba raġunijiet ta’ saħħa, anzjanità jew mard). F’dak il-każ, il-persuna li tapplika għan-nom tagħha teħtieġ li tissottometti żewġ (2) ritratti ffirmati tal-applikant, kif spjegat hawn taħt.
  • Tfal sa ħames (5) snin jeħtieġ li jkollhom żewġ (2) ritratti* iffirmati minn rakkomandant. It-tifel/tifla ma jinħtiġux imorru l-uffiċċju tal-passaporti.
  • Minuri li għandhom bejn sitta (6) u tlettax-il (13-il sena) jeħtieġ li jkollhom ritratt wieħed (1)* iffirmat minn rakkomandant. Il-minorenni għandhom imorru personalment fl-Uffiċċju tal-passaporti biex tittieħdilhom l-informazzjoni bijometrika tal-wiċċ. Tfal ta’ tnax-il sena (12) jew aktar jittieħdulhom ukoll il-marki tas-swaba’.
  • Minuri li għandhom bejn l-erbatax u ħmistax-il sena (bejn l-14-il sena u 15-il sena) m’għandhomx għalfejn iġibu magħhom ritratt tal-passaport, iżda jridu jippreżentaw il-karta tal-identità Maltija 14+ tagħhom u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara. Il-minorenni għandhom imorru fl-Uffiċċju tal-Passaporti biex tittieħdilhom l-informazzjoni bijometrika tal-wiċċ, il-marki tas-swaba’ u l-firma.
  • Individwi li għandhom bejn sittax-il sena u sbatax-il sena (bejn is-16-il sena u s-17-il sena)  m’għandhomx għalfejn iġibu magħhom ritratt tal-passaport, iżda jridu jippreżentaw il-karta tal-identità Maltija 16+ tagħhom u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara. Il-minorenni għandhom imorru personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti biex tittieħdilhom l-informazzjoni bijometrika tal-wiċċ, il-marki tas-swaba’ u l-firma.

* Id-daqs tar-ritratt tal-passaport għandu jkun 40mm x 30mm u kull fejn jinħtieġu żewġ (2) ritratti, dawn għandhom ikunu identiċi, meħudin bil-kulur fuq sfond abjad, u pprintjati fuq karta li ma tleqqx.  Il-wiċċ għandu jkun iħares dritt lejn il-kamera, li juri espressjoni newtrali. Ir-ritratti għandhom jittieħdu wiċċ sħiħ mingħajr ma jintlibsu kappell jew nuċċali ikkulurit. Ritratti bil-magna ta’ slots, ritratti minsuġa, ritratti ta’ grupp, ritratti ta’ kwalità inferjuri u ritratti soġġetti għal fading jew sensittivi għas-sħana, mhumiex aċċettabbli.

Ir-rakkomandant huwa mitlub li japprova u jiffirma wieħed (1) mir-ritratti, fuq in-naħa ta’ wara billi jikteb “Certified true likeness of Mr/Ms (isem u kunjom l-applikant)”.

Persuni ta’ tnax (12-il sena) u aktar iridu jittieħdulhom il-marki tas-swaba’ tagħhom u l-karatteristiċi bijometriċi tal-wiċċ meta japplikaw għal passaport ordinarju, diplomatiku jew aljen, jew għal dokument tal-ivvjaġġar.

Normalment, is-swaba’ l-werrejja tax-xellug u tal-lemin jiġu skenjati. Inkella, kull meta ma jkunux jistgħu jittieħdu l-marki tas-swaba’ tal-werrej, jistgħu jittieħdu dawk tas-subgħa l-kbir, tan-nofs jew taċ-ċurkett.

