Unit tal-Espatrijati

Il-Unit tal-Espatrijati jieħu ħsieb l-aktar il-proċess legali tal-immigrazzjoni, billi jipproċessa u joħroġ dokumentazzjoni b’rabta mar-residenza. Dan jinvolvi l-implimentazzjoni tal-proviżjonijiet legali fir-rigward tal-libertà tal-moviment taċ-ċittadini tal-UE u regolamenti oħra li jikkonċernaw ċittadini minn pajjiżi terzi.

Iċ-ċittadini tal-UE li jeżerċitaw id-drittijiet li joħorġu mit-Trattat, jinħarġilhom dokument ta’ residenza li jirrifletti l-pożizzjoni ta’ tagħhom f’Malta. Filwaqt li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jinħarġilhom permess ta’ residenza li jippermettihom li jirrisjedu legalment f’Malta u jagħtihom

il-fakultà li jivvjaġġaw liberament mingħajr viża fiż-żona Schengen u jaqsmu l-fruntieri esterni tiegħu. Skont l-Att dwar il-Karta tal-Identità (Kap. 258), kemm id-dokument ta’ residenza kif ukoll il-permess ta’ residenza huma dokumenti ta’ identifikazzjoni.

Il-ħruġ ta’ dokumenti ta’ residenza lil ċittadini miż-ŻEE/Żvizzeri u l-membri tal-familja tagħhom

L-Ordni dwar il-Moviment Liberu ta’ Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tal-Membri tal-Familji tagħhom tal-2007 titrasponi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004. Sussegwentement, saru emendi permezz ta’ Avviż Legali 329 tal-2011 u Avviż Legali 107 tal-2012.

Il-leġiżlazzjoni msemmija tagħmel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u tal-EEA biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu. Iċ-ċittadini Żvizzeri u ċittadini tal-UE/taż-ŻEE igawdu wkoll minn moviment liberu fit-territorju tal-UE/taż-ŻEE u l-Iżvizzera, riżultat ta’ ftehim speċjali bejn l-Istati tal-UE/taż-ŻEE u l-Iżvizzera.

Drittijiet ta’ ċittadini taż-ŻEE

Iċ-ċittadini taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) għandhom id-dritt li jirrisjedu f’Malta meta jeżerċitaw id-drittijiet mniżżla fit-Trattat bħala ħaddiema, persuni li jaħdmu għal rashom, persuni jew studenti li huma indipendenti ekonomikament. Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu ristretti għal raġunijiet ta’ public policy, sigurtà pubblika, saħħa pubblika jew jekk isiru piż mhux raġonevoli fuq is-sistema tal-assistenza soċjali ta’ Malta.

Membri tal-Familja

Membri tal-familja ta’ ċittadin miż-ŻEE għandhom id-dritt li jingħaqdu u jakkumpanjawh/ha f’Malta. Membri tal-familja huma definiti kif ġej:

  • il-konjuġi;
  • it-tfal jew in-neputijiet ta’ ċittadini miż-ŻEE jew dawk tal-konjuġi tiegħu/tagħha, li għandhom taħt il-21 sena jew li huma dipendenti fuqu;
  • il-ġenituri dipendenti jew in-nanniet taċ-ċittadin miż-ŻEE jew tal-konjuġi tiegħu/tagħha.

Fil-każ ta’ student, il-konjuġi jew it-tfal dipendenti biss ikunu intitolati għal dritt ta’ residenza.

Membri tal-familja oħra (bħal aħwa u kuġini) u l-imsieħba m’għandhomx dritt awtomatiku li jgħixu f’Malta. Sabiex tiġi ffaċilitata t-talba tagħhom għar-residenza, il-membri tal-familja jew l-imsieħba tagħhom iridu jkunu kapaċi juru li huma dipendenti fuq iċ-ċittadin li ġej miż-ŻEE. Fil-każ ta’ sieħeb/ba għandhom juru evidenza dokumentarja li kienu f’relazzjoni fit-tul għal mill-anqas sentejn (2).

Impjieg/impjieg ta’ min jaħdem għal rasu

Iċ-ċittadini miż-ŻEE u l-membri tal-familja tagħhom jistgħu: 

  • jaċċettaw offerti ta’ xogħol u jfittxu impjieg f’Malta; 
  • jaħdmu (kemm bħala impjegat jew bħala impjieg għal rasu); u
  • jwaqqfu negozju.

Persuni ekonomikament awtosuffiċjenti (pensjonanti u persuni rtirati jaqgħu taħt din il-kategorija)

Ċittadin miż-ŻEE mhux bilfors ikollu jaħdem waqt li jkun qed jgħix Malta. Madankollu, sabiex jirrisjedi hawnhekk, irid ikun f’pożizzjoni li jsostni lilu nnifsu u lill-membri tal-familja tiegħu/tagħha li jakkumpanjawh jew li jixtiequ jingħaqdu miegħu f’Malta (mingħajr ma jirrikorru għall-fondi pubbliċi).

Iċ-ċittadin miż-ŻEE irid ikun kopert minn assigurazzjoni kontra l-mard kontra r-riskji kollha sakemm ikun f’Malta u jkollu biżżejjed riżorsi biex ma jkunx ta’ piż fuq l-Istat. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 11(5) tal-Ordni, jistabbilixxi li tali livell ta’ riżorsi għandu jkun il-mezz minimu li jiddetermina l-għoti ta’ assistenza soċjali lil ċittadini Maltin. Bħalissa dan għandu jkun kapital ta’ mill-inqas €14,000 jew dħul ta’ kull €92.72 fil-ġimgħa, jew, fil-każ ta’ koppja miżżewġa, kapital ta’ €23,300 jew dħul ta’ €105.93 fil-ġimgħa. Barra minn hekk għal kull dipendent ieħor għandu jiżdied €8.15 (ara https://socialsecurity.gov.mt/en/Documents/INF%20-%20SocialAssistanceEN.pdf).

Minkejja l-livell stipulat dwar ir-riżorsi, għandhom ukoll jitqiesu ċ-ċirkostanzi personali tal-membri tal-familja ta’ ċittadin li ġej miż-ŻEE u dawk li jakkumpanjawhom, fir-rigward tad-dritt ta’ residenza tagħhom.

Residenza permanenti

Aġġornata l-aħħar: 05/08/2020

Iċ-ċittadini tal-UE/ŻEE u l-membri tal-familja tagħhom jakkwistaw id-dritt ta’ residenza permanenti f’Malta wara li jkunu legalment għexu f’Malta għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin kif previst fid-Direttiva 2004/38 u implimentati fil-leġislazzjoni Maltija permezz tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.17.

Artikolu 10.1 (a) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi l-passi rilevanti tal-proċedura li għandhom jittieħdu mill-utent, inkluża kwalunkwe eċċezzjoni, taħt l-Artikolu 6 (3), għall-obbligu tal-Istati Membri li joffru l-proċedura sħiħa onlajn.