Jekk l-applikant ikollu xi problema fiżika temporanja u l-marki tas-swaba’ ma jkunux jistgħu jittieħdu, jinħariġlu passaport validu għal sena jew inqas. L-uffiċċju tal-passaporti ma jistax jieħu żewġ marki tas-swaba’ differenti mill-istess id. Passaport validu għal perijodu sħiħ imbagħad jista’ jinħareġ ladarba l-individwu jirkupra mill-problema fiżika temporanja tiegħu/tagħha u jittieħdulu l-marki tas-swaba’ tiegħu/tagħha. F’dawn il-każijiet, l-applikant ikollu jissottometti l-passaport kurrenti tiegħu/tagħha sabiex jitħassar, jimla l-formola A u jħallas il-miżata.

Huwa biss f’dawk il-każijiet fejn l-applikant ikollu xi problema fiżika permanenti u ma jistgħux jittieħdulu l-marki tas-swaba’ tiegħu/tagħha, li l-Uffiċċju tal-Passaporti joħroġ passaport validu għal perijodu sħiħ rilevanti. Dawn il-każijiet jiġu evalwati każ b’każ  mill-uffiċjal prinċipali tal-passaporti jew minn persuna oħra mqabbda minnu/ha. L-applikant xorta jkun meħtieġ li jmur l-Uffiċċju tal-Passaport sabiex jittieħdulu r-ritratt u l-firma diġitali tiegħu/tagħha.

Min-naħa l-oħra, jekk applikant li jkollu tnax-il sena (12) jew aktar u ma jkunx jista’ jmur personali biex japplika għall-passaport u jipprovdi l-marki tas-swaba’ tiegħu minħabba kundizzjonijiet mediċi temporanji jew permanenti, mard jew minħabba anzjanità, il-passaport jinħareġ validu għal sena (1) jew inqas. F’dawn il-każijiet, għandu jiġi sottomess ċertifikat mediku biex isostni l-kundizzjoni tal-applikant.

Fil-każ li l-magna tal-marki tas-swaba’ tonqos milli tieħu l-marki minħabba problema teknika (speċjalment f’ċirkostanzi urġenti u fil-każ ta’ passaport mitlub barra l-ħinijiet tal-uffiċċju) l-Uffiċċju tal-Passaporti joħroġ passaport mingħajr il-marki tas-swaba’ u jkun validu għal sena (1) jew inqas.

Mal-ġbir tal-passaport (irreferi għan-nota 13 fil-formola A) l-applikant se jintalab li jittieħdulu l-marki tas-swaba għal darb’oħra. Dan isir sabiex jiġi vverifikat li huwa d-detentur tal-passaport li jkun qed jiġbor il-passaport tiegħu/tagħha. L-applikanti li għandhom tnax-il sena (12) jew aktar għandhom imorru personalment biex jiġbru l-passaport tagħhom (il-minuri għandhom dejjem ikunu akkumpanjati minn wieħed mill-ġenituri tagħhom). Jekk il-marki tas-swaba’ maqbuda dakinhar tal-ġbir ma jaqblux mal-marki tas-swaba’  maħżuna fuq iċ-ċippa tal-passaport, il-passaport ma jingħatax u l-kwistjoni tiġi investigata mill-Uffiċjal tal-Passaporti.

F’ċirkostanzi normali, iż-żmien li jieħu biex jinkiseb passaport ġdid huwa ta ‘ erbat (4) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-applikazzjoni. Fil-każ ta’ emerġenza, passaport jista’ jkun lest f’erba’ (4) sigħat tax-xogħol.

L-applikanti jridu jippreżentaw il-karta tal-identita’ tagħhom u jistgħu jiġbru l-passaporti tagħhom fil-ġranet li ġejjin:

Ħinijiet ta’ ftuħ bejn l-1 ta’ Settembru u l-31 ta’ Marzu
Ġurnata Ħin
It-Tnejn Mis-07:30  sas-14:00
It-Tlieta Mis-07:30  sas-14:00
L-Erbgħa Mis-07:30 sas-14:00/         Mit-15:00 sas-18:0
Il-Ħamis Mis-07:30 sas-14:00
Il-Ġimgħa Mis-07:30 sas-14:00
Is-Sibt Mis-07:30 sal-11:00
Ħinijiet ta’ ftuħ bejn l-1 ta’ April u l-31 ta’ Awwissu
Ġurnata Ħin
It-Tnejn Mis-07:30 sas-14:00
It-Tlieta Mis-07:30 sas-14:00
L-Erbgħa Mis-07:30 sas-14:00/            Mit-15:00 sas-18:00
Il-Ħamis Mis-07:30 sas-14:00
Il-Ġimgħa Mis-07:30 sas-14:00/            Mit-15:00 sas-18:00
Is-Sibt Mis-07:30 sal-11:00

Iva, persuna li għandha ċittadinanza doppja tista’ tapplika għall-passaport Malti. Minbarra li jimla l-formola rilevanti, l-applikant ikun irid jippreżenta ittra uffiċjali li tikkonferma li l-Gvern Malti jagħraf lill-applikant bħala ċittadin b’ċittadinanza doppja. Din l-ittra hija maħruġa mill-Unit taċ-Ċittadinanza u kopja tal-imsemmi dokument minn quddiem u minn wara trid tiġi ppreżentata..

Ċittadin ta’ Malta jista’ japplika għall-passaport Malti f’waħda mill-Ambaxxati ta’ Malta, Kummissjonijiet Għolja jew Uffiċċji Konsulari.

L-Uffiċċju tal-Passaporti qiegħed Onda Building, Aldo Moro Road, Marsa, MRS 9065.

Iva, tista’ tapplika mill-uffiċċju ta’ Għawdex li qiegħed fid-Dipartiment tas-Servizzi tal-Konsumatur, l-Uffiċċju tal-Passaporti, Pjazza San Franġisk, Ir-Rabat, Għawdex.

Numru tat-telefown:  (+356) 2215 6270 jew (+356) 2215 6247

Jekk tapplika Għawdex, imbagħad tista’ tiġbor il-passaport mill-istess uffiċċju f’Għawdex.

Il-Form A tista’ jew titniżżel minn dan is-sit elettroniku jew inkella tinġabar mill-Uffiċċju tal-Passaport jew minn kwalunkew Kunsilli Lokali, Għassa tal-Pulizija jew aġenziji tal-ivvjaġġar.

Jekk passaport jintilef, jinsteraq jew jinqered, id-detentur ikun meħtieġ li jippreżenta rapport tal-pulizija li jiddikjara t-telf/is-serq/il-qerda tal-passaport. L-Uffiċċju tal-Passaporti mhux se jipproċessa l-applikazzjoni sakemm ma jkunx ġie ppreżentat rapport tal-Pulizija. L-applikant ikun jeħtieġ li jieħu ġurament jew jagħti dikjarazzjoni maħlufa lill-Uffiċċju tal-Passaporti. Barra minn hekk, l-applikant ikun jeħtieġ jimla l-formoli rilevanti u jħallas it-tariffi applikabbli.