Persuni li japplikaw għad-dokument li jiċċertifika dan id-dritt għandhom l-ewwel jibagħtu talba permezz tal-posta elettronika (Formola tal-applikazzjoni disponibbli) u jehmżu d-dokumenti relatati. Sussegwentement, l-applikanti jkunu meħtieġa jċemplu personalment l-uffiċini ta’ Identità Malta sabiex ikollhom il-karatteristiċi bijometriċi (ritratt) tagħhom meħud.

Artikolu 10.1 (b) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi l-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli mill-proċedura, inklużi d-dettalji tal-kuntatt:

L-Aġenzija Identità Malta.

Artikolu 10.1 (c) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi l-mezzi aċċettati ta’ awtentifikazzjoni, identifikazzjoni u firma tal-proċedura.

L-applikanti huma mitluba jippreżentaw il-karta tal-identità jew il-passaport tagħhom bħala mezz ta’ identifikazzjoni.

Artikolu 10.1 (d) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi t-tip u l-format tal-evidenza li għandha tiġi sottomessa.

Id-dokumenti ta’ sostenn li jiġu sottomessi elettronikament għandhom jiġu ppreżentati fil-format oriġinali tagħhom fi stadju aktar tard.

Artikolu 10.1 (e) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi il-mezzi ta’ rimedju jew appell li huma ġeneralment disponibbli f’każ ta’ tilwim mal-awtoritajiet kompetenti.

Jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda, l-applikant għandu jiġi nfurmat bil-miktub u kif deskritt fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 460.17, u wieħed għandu d-dritt li jappella u tali appelli għandhom jitressqu għand: Il-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni, 109, Triq Zekka, il-Belt Valletta.

Artikolu 10.1 (f) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi t-tariffi applikabbli u metodi ta’ ħlas online.

M’hemm l-ebda miżata applikabbli ħlief għal:

  • Dokument mitluf – ħlas ta’ €22
  • Id-dokument li ssirlu ħsara – ħlas ta’ €16.50

Artikolu 10.1 (ġ) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi kwalunkwe skadenzi li għandhom jiġu rispettati mill-utent jew mill-awtorità kompetenti u fejn ma jeżistux skadenzi, iż-żmien medju, stmat jew indikattiv li l-awtorità kompetenti teħtieġ sabiex tikkonkludi l-proċedura.

L-Aġenzija Identità Malta għandha toħroġ id-dokument li jiċċertifika l-istatus ikkonċernat mill-aktar fis possibbli wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Jekk ikun hemm dewmien mhux ġustifikat, l-Aġenzija għandha tinforma lill-applikant b’dan.

Artikolu 10.1 (g) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi kwalunkwe regoli dwar n-nuqqas ta’ risposta mill-awtorità kompetenti u l-konsegwenzi legali ta’ dan in-nuqqas għall-utenti, inkluż l-approvazzjoni taċita jew arranġament ta’ skiet amministrattiv.

M’hemm l-ebda approvazzjoni taċita jew approvazzjoni ta’ silenzju amministrattiv. Persuna tista’ ssib rikors fuq proċess amministrattiv mal-Ombudsman. Il-leġiżlazzjoni Maltija tipprovdi għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet amministrattivi skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 12 tal-liġijiet ta’ Malta.

Artikolu 10.1 (għ) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi kwalunkwe lingwa addizzjonali oħra li biha din il-proċedura titwettaq.

Il-proċedura ssir bl-Ingliż.

Artikolu 10.1 (2) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi li jekk ma teżisti l-ebda approvazzjoni taċita, silenzju amministrattiv jew arranġamenti simili, l-awtoritajiet kompetenti, meta applikabbli, għandhom jinfurmaw lill-utenti bi kwalunkwe dewmien jew kwalunkwe estensjoni taż-żmien u kwalunkwe konsegwenza li tista’ tinħoloq.

Bħal dak imniżżel f’10.1 (g)

Studenti

Ċittadin taż-ŻEE u l-membri tal-familja tiegħu (kif definit hawn fuq) għandhom id-dritt li jirrisjedu f’Malta jekk iċ-ċittadin ikkonċernat ikun qed jsegwi kors edukattiv, inkluż taħriġ vokazzjonali, u jkun irreġistrat f’istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta skont l-Att dwar l-Edukazzjoni jew l-Att dwar is-Servizzi tal-Impjieg u t-Taħriġ. Ċittadin taż-ŻEE igawdi minn dan id-dritt ta’ residenza sakemm huwa jkollu biżżejjed riżorsi biex ikun jista’ jmantni lilu nnifsu u lill-membri tal-familja tiegħu/tagħha, mingħajr ma jirrikorri għal fondi pubbliċi, u jkollu assigurazzjoni tal-mard kontra r-riskji kollha f’Malta.

Ċertifikati ta’ reġistrazzjoni, karti ta’ residenza

Aġġornata l-aħħar: 05/08/2020

Wara tliet xhur, il-pajjiż ospitanti jista’ jirrikjedi li ċ-ċittadini barranin tal-UE jirreġistraw ir-residenza tagħhom u jippruvaw l-iskop tas-soġġorn tagħhom (inkluż impjieg, edukazzjoni jew taħriġ, jew dak li huwa meqjus bħala awtosuffiċjenti) kif stipulat fid-Direttiva 2004/38 u l-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.17. Ta’ min jinnota li mhux il-pajjiżi kollha tal-UE jimponu dan ir-rekwiżit. Fil-każ ta’ Malta, kif stipulat fis-subartikolu 2 ta’ Artikolu 7 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.17, “Meta jiskadu tliet xhur mid-data tal-wasla tagħhom f’Malta, il-persuni msemmija fis-subartikolu (1), li jkunu ċittadini tal-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw għand id-Direttur biex joħroġilhom ċertifikat ta’ reġistrazzjoni.”

Artikolu 10.1 (a) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi l-passi rilevanti tal-proċedura li għandhom jittieħdu mill-utent, inkluża kwalunkwe eċċezzjoni, taħt l-Artikolu 6 (3), għall-obbligu tal-Istati Membri li joffru l-proċedura sħiħa onlajn.

Persuni li japplikaw għad-dokument li jiċċertifika dan id-dritt għandhom l-ewwel jibagħtu talba permezz tal-posta elettronika (Formoli ta’ applikazzjoni disponibbli – Impjieg/Impjieg għal rashom; Studju; Ekonomija awtosuffiċjenti; Membri tal-familja) u jehmżu d-dokumenti relatati. Sussegwentement, l-applikanti jkunu meħtieġa jċemplu personalment l-uffiċini ta’ Identità Malta sabiex ikollhom il-karatteristiċi bijometriċi (ritratt) tagħhom meħud.

Artikolu 10.1 (b) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi l-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli mill-proċedura, inklużi d-dettalji tal-kuntatt:

L-Aġenzija Identità Malta – Taqsima tal-Espatrijati, Triq il-Wied, L-Imsida, MSD 9020. Numru tat-telefown +356 2590 4801.

Artikolu 10.1 (c) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi l-mezzi aċċettati ta’ awtentifikazzjoni, identifikazzjoni u firma tal-proċedura.

L-applikanti huma mitluba jippreżentaw il-karta tal-identità jew il-passaport tagħhom bħala mezz ta’ identifikazzjoni.

Artikolu 10.1 (d) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi t-tip u l-format tal-evidenza li għandha tiġi sottomessa.

Id-dokumenti ta’ sostenn li jiġu sottomessi elettronikament għandhom jiġu ppreżentati fil-format oriġinali tagħhom fi stadju aktar tard.

Artikolu 10.1 (e) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi il-mezzi ta’ rimedju jew appell li huma ġeneralment disponibbli f’każ ta’ tilwim mal-awtoritajiet kompetenti.

Jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda, l-applikant għandu jiġi nfurmat bil-miktub u kif deskritt fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 460.17, u wieħed għandu d-dritt li jappella u tali appelli għandhom jitressqu għand: Il-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni, 109, Triq Zekka, il-Belt Valletta.

Artikolu 10.1 (f) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi t-tariffi applikabbli u metodi ta’ ħlas online.

M’hemm l-ebda miżata applikabbli ħlief għal:

  • Dokument mitluf – ħlas ta’ €22
  • Id-dokument li ssirlu ħsara – ħlas ta’ €16.50

Artikolu 10.1 (ġ) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi kwalunkwe skadenzi li għandhom jiġu rispettati mill-utent jew mill-awtorità kompetenti u fejn ma jeżistux skadenzi, iż-żmien medju, stmat jew indikattiv li l-awtorità kompetenti teħtieġ sabiex tikkonkludi l-proċedura.

L-Aġenzija Identità Malta għandha toħroġ id-dokument li jiċċertifika l-istatus ikkonċernat mill-aktar fis possibbli wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Jekk ikun hemm dewmien mhux ġustifikat, l-Aġenzija għandha tinforma lill-applikant b’dan.

Artikolu 10.1 (g) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi kwalunkwe regoli dwar n-nuqqas ta’ risposta mill-awtorità kompetenti u l-konsegwenzi legali ta’ dan in-nuqqas għall-utenti, inkluż l-approvazzjoni taċita jew arranġament ta’ skiet amministrattiv.

M’hemm l-ebda approvazzjoni taċita jew approvazzjoni ta’ silenzju amministrattiv. Persuna tista’ ssib rikors fuq proċess amministrattiv mal-Ombudsman. Il-leġiżlazzjoni Maltija tipprovdi għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet amministrattivi skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 12 tal-liġijiet ta’ Malta.

Artikolu 10.1 (għ) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi kwalunkwe lingwa addizzjonali oħra li biha din il-proċedura titwettaq.

Il-proċedura ssir bl-Ingliż.

Artikolu 10.1 (2) tal-Portal Diġitali Uniku jistabbilixxi li jekk ma teżisti l-ebda approvazzjoni taċita, silenzju amministrattiv jew arranġamenti simili, l-awtoritajiet kompetenti, meta applikabbli, għandhom jinfurmaw lill-utenti bi kwalunkwe dewmien jew kwalunkwe estensjoni taż-żmien u kwalunkwe konsegwenza li tista’ tinħoloq.

Dan japplika bħal dak imniżżel f’10.1 (g)

Il-Unit tal-Espatrijati toħroġ permess ta’ residenza, f’format ta’ kard li jkun fiha karatteristiċi bijometriċi, li tagħti d-dritt lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi jirrisjedu legalment f’Malta.

Il-permess ta’ residenza jispeċifika l-għan tal-permess sabiex id-detentur jibqa’ f’Malta, u dan jista’ jinkludi l-każijiet li ġejjin:

  1. Single Permit;
  2. Impjieg għal rasu;
  3. Awtosuffiċjenza Ekonomika;
  4. Studju u riċerka;
  5. Raġunijiet ta’ saħħa;
  6. Membri tal-familja;Residenza fit-tul;
  7. Sieħeb/sieħba;
  8. Eżenzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali;
  9. Impjieg bi kwalifiki għolja;Trasferiment intra-azjendali;
  10. Ħaddiema staġjonali;
  11. Ħaddiema stazzjonati;
  12. Refuġjati, protezzjoni sussidjarja u SRA;
  13. Raġunijiet oħra.

Single Permit

Single Permit jawtorizza liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jirrisjedu legalment u jaħdmu f’Malta għal perijodu definit li jista’ jiġġedded. Tali applikazzjoni tiġi pproċessata permezz ta’ applikazzjoni waħda, li tinkludi l-applikazzjoni ta’ permess ta’ xogħol u ta’ residenza.

Impjieg għal rasu

Ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jaħdem għal rasu kemm-il darba Jobsplus ikun ħariġlu liċenzja tal-impjieg għall-iskop imsemmi. Din l-awtorizzazzjoni hija tirrifletti permess ta’ residenza maħruġ mill-Aġenzija Identity Malta.

Awtosuffiċjenza Ekonomika

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jippjanaw li jissottomettu applikazzjoni għal permess ta’ residenza temporanja abbażi ta’ awto-suffiċjenza ekonomika (irreferi għaċ-checklist) għandu jkollhom awtorizzazzjoni valida biex jirrisjedu f’Malta. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tkun fil-forma ta’ permess ta’ residenza jew viża. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi minn benefiċjarji ta’ programmi  ta’ residenza b’investiment jew programmi ta’ taxxa, li jinkludu l-Global Residence Programme, il-Malta Residence and Visa Programme u l-Individual Investor Programme.

Fejn ġustifikat, l-Aġenzija Identity Malta toħroġ ukoll permess għal residenza lil persuna li tkun ekonomikament awto-suffiċjenti għal residenza temporanja.

Studju, Riċerka, Taħriġ u Servizz Volontarju fil-proġett ta’ mobbiltà għaż-żgħażagħ

Permessi ta’ residenza jinħarġu lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skop ta’ studju, riċerka, taħriġ u servizz volontarju (fil-proġett ta’ mobilità għaż-żgħażagħ) skont id-dispożizzjonijiet tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.22.

Studenti

Dawn ir-regolamenti japplikaw għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li jkunu aċċettati minn istituzzjoni liċenzjata mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Għolja biex jagħmlu kors ta’ studju full-time li jwassal għal kwalifika ta’ edukazzjoni għolja (irreferi għaċ-checklist). Il-kwalifika għandha tkun rikonoxxuta mill-Malta Qualification Recognition Information Centre fil-livell 5 tal-MQF. Il-korsijiet jistgħu jinkludu wkoll programm preparatorju li jwassal għall-kwalifika ta’ edukazzjoni ogħla. Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mill-Viża għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għal permess ta’ residenza fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul tagħhom fit-territorju tal-Unjoni Ewropea. Ċittadini oħra mhux Ewropej li jeħtieġu viża biex jivvjaġġaw lejn iż-żona Schengen, għandu jkollhom viża maħruġa għal skopijiet ta’ edukazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi mill-applikant personalment waqt li jkunu f’Malta.

Il-permessi ta’ residenza jingħataw ukoll għal skop ta’ studju kull meta l-livell tal-kors ma jaqax taħt il-livelli speċifikati fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 217.22.

Raġunijiet ta’ saħħa

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiġu Malta għal trattament mediku jistgħu jingħataw permess ta’ residenza, kemm-il darba d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa tiġi ppreżentata lill-Aġenzija Identity Maltija./p>

Membri tal-familja

Persuni li jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 217.06 jinħarġilhom permess ta’ residenza għal skop ta’ riunifikazzjoni tal-familja mal-isponsor li jkun diġà jkollu permess ta’ residenza f’Malta.

Fil-każ ta’ dawk il-membri tal-familja li ma jissodisfawx il-kriterji stipulati tal-leġislazzjoni msemmija, jistgħu jingħataw permess ta’ residenza biex jgħixu f’Malta fuq abbażi ta’ każ b’każ.

Residenza fit-tul

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li (i) kienu legalment u kontinwament residenti f’Malta għal perijodu ta ‘ ħames (5) snin jew aktar, (ii) ikollhom riżorsi stabbli u regolari, (iii) ikollhom l-akkomodazzjoni tagħhom stess u (iv) jissodisfaw il-miżuri ta’ integrazzjoni (elenkati fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.05), jistgħu japplikaw għall-istatus ta’ residenza fit-tul (irreferi għaċ-checklist). L-istatus ta’ residenti fit-tul huwa permanenti u l-permess ta’ residenza jinħareġ għal perijodu ta’ ħames (5) snin.

Sieħeb/sieħba

Sħab barranin ta’ ċittadini Maltin jinħarġilhom permess ta’ residenza, kemm-il darba jkun stabbilit r-relazzjoni hija waħda stabbli u ġenwina.

Eżenzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali

L-Att dwar l-Immigrazzjoni jipprovdi għal ċerti kategoriji ta ‘ persuni li huma eżentati milli jitolbu l-permess li jirrisjedu legalment u jaħdmu f ‘ Malta. Il-benefi ċjarji li jgawdu minn dan l-istatus jinkludu konjuġi barranin ta ‘ ċittadini u tfal Maltin, taħt il-21 sena, ta ‘ konjuġi barranin u ta ‘ ċittadini Maltin. Fuq applikazzjoni, jinħarġu b ‘ permess ta ‘ residenza biex jirriflettu l-istatus tagħhom.

Impjieg bi kwalifiki għolja

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza għall-fini ta’ impjieg bi kwalifiki għolja (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.15, li jimplimentaw id-Direttiva tal-Kunsill tal-UE 2009/50/KE) għandhom ikollhom permess ta’ residenza li jissejjaħ EU Blue Card.

  • Key Employee Initiative

Il-Key Employee Initiative hija skema nazzjonali li tgħaġġel il-proċess tal-applikazzjoni għal Single Permit għal professjonijiet speċjalizzati ħafna.

Min huwa eliġibbli biex japplika taħt l-inizjattiva ewlenija tal-impjegati?

  • Key Employee huwa persuna b’ħiliet għolja u li hija kruċjali fit-tmexxija ta’ organizzazzjoni.
  • Għall-finijiet ta’ din l-inizjattiva, l-impjegat irid ikollu mill-inqas €30,000 bħala salarju annwali bażiku.
  • Key Employees għandhom jokkupaw karigi maniġerjali jew karigi tekniċi għoljin li jeħtieġu kwalifiki suffiċjenti jew esperjenza adegwata f’diversi setturi tal-impjiegi. 
  •  Dawn il-persuni jista’ jkollhom kuntratt ta’ impjieg definit jew indefinit.

Trasferimenti Intra-Azjendali

Trasferiment intra-azjendali huwa secondment temporanju għal finijiet ta’ xogħol u ta’ taħriġ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz (TCN) minn impriża stabbilita barra minn Malta lil entità lokali li hija parti mill-istess impriża. It-trasferiment jista’ jsir ukoll minn entità stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-UE lil entità ospitanti f’Malta. L-ammissjoni ta’ dawn il-persuni hija rregolata mil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.21.

Ħaddiema staġjonali

Ħaddiema staġjonali li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi jista’ jinħarġilhom permess ta’ residenza għall-fini ta’ impjieg kemm-il darba jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.20.

Ħaddiema stazzjonati

Ħaddiem stazzjonat f’Malta huwa impjegat normalment ma jaħdimx f’Malta iżda li jintbagħat mill-impriża barranija biex jaħdem f’Malta għal perijodu limitat ta’ żmien. L-imsemmija ħaddiema huma meħtieġa li jirreġistraw mad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER). L-Aġenzija Identity Malta toħroġ permess ta’ residenza li tirrifletti dan l-istazzjonar għal perijodu limitat ta’ żmien, sakemm dawn jipproduċu d-dokumentazzjoni meħtieġa mid-dipartiment imsemmi.

Refuġjati u Protezzjoni Sussidjarja

L-għoti ta’ status ta’ refuġjat u ta’ protezzjoni sussidjarja huwa r-responsabbiltà tal-Kummissarju għar-Refuġjati. Wara l-ħruġ taċ-ċertifikat li jikkonferma dan l-istatus, l-Aġenzija Identity Malta toħroġ permess ta’ residenza u d-dokumentazzjoni relatata mas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

SRA (Specific Residence Authorisation)

Persuni, li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali tkun ġiet finalment irrifjutata mill-awtoritajiet relevanti dwar l-ażil, jistgħu japplikaw għal status ta’ bl-isem ta’ Specific Residence Authorisation (SRA). L-eliġibbiltà għall-istatus imsemmi għandha tkun ivvalutata abbażi tal-kriterji u l-linji gwida deskritti fil-policy. L-evalwazzjoni għandha titwettaq mill-Aġenzija Identity Malta f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-immigrazzjoni pertinenti.

Raġunijiet oħra

Jista’ jkun hemm raġunijiet oħra li jistgħu jiġġustifikaw il-ħruġ ta’ permess ta’ residenza u t-talbiet rilevanti jiġu evalwati każ każ.

Applikazzjoni għal Single Permit

Single Permit jawtorizza liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi biex jgħixu legalment u jaħdmu f’Malta għal perijodu definit, li jista’ jiġġedded aktar. Skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.17, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jistgħu jippreżentaw applikazzjoni waqt li jkunu jew għadhom barra mill-pajjiż jew joqogħdu legalment fit-territorju Malti.

L-applikazzjonijiet għal permess ta’ residenza għandhom jiġu approvati minn min iħaddem u l-permess ma jibqax japplika jekk l-applikant ma jibqax jibqa’ fl-impjieg speċifikat.

Single Permit ma jippermettix lid-detentur:
• Li jagħmel xogħolijiet bi ħlas minn terzi apparti mill-employer identifikat fil-permess ;u
• Li jagħmel xogħol mhux awtorizzat u mhux relatat mal-attività speċifika tal-impjieg indikata fl-applikazzjoni tagħhom.

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li japplikaw biex jirrisjedu f’Malta għal xogħol speċifiku.

Stadju 1 – Applikazzjoni
L-applikanti jridu jimlew il-formola CEA C u l-formola ID 1A u jissottomettu d-dokumenti meħtieġa (kif deskritt fiċ-checklist relatata).Il-Unit tal-Espatrijati tirċievi applikazzjonijiet mit-Tnejn sal-Ħamis bejn is-07:30AM u l-11:30AM. L-applikanti jridu jħallsu miżata ta’ €280.50 u l-ħlasijiet jiġu aċċettati biss permezz ta’ flus kontanti jew ċekk (pagabbli lill-Aġenzija Identity Malta).

Stadju 2 – Proċess tal-Applikazzjoni
Ladarba d-dokumenti jiġu ppreżentati lill-Aġenzija Identity Malta u tittieħed l-informazzjoni bijo-metrika tal-applikant, dan jingħata Riċevuta Interim.
L-Irċevuta Interim tippermetti lill-applikanti sabiex jirrisjedu legalment f’Malta sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom, madankollu, din ma tippermettix li l-applikanti jaħdmu. Barra minn hekk, jekk id-detentur tal-irċevuta interim iħalli Malta, id-dokument ma jkunx validu għad-dħul mill-ġdid tiegħu/tagħha f’Malta.
L-applikanti jkollhom jimlew il-formola CEA C u l-formola ID 1A u jissottomettu d-dokumenti meħtieġa, kif deskritt fiċ-checklist.
Id-dispożizzjonijiet tal-Avviż Legali 160 tal-2014 jippermettu perijodu ta’ erba’ (4) xhur għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet.
Wara li tiġi vvettjata l-applikazzjoni u ssir il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati l-oħra (primarjament il-Jobsplus u l-Pulizija tal-Immigrazzjoni), jinħareġ Single Permit lill-applikanti li jgħaddu.

Stadju 3 – Il-ġbir tal-kards u l-bidu tal-impjieg
Ladarba d-dokumenti jiġu vvettjati u l-applikazzjoni għal Single Permit tiġi approvata, l-Aġenzija Identity Malta tibgħat ittra lill-applikant sabiex jiġbor il-kard.
Meta tinġabar, id-detentur jista’ jibda jaħdem mill-ewwel u min iħaddem huwa legalment marbut li jibgħat l-Engagement Form lil Jobsplus fl-istess ġurnata.

Noti
• L-Aġenzija Identity Malta taċċetta biss applikazzjonijiet kompluti u żżomm kopji attestati tal-oriġinali kull meta ma jkunx possibbli li jinżammu d-dokumenti oriġinali.
• Jekk ikun meħtieġ, l-Aġenzija Identity Malta u partijiet interessati oħra jirriżervaw id-dritt li jitolbu aktar informazzjoni.
• It-talbiet dwar il-proċess tal-applikazzjoni jistgħu jsiru biss minn min iħaddem jew mill-applikanti nfushom.
• L-Aġenzija Identity Malta tirriżerva d-dritt li teskludi l-applikanti u employers jekk tingħata informazzjoni falza jew qarrieqa.

Jekk l-applikant ikun għadu ma wasalx Malta, min iħaddem jista’ jissottometti applikazzjoni għal single permit f’ismu/isimha.

Applikazzjoni għal Single Permit għal applikant li jkun għadu ma wasalx Malta

Stadju 1 – Applikazzjoni
L-applikanti jridu jimlew il-formola CEA C u jissottomettu d-dokumenti meħtieġa (kif deskritt fiċ-checklist relatata).
Il-Unit tal-Espatrijati tirċievi applikazzjonijiet mit-Tnejn sal-Ħamis bejn is-07:30AM u l-11:30AM. L-applikanti jridu jħallsu miżata ta’ €280.50 u l-ħlasijiet jiġu aċċettati biss permezz ta’ flus kontanti jew ċekk (pagabbli lill-Aġenzija Identity Malta).

Stadju 2 – Proċess tal-Applikazzjoni
Jekk l-applikazzjoni tiġi approvata l-Aġenzija Identity Malta tibgħat ittra ta’ stedina uffiċjali. Fi żmien 60 ġurnata tad-data li jkun hemm fuq l-ittra, l-applikant li jinħtieġ viża biex jidħol fit-territorju Schengen għandhom jippreżentaw din l-ittra flimkien mal-applikazzjoni tagħhom għall-viża u dokumenti oħra lill-Konsulat Malti jew lill-Ambaxxata Maltija. L-ittra ta’ stedina se tinkludi struzzjonijiet u kundizzjonijiet dwar kif l-applikant jista’ jiġi Malta sabiex ilesti l-applikazzjoni għal Single Permit. Id-dispożizzjonijiet tal-Avviż Legali 160 tal-2014 jippermettu perijodu ta’ erba’ (4) xhur għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet.

Stadju 3 – L-iffinalizzar tal-Applikazzjoni
Ladarba jsiru l-verifiki u l-evalwazzjonijiet kollha meħtieġa, l-applikanti jkunu jistgħu jiġu Malta jekk kemm-il darba jkollhom fil-pussess tagħhom l-awtorizzazzjoni meħtieġa biex jidħlu fit-territorju Schengen.
Mal-wasla tagħhom, l-applikanti jkollhom bżonn li jiffinalizzaw l-applikazzjoni tagħhom lokalment u jiġu tinħarġilhom awtorizzazzjoni temporanja biex jaħdmu sakemm il-permess ta’ residenza (f’format ta’ kard) jinħareġ.

L-awtorizzazzjoni temporanja għax-xogħol tingħata fuq id-dispożizzjoni li min iħaddem, li oriġinarjament approva l-applikazzjoni, huwa legalment marbut li jibgħat l-Engagement Form lil Jobsplus fl-istess ġurnata.
L-awtorizzazzjoni temporanja għax-xogħol mhijiex sostitut għall-permess uniku. Id-dokument ma jkunx tajjeb għall-ivvjaġġar u n-nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stipulati jirriżulta fir-revoka tal-permess.

Is-Single Permit jiġġedded kull sena u l-applikanti jinħtieġ li jissottomettu applikazzjoni għal tiġdid fi żmien 90 jum mid-data tal-iskadenza. It-tiġdid tal-applikazzjonijiet jista’ jitressaq biss waqt li l-permess attwali tagħhom ikun għadu validu.

Jekk id-detentur tal-permess japplika fi stadju tard ħafna, il-karta ta’ residenza tinġabar fil-ħin tal-applikazzjoni u l-applikant jinħariġlu permess intermi sabiex ikun jista’ jgħix u jaħdem f’Malta. Dan id-dokument se jippermetti lill-applikant li jkompli jaħdem, madankollu dan mhux dokument tajjeb għall-ivjaġġar. L-applikanti huma avżati biex ma jagħmlu l-ebda arranġament tal-ivvjaġġar qabel ma jinħareġ il-permess ta’ residenza tagħhom.

Id-detenturi tal-karti ta’ residenza li bidlu l-indirizz residenzjali tagħhom jeħtieġu li jirreġistraw l-indirizz il-ġdid tagħhom fi żmien ġimgħa (1) u jippreżentaw id-dokumenti li ġejjin:

  1. Applikazzjoni għal tibdil ta’ indirizz, permess mitluf, misruq jew difettuż jew kaz ieħor

L-applikanti jkollhom iħallsu miżata ta’ applikazzjoni ta ‘ €27.50.

Il-validità tas-Single Permit tiddependi fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti meta l-permess ikun inħareġ oriġinarjament, inkluż l-impjieg speċifiku li jkun sar. Konsegwentement, il-permess ma jibqax validu jekk l-applikant ibiddel l-impjieg.

Fl-eventwalità ta’ tmiem ta’ impjieg, min iħaddem għandu jissottometti Formola tat-Tmiem tal-Impjieg lil Jobplus fi żmien erbat (4) ijiem mid-data tat-tmiem (skont l-Avviż Legali 426/12) u jinforma lill-Aġenzija Identity Malta fuq worktermination.ima@gov.mt

Key Employee Initiative

Il-Key Employee Initiative tipprovdi servizz fast-track lil ċittadini
li ġejjin minn pajjiżi terzi u li huma speċjalizzati u impjegati f’Malta.
Din l-iskema tiffaċilita l-ħruġ ta’ permess ta’ residenza jew tax-xogħol
lil impjegati prospettivi, li taħt ċirkostanzi normali jsir fi żmien ħamest
ijiem ta’ xogħol, minn meta l-applikant ikun issottometta l-applikazzjoni.

Din l-iskema hija applikabbli għal postijiet maniġerjali jew tekniċi ħafna li jeħtieġu kwalifiki rilevanti jew esperjenza adegwata relatata mal-impjieg li qed jiġi offrut. L-applikanti jridu jipprovdu informazzjoni lis-sezzjoni tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta biex tikkonferma l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li ġejjin:

  1. Salarju gross annwali ta’ mill-inqas €30,000 fis-sena;
  2. Kopji attestati tal-kwalifiki rilevanti, warrants jew esperjenza tax-xogħol meħtieġa;
  3. Dikjarazzjoni minn min iħaddem li tiddikjara li l-applikant għandu l-kredenzjali meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet assenjati lilu.

L-inizjattiva KEI hija estiża wkoll għal innovaturi involuti fi proġetti ta’ start-up li huma speċifikament approvati mill-Malta Enterprise.

If the permit holder applies at a very late stage, the residence card would be collected at time of application and the applicant would be issued with an interim authorisation to reside and work in Malta. This document will allow the applicant to keep on working but is not a travel document. Applicants are advised not to make any travel arrangements before their residency permit is issued.

Applikazzjonijiet għal single permit taħt il-KEI jistgħu jiġu sottomessi waqt li l-applikant ikun fiżikament f’Malta jew ikun għadu barra l-pajjiż. Il-lista ta’ kontroll għall-applikazzjonijiet għal single permit sottomessa taħt il-KEI tista’ titniżżel minn dan is-sit elettroniku.
L-applikanti approvati jinħarġilhom permess ta’ residenza li jkun validu għal sena, fl-ewwel sena tiegħu. Sussegwentement, dan jista’ jiġġedded għal perijodu itwal (sa tliet snin) kemm-il darba l-applikant jippreżenta (i) kuntratt validu definit jew indefinit, flimkien ma’ (ii) il-formola tad-dikjarazzjoni tat-taxxa annwali oriġinali ttimbrata mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.

Form C2 KEI – Single Work Permit Key Employee Initiative New Application

Form C1 KEI – Single Work Permit Renewal Application for Key Employment Initiative

Form C5 KEI – Single Work Permit Key Employee Initiative Still Abroad Application

Form C3 KEI – Single Work Permit Key Employee Initiative Change in Employer Application

Form C4 KEI – Single Work Permit Key Employee Initiative Change in Employer Following Termination

L-Aġenzija Identity Malta żżomm kopji ċċertifikati ta’ dokumenti fejn id-dokumentazzjoni oriġinali ma tkunx tista’ tinżamm.

Dawk l-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom tiġi sottomessa waqt li jkunu għadhom barra l-pajjiż, iridu jippreżentaw id-dokumentazzjoni oriġinali ladarba l-applikazzjoni tagħhom tiġi  approvata fil-prinċipju.

L-Aġenzija Identity Malta tista’ titlob kjarifiki addizzjonali dwar l-applikazzjonijiet. Fejn jinstab li jkun impossibbli li l-proċess tal-applikazzjoni jkun konkluż fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol, l-applikant u min iħaddem se jiġu infurmati bir-raġunijiet tad-dewmien li jaffettwa l-proċess tal-applikazzjoni.

L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li teskludi kemm applikanti u min iħaddem mill-inizjattiva KEI jekk jiġi kkonfermat li l-applikazzjoni sottomessa taħt l-iskema kien fiha xi informazzjoni falza jew qarrieqa.

Dritt għal Trattament Ugwali

Iċ-ċittadini kollha li ġejjin minn pajjiżi terzi, u li legalment jgħixu u jaħdmu fi Stat Membru, għandhom igawdu minn għadd ta’ drittijiet abbażi ta’ trattament ugwali maċ-ċittadini tal-Istat Membru li jkun qed jospitahom.

Id-dritt għal trattament ugwali ma jingħatax biss lil dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew aċċettati fi Stat Membru għal raġunijiet ta’ xogħol, iżda anke lil dawk li jkunu daħlu għal skopijiet oħra u li jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ dak l-Istat Membru.

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom igawdu d-dritt għal trattament fejn jirrigwarda:

  1. il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-pagi, it-tkeċċija u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;
  2. Libertà ta’ assoċjazzjoni, affiljazzjoni u sħubija ma’ organizzazzjoni li tirrappreżenta lill-ħaddiema, lil min iħaddem jew lil kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu involuti f’okkupazzjoni speċifika; 
  3. taħriġ edukattiv u vokazzjonali;
  • Tali trattament ugwali għandu japplika biss għal dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu f’impjieg jew li kienu f’impjieg u li huma reġistrati bħala qiegħda f’Malta;
  • Dan m’għandux jinkludi:
    • għotjiet ta’ studju u ta’ manteniment;
    • self u għotjiet oħra;
    • taħriġ edukattiv u vokazzjonali għandu jingħata lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu daħlu f’Malta skond il-Leġislazzjoni Sussidjarja 217.22.
  1. Rikonoxximent tad-diplomi, iċ-ċertifikati u kwalifiki professjonali oħra skont il-leġiżlazzjoni Maltija; 
  2. Fergħat tas-sigurtà soċjali (kif definit fir-Regolament (KE) Nru 883/2004); 
  3. Benefiċċji tat-taxxa (jekk il-ħaddiem jitqies bħala resident għall-finijiet tat-taxxa fl-Istat Membru kkonċernat); 
  4. L-aċċess u l-provvista ta’ oġġetti u servizzi disponibbli għall-pubbliku, bl-esklużjoni tal-akkomodazzjoni soċjali; 
  5. Servizzi ta’ konsulenza pprovduti minn uffiċċji dwar l-impjieg;

Id-dritt għal trattament ugwali m’għandux jippreġudika d-dritt tal-Istat Membru li jirtira jew li jirrifjuta li jġedded il-permess ta’ residenza maħruġ.

Frequently Asked Questions

Is-Single Permit jagħti awtorizzazzjoni lil ċittadin ta’ pajjiż terz biex jirrisjedi u jaħdem legalment f’Malta għal perijodu ta’ aktar minn sitt (6) xhur. Il-permess jinkorpora kemm il-liċenzja tax-xogħol kif ukoll permess għal residenza. L-awtorizzazzjoni tinħareġ fil-format ta’ permess ta’ residenza u tagħmel referenza għan-numru tal-liċenzja tax-xogħol u l-post tax-xogħol tad-detentur tagħha.

Ċittadini minn pajjiżi terzi jistgħu japplikaw għal Single Permit, sabiex ikunu jistgħu jaħdmu. Ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu ngħataw protezzjoni umanitarja jew internazzjonali f’Malta jew fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea mhumiex intitolati għal tali permess. 

Fil-każ ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea, taż-Żona Ekonomika Ewropea u dawk Svizzeri, u l-membri tal-familja tagħhom, dan ma japplikax fid-dawl tad-drittijiet tax-xogħol li għandhom.

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma jistgħux jissottomettu applikazzjoni għal Single Permit mingħajr ma jkollhom offerta ta’ xogħol f’Malta. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu awtorizzati minn min ikun se jħaddem lill-applikant.

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma fil-pussess ta’ permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru ieħor iridu japplikaw għal Single Permit sabiex jaħdmu f’Malta.

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jew jaħdmu jew huma involuti f’xi attivitajiet mhux volontarji f’Malta jrid ikollhom is-single permit fil-pussess tagħhom sakemm ma jkunux ħaddiema ppostjati.

Min iħaddem jista’ jissottometti applikazzjoni f’isem il-kandidat barrani tiegħu waqt li dan tal-aħħar ikun għadu barra l-pajjiż. L-applikant ikun awtorizzat li jiġi Malta sabiex jibda jaħdem malli l-applikazzjoni tkun approvata fil-prinċipju.

L-applikanti jistgħu jniżżlu l-listi ta’ verifika rilevanti għal applikazzjonijiet ġodda, applikazzjonijiet għal tiġdid u applikazzjonijiet li jkunu għadhom barra mill-pajjiż minn dan is-sit.

Il-Key Employee Initiative hija proċess sabiex l-applikazzjoni għal single permit tiġi proċessata b’mod aktar mgħaġġel għal persuni li ser jaħdmu f’oqsma professjonali u speċjalizzati, li jkollhom dħul gross ta’ €30,000 fis-sena.

Min jimpjega huwa meħtieġ li jassigura li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkollhom il-permessi neċessarji tax-xogħol u residenza qabel ma jibdew jaħdmu. Min iħaddem jista’ wkoll jirreferi għas-sit elettroniku https://jobsplus.gov.mt/resources/fileprovider.aspx?fileId=3593 li fih bosta linji gwida.

Dawk li jissottomettu applikazzjoni għal Single Permit jeħtieġu li jsegwu l-gwida elenkata fil-listi ta’ verifika li jikkorrispondu mat-tip ta’ xogħol li jkunu se jagħmlu. Applikanti li jkunu ġejjin minn pajjiżi fejn hemm prevalenza qawwija ta’ tuberkulożi jridu jagħmlu screening mediku f’ċentri tas-saħħa privati. Min iħaddem għandu jiggwida lill-applikant skont l-istruzzjonijiet maħruġa mid-Dipartiment għall-Prevenzjoni u Kontroll ta’ Mard Infettiv (IDPCU).

Applikanti li jbiddlu l-indirizz tagħhom jeħtieġ li jinformaw lil Identity Malta minnufih u mingħajr dewmien.  Fin-nuqqas ta’ dan il-permess ta’ residenza jista’ jitteħdilhom.

Jekk id-detentur ma jkollux il-ħsieb li jaħdem u jirrisjedi aktar f’Malta, ikun jeħtieġ li jirritorna lura lil Identity Malta l-kard li tingħatalu. Min iħaddem jintħieġ li jissottometti t-Termination Form lil Jobsplus fi żmien erbat ijiem mit-tmiem tal-impjieg. Identity Malta trid ukoll tiġi nfurmata permezz tal-email fuq worktermination.ima@gov.mt

F’każ li l-applikant jixtieq li jibdel l-employer għandu jissottometti l-applikazzjoni Change in Emplyer mingħajr dewmien.

L-applikanti li jissottomettu applikazzjoni għal Single Permit jingħataw riċevuta interim li tippermettilhom biex jgħixu f’Malta sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom. Jekk ma jkunx hemm indikazzjoni oħra, din ir-riċevuta interim ma tippermettix lill-applikanti li jibdew jaħdmu. Jekk kemm-il darba l-applikant ikun jixtieq li joħroġ barra minn Malta, dan id-dokument ma jistax jintuża biex l-applikant jerġa’ jidħol lura f’Malta.

Persuna li għandha l-permess f’idejha tista’ tapplika għal impjieg ieħor kemm-il darba jkunu għadhom f’impjieg.

Min iħaddem irid jinforma lil Jobsplus bit-trasferiment u jikkomunika d-deċiżjoni lill-Aġenzija Identity Malta.

Persuna minn pajjiż terz ikun jista’ jibda jaħdem la darba jkun ġabar il-permess ta’ residenza mill-Aġenzija Identity Malta. Min iħaddem imbagħad ikun irid jissottometti l-formola Declaration of Commencement of Employment lil Jobsplus.

L-applikanti jistgħu jippreżentaw appell lill-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni fi żmien tlett ijiem mid-data tad-deċiżjoni ta’ Identity Malta.

Forms

ALL APPLICANTS

Electronic Identity Registration – Form ID 1A
Registration of applicant details and the type of application form

Image Capture Application Form – Form ID2
Registration of details of applicants whose live biometric image cannot be taken at the Department

Exempt Persons Status (Spouse of a Maltese National) – CEA Form E
Application for a residence permit submitted by all nationals for the purpose of Exempt Person Status in accordance to Article 4 of the Immigration Act – Chapter 217 Laws of Malta

Permanent Residence Scheme (Certificate by the Commissioner for Inland Revenue) – CEA Form S
Application for a residence permit submitted by applicants who are residing in Malta and are in possession of a certificate issued under the Residence Scheme Regulations (Legal Notice 428 of 2008)

EU NATIONALS

Electoral Form
Application Form to be registered in the European Union Electoral Register as a voter for the Election of Members of the European Parliament [only applicable for first-time applicants]

Economic Self Sufficiency – CEA Form J
Application for a residence permit submitted by EU/EEA/Swiss nationals who are residing in Malta on the bases of Economic Self-Sufficiency in accordance to the Free Movement of EU nationals and their Family Members Order (Legal Notice 191 of 2007) and/or Immigration Regulations (Legal Notice 205 of 2004)

Employment/Self Employment – CEA Form A
Application for a residence permit submitted by an EU/EEA/Swiss National on the basis Employment/ Self Employment as laid down by the provisions of Free Movement of EU nationals and their Family Members Order (Legal Notice 191 of 2007) and/or Immigration Regulations (Legal Notice 205 of 2004).

Family Members – CEA Form F
Application for a residence permit submitted by an EU/EEA/Swiss National on the basis of Family Members as laid down by the provisions of Free Movement of EU nationals and their Family Members Order (Legal Notice 191 of 2007) and/or Immigration Regulations (Legal Notice 205 of 2004).

Permanent Residence – CEA Form P
Application for a residence permit submitted by EU/EEA nationals and their family members on the bases of the provisions of Free movement of EU Nationals and their Family Members Order (Legal Notice 191 of 2007) and/or Immigration Regulations (Legal Notice 205 of 2004).

Study – CEA Form M
Application for a residence permit submitted by an EU/EEA/Swiss National on the basis of study as laid down by the provisions of Free Movement of EU nationals and their Family Members Order (Legal Notice 191 of 2007) and/or Immigration Regulations (Legal Notice 205 of 2004)

NON-EU NATIONALS

Blue Card – CEA Form B
Application for a residence permit submitted by a non-EU National under the conditions of entry and residence of Third country nationals for the purpose of Highly Qualified Employment (Blue Card)

Economic Self Sufficiency – CEA Form K
Application for a residence permit submitted by a non-EU national on the basis Economic Self-sufficiency – [Checklist]

Employment/Self Employment – CEA Form C
Application for a residence permit submitted by a non-EU national on the basis Employment/self-employment

Family Members – CEA Form G
Application for a residence permit submitted by Family members of non-EU nationals – [Checklist]

International Protection – CEA Form I
Application for a residence permit submitted by non-EU National who are residing in Malta under International/Humanitarian protection

Long Term Residents – CEA Form L
Application for a residence permit submitted by a non-EU national on the basis of the Long Term Residence (LN 278 of 2006) Third Country Nationals Regulations – [Checklist]

Students – CEA Form N
Application for a residence permit submitted by a non-EU national on the basis of Study – [Checklist]

Temporary – CEA Form O
Application for a residence permit submitted by all nationals who may fall under one of the following categories: Partners; Health Purposes; Pensioners; Religious Purposes; Working Holiday; Posted Workers; Humanitarian Grounds.

Specific Residence Authorisation – Form H 
application for former holders of a temporary Humanitarian Protection n status and other applicants who satisfy the criteria as listed in the SRA Policy. Downloadable forms required for SRA applications namely SRA Form H, GDPR form, ID1A, Rental declaration maybe downloaded from the Application Forms section at the bottom of the page. [SRA Policy & Checklist].

Applicants for a work/residence permit must submit the following documentation

Form C2 – Single Work Permit New Application

Form C2.1 – Single Work Permit New Application for Recruiting & Temping Agents

Form C1 – Single Work Permit Renewal Application

Form C1.1 – Single Work Permit Renewal Application for Recruiting & Temping Agents

Form C5 – Single Work Permit Still Abroad Application

Form C5.1 – Single Work Permit Still Abroad Application for Recruiting & Temping Agents

Form C3 – Single Work Permit Change in Employer Application

Form C3.1 – Single Work Permit Change in Employer Application for Recruiting & Temping Agents

Form C4 – Single Work Permit Change in Employer Following Termination Application

Form C4.1 – Single Work Permit Change in Employer Following Termination for Recruiting & Temping Agents

Application for Change in Address, Lost, Stolen, Damaged Card or, Other Changes

[1] Vacancy Requirement Exemption List
[2] High risk tuberculosis countries
[3] Position Description
[4] Europass CV Template
[5] Declaration of Suitability
[6] Procedure for Health Screening
[7] Health screening for renewal of work permit
[8] Health screening for renewal of work permit Masseurs – Masseuse
[9] Health Sceening for first time applicants working as Nannies, Tattooists, Beauty Therapists
[10] Health Screening for first time applicants coming from countries with High Tuberculosis incidence doing Other Jobs
[11] Health Screening for first time applicants working as Carers, Child Carers, Dental Chairside Assistants, other Regulated Healthcare Professionals
[12] Health Screening for first time applicants working as Doctor, Dentists, Midwives, Nurses
[13] Health Screening for first time applicants working as Food Handlers
[14] Health Screening for first time applicants working as Masseurs – Masseuse
[15] Declaration of Posting

Formoli

Ikklikkja fuq u agħżel mil-lista fuq il-lemin

Identity Malta Agency

Ħinijiet tal-Ftuħ

Identity Malta tħaddem sistema fejn kull visita issir biss b’appuntament. Kif tigi approvata applikazzjoni, l-applikanti jigu nfumati permezz ta’ ittra minn Identity Malta bid-dettalji tal-appuntament jew linji gwida dwar kif jistgħu jagħmlu appuntament, skont il-każ.

Għal każijiet oħra, fejn l-applikant jista’ jiġi l-uffiċini tal-aġenzija minghajr htieġa ta’ appuntament, il-ħinijiet tal-ftuħ huma hekk:

Sezzjoni Ġranet Ħinijiet
Single Permit – Live-in carers Tnejn – Ġimgħa 07:30am – 11:30am
Single Permit – Dokument tar-residenza mitluf, bdil fl-indirizz, bdil iehor minuri Tnejn – Ġimgħa 07:30am – 11:30am
Ġbir tad-Dokument Single Permit jew applikanti barra l-UE Tnejn – Ġimgħa 07:30am – 01:00pm
Ġbir tad-Dokument applikanti minn pajjiżi tal-UE Tnejn – Ġimgħa 07:30am – 12:00am
Uffiċċju tal-Protezzjoni Internazzjonali Umanitarja u SRA Tnejn – Ġimgħa 07:30am – 12:30pm

Expatriates Hal Far - INTERNATIONAL HUMANITARIAN PROTECTION AND SRA OFFICE

  • Address: Identity Malta, International Humanitarian Protection and SRA Office, Hal Far Hanger, Hal Far, BBG3000
  • Telephone: (+356) 2590 4841
  • Email: intl.protection.ima@gov.mt

Expatriates Gozo

Font Resize
Contrast