Tariffi Applikabbli

Tip ta’ passaport Validità Prezz
Passaport tal-Adulti ta’ aktar minn 16-il sena (Jekk tapplika bejn Settembru u Marzu) Għaxar snin €70
Passaport tal-Adulti ta’ aktar minn 16-il sena (Jekk tapplika bejn April u Awwissu) Għaxar snin €80
Passaport tal-Minuri bejn l-għaxar snin u l-15-il sena Ħames snin €40
Passaport tal-Minuri taħt l-għaxar snin Sentejn €16
Servizzi Prezz
Amministrazzjoni tal-Ġurament  (għal passaporti biss) €11
Traduzzjoni bl-Għarbi €7
Passaport Kollettiv €95
Dokument ta’ Identità/Dokument ta’ Emerġenza €9
Passaport Diplomatiku (maħruġ biss bl-awtorità) €40
Dokument tal-Ivvjaġġar tar-Refuġjati (l-etajiet kollha) €60
Passaport għal Stranġieri (etajiet kollha) €60
It-Tieni Passaport (maħruġ b’awtorità speċjali) €135
Passaport urġenti għal persuni li għalqu s-16-il sena (maħruġ f’erba’ sigħat) €140
Passaport urġenti għal minuri li għandhom bejn l-għaxar snin u l-15-il sena (maħruġ f’erba’ sigħat) €80
Passaport urġenti għal minuri li għandhom inqas minn għaxar snin (maħruġ f’erba’ sigħat) €60
Passaport urġenti għal persuni li għalqu 16-il sena (maħruġ wara l-ħin tax-xogħol u f’każijiet speċjali biss) €185
Passaport urġenti għal minuri li għandhom bejn l-għaxar snin u l-15-il sena (maħruġ wara l-ħin tax-xogħol u f’każijiet speċjali biss) €125
Passaport urġenti għal minuri li għandhom inqas minn għaxar snin (maħruġ wara l-ħin tax-xogħol u f’każijiet speċjali biss) €105

Id-drittijiet tal-passaporti jitħallsu bil-quddiem. L-uffiċċju tal-passaporti jaċċetta flus

Ir-rakkomandant huwa xi ħadd gradwat mill-Universita’ b’degree jew aktar li jkun ilu jaf lill-applikant aktar minn sentejn (2). Irid jagħmel it-timbru jew jikteb f’hiex inhu gradwat jew jikteb il-warrant number f’sezzjoni 7. Fil-każ ta’ minuri, ir-rakkomandant ma jistax ikun xi ħadd mill-ġenituri.

Identity Malta Agency

Ħinijiet tal-Ftuħ - Malta

Uffiċċju tal-Passaporti – Malta
Ġurnata Ħin
It-Tnejn Mis-07:30 – sa-14:00
It-Tlieta Mis-07:30 – sa-14:00
L-Erbgħa Mis-07:30 – sa-14:00 u mit-15:00 sas-18:00
Il-Ħamis Mis-07:30 – sas-14:00
Il-Ġimgħa Mis-07:30 – sas-14:00
Is-Sibt Mis-07:30 – sal-11:00
Uffiċċju tal-Passaporti – Għawdex | Xitwa
Ġurnata Ħin
It-Tnejn Mis-07:30 – sas-13:30
It-Tlieta Mis-07:30 – sas-13:30
L-Erbgħa Mis-07:30 – sas-13:30
Il-Ħamis Mis-07:30 – sas-13:30
Il-Ġimgħa Mis-07:30 – sas-13:30
Is-Sibt Mis-07:30 – sal-11:00

 

Uffiċċju tal-Passaporti – Għawdex | Sajf
Ġurnata Ħin
It-Tnejn Mis-07:30 – sas-12:00
It-Tlieta Mis-07:30 – sas-12:00
L-Erbgħa Mis-07:30 – sas-12:00
Il-Ħamis Mis-07:30 – sas-12:00
Il-Ġimgħa Mis-07:30 – sas-12:00
Is-Sibt Mis-07:30 – sal-11:00

Kummenti u Feedback

Għenitek din il-paġna? Għidilna jekk din l-informazzjoni hijiex ta’ għajnuna jew jekk hemmx modi kif nistgħu ntejbuha. Segwi l-link hawn taħt.

Nixtieq inħalli feedback dwar din il-paġna

Irrapporta l-ostakli li nqalgħu waqt l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħek tas-suq intern

Sib għajnuna f’dan il-qasam

Your Europe Logo

Uffiċċju tal-Passaport (Għawdex)

Numri tat-telefown importanti

  • Awtoritajiet dwar l-Immigrazzjoni: (+356) 2122 4001
  • L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta: (+356) 2124 9600
  • Tagħrif dwar it-titjiriet: (+356) 5230 2000
  • Numru ta’ emerġenza: 112
  • Servizz dwar Informazzjoni Governattiva: 